This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0782
2006/782/EC: Council Decision of 24 October 2006 amending Decision 90/424/EEC on expenditure in the veterinary field
2006/782/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
2006/782/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Ottubru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
ĠU L 328, 24.11.2006, p. 57–58
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 17/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0470 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990D0424 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 | 01/08/2008 | |
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | artikolu 3.1 | 01/08/2008 | |
Modifies | 31990D0424 | Tlestija | anness 1 | 01/08/2008 | |
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 3 TER | 01/08/2008 | |
Modifies | 31990D0424 | Żieda | artikolu 24.13 | 01/08/2008 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32006D0782R(01) | (PL) | |||
Repealed by | 32009D0470 |
24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
57 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta’ Ottubru 2006
li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju
(2006/782/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (3) tipprevedi l-possibbiltà ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Istati Membri għall-qerda ta' ċertu mard ta' l-annimali. Attwalment, dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll l-għoti ta' kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-qerda ta' l-anemija infettiva tas-salamun (ISA) u n-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN), mard li t-tnejn li huma jolqtu s-salmonidi. |
(2) |
L-azzjonijiet ta' kontroll tal-mard għall-ISA u l-IHN huma eliġibbli biss għal kontributi finanzjarji Komunitarji taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd (4). |
(3) |
Fid-dawl ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għal annimali ta' l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (5), huwa xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 90/424/KEE sabiex il-kontribut finanzjarju Komunitarju jingħata wkoll għal miżuri ta' qerda mwettqa mill-Istati Membri sabiex jiġġieldu mard ieħor fl-annimali ta' l-akkwakultura, suġġett għal dispożizzjonijiet Komunitarji ta' kontroll. |
(4) |
L-Istati Membri jistgħu jingħataw kontributi finanzjarji għas-sostenn tas-setturi tas-sajd u ta' l-akkwakultura nazzjonali tagħhom taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (6). L-Artikolu 32 ta' dak ir-Regolament jawtorizza lill-Istati Membri jallokaw fondi għall-qerda ta' mard fl-akkwakultura taħt it-termini tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. |
(5) |
Il-fondi għall-qerda ta' mard f'annimali ta' l-akkwakultura għandhom ikunu allokati fil-programmi operattivi stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006, li l-baġit tagħhom jiġi stipulat fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni. |
(6) |
Il-kontributi finanzjarji mill-Komunità għall-finijiet ta' kontroll tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura għandu jkun suġġett għal skrutinju dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kontroll stipulati fid-Direttiva 2006/88/KE, skond l-istess proċeduri bħal dawk li japplikaw għal tali skrutinju u kontroll għal ċertu mard ta' annimali ta' l-art. |
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li l-proċeduri għal kontributi finanzjarji stipulati fid-Deċiżjoni 90/424/KEE jiġu applikati wkoll għall-użu tal-kontribut finanzjarju għall-kontroll ta' mard f'annimali ta' l-akkwakultura taħt ir-Regolament (KE) 1198/2006. |
(8) |
Huwa xieraq li din id-Deċiżjoni issir applikabbli fl-istess mument bħad-Direttiva 2006/88/KE. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3 (1), jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:
|
2. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 3b L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fi ħdan il-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (*) għall-qerda ta' mard eżotiku f'annimali ta' l-akkwakultura msemmi fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni, taħt il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 3(3), (4) u (5) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm ikun hemm konformità mal-miżuri minimi ta' kontroll u ta' qerda tal-mard stipulati fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali għal annimali ta' l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (**). |
3. |
L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41, il-lista fl-Artikolu 3 (1) tista' tiġi supplimentata skond żviluppi fis-sitwazzjoni, sabiex tinkludi mard li għandu jiġi notifikat skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika ta' mard ta' l-annimali fil-Komunità (***) u mard li jista' jiġi trasmess lil annimali ta' l-akkwakultura. Il-lista tista' wkoll tiġi emendata jew imqassra sabiex jittieħed kont tal-progress magħmul permezz tal-miżuri miftiehma fuq livell Komunitarju għall-kontroll ta' ċertu mard. (***) * ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).”;" |
4. |
Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej fl-Artikolu 24: “13. L-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi fil-programmi operattivi mfassla skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għall-qerda tal-mard fl-annimali ta' l-akkwakultura msemmija fl-Anness. Il-fondi għandhom jiġu allokati f'konformità mal-proċeduri stabbiliti f'dan l-Artikolu, bl-aġġustamenti li ġejjin:
L-attivitajiet ta' qerda għandhom jittwettqu skond l-Artikolu 38(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew fil-qafas ta' programm ta' qerda stabbilit, approvat u implimentat skond l-Artikolu 44(2) ta' dik id-Direttiva.”; |
5. |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-Grupp I fl-Anness:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awwissu 2008.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KORKEAOJA
(1) Opinjoni tas-27 ta' April 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU C 88, 11.4.2006, p. 13. Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja.
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).
(4) ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 485/2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 1).
(5) Ara paġna 14 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.