Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0577

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Awwissu 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra d-deni katarrali (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3849) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 229, 23.8.2006, p. 10–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 1114–1118 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/09/2006; Imħassar b' 32006D0591

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/577/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1114


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta' Awwissu 2006

    dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra d-deni katarrali

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 3849)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/577/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tirrigwarda kontrolli veterinarji u zootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti bhejjem ħajjin u prodotti bil-ħsieb li jiġi komplut is-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 10 (4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fis-17, 19 u 21 ta' Awwissu 2006 rispettivament, l-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja għarrfu lill-Kummissjoni b'għadd ta' każijiet kliniċi suspetti ta' deni katarrali fl-irziezet tan-nagħaġ u l-ifrat f'żoni fl-Olanda, il-Belġju u l-Ġermanja li jinsabu f'raġġ ta' 50 km minn Kerkrade, l-Olanda, fejn ġie rrappurtat l-ewwel każ suspett.

    (2)

    Il-Belġju, il-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Olanda żammew iċ-ċaqliq ta' bhejjem ta' l-ispeċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni miż-żoni affettwati, skond id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontroll u l-qerda tad-deni katarrali (2) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta' Mejju 2005 dwar iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fir-rigward tad-deni katarrali u l-kondizzjonijiet li japplikaw għaċ-ċaqliq minn jew ġewwa dawn iż-żoni (3).

    (3)

    Ġew adottati miżuri xierqa mill-Istati Membri affettwati minħabba l-qagħda entomoloġika, ekoloġika, ġeografika, meteoroloġika u epidemjoloġika.

    (4)

    It-tixrid tad-deni katarrali miż-żona affettwata jista' jġib periklu serju għall-bhejjem fil-Komunità.

    (5)

    F'isem iċ-ċarezza u t-trasparenza u sakemm isiru aktar investigazzjonijiet epidemioloġiċi u fil-laboratorju, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri ta' kontroll tal-marda fuq livell Komunitarju li jikkonċernaw iċ-ċaqliq ta' bhejjem ta' speċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni tagħhom miż-żoni affettwati.

    (6)

    Fid-dawl ta' l-evoluzzjoni tal-qagħda u r-riżultati ta' aktar investigazzjonijiet imwettqa, il-miżuri eżistenti għandhom jiġu riveduti f'laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Bhejjem ma' l-ewwel opportunità.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Bhejjem,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   L-Istati Membri li tagħhom hemm lista fl-Anness għandhom iwaqqfu ċ-ċaqliq ta' bhejjem ħajjin ta' l-ispeċi suxxettibbli għad-deni katarrali u s-semen, il-bajd u l-embrijoni tagħhom miġbura jew prodotti mill-1 ta' Mejju 2006 miż-żoni elenkati fl-Anness lejn partijiet oħra tal-Komunità jew pajjiżi terzi.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkonċedu l-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 msemmija fl-Artikoli 4 u 6 tad-Deċiżjoni 2005/393/KE.

    3.   Jekk meħtieġ, fid-dawl tal-qagħda entomoloġika, ekoloġika, ġeografika, meteoroloġika u epidemjoloġika, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iwettqu eżamijiet komplemetari barra miż-żoni elenkati fl-Anness.

    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jissukktaw japplikaw kull miżura xierqa li diġà kienu adottaw.

    Fuq il-bażi tar-riżultati ta' dawn l-eżamijiet l-Istati Membri kkonċernati għandhom jirrevedu dawn il-miżuri u jistgħu japplikaw miżuri addizzjonali xierqa.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ sabiex ikunu konformi ma' din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawn il-miżuri. Għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Awwissu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

    (2)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

    (3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Id-deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/572/KE (ĠU L 227, 19.8.2006, p. 60).


    ANNESS

    IL-BELĠJU:

     

    Il-provinċja ta' Anversa

     

    Il-provinċja tal-Brabanzja Flamminga

     

    Il-provinċja tal-Brabanzja Vallonja

     

    Il-provinċja ta' Brussell-Kapitali

     

    Il-provinċja ta' Namur

     

    Il-provinċja ta' Limburgu

     

    Il-provinċja tal-Lussemburgu

     

    Il-provinċja ta' Ljeġi

     

    Il-provinċji tal-Fjandri tal-lvant u Hainaut:

    Iż-żona lejn il-Lvant tat-toroq li ġejjin:

    L-N6 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-R50 (il-Komun ta' Mons),

    L-R50 li tmur lejn il-lvant lejn l-N56,

    L-N56 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N525,

    L-N525 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N57,

    L-N57 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N42,

    L-N42 li tmur lejn it-tramuntana u tgħaddi minn Wettersesteenweg (il-Komun ta' Oosterzele) lejn l-N465,

    L-N465 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N9,

    L-N9 li tmur lejn il-punent lejn l-R4,

    L-N4 li tmur lejn it-tramuntana lejn l-N423,

    L-N423 li tmur lejn it-tramuntana lejn il-fruntiera Olandiża.

    IL-ĠERMANJA:

    Nordrhein-Westfalen

    Il-belt ta' Aachen

    Id-distrett ta' Aachen

    Il-belt ta' Bochum

    Il-belt ta' Bonn

    Id-distrett ta' Borken

    Il-belt ta' Bottrop

    Id-distrett ta' Coesfeld

    Il-belt ta' Dortmund

    Id-distrett ta' Düren

    Il-belt ta' Düsseldorf

    Il-belt ta' Duisburg

    Id-distrett ta' Ennepe-Ruhr

    Id-distrett ta' Erft

    Id-distrett ta' Euskirchen

    Il-belt ta' Essen

    Il-belt ta' Gelsenkirchen

    Il-belt ta' Hagen

    Il-belt ta' Hamm

    Id-distrett ta' Heinsberg

    Il-belt ta' Herne

    Id-distrett ta' Hochsauerland

    Id-distrett ta' Kleve

    Il-belt ta' Köln

    Il-belt ta' Krefeld

    Il-belt ta' Leverkusen

    Id-distrett ta' Märkischer

    Id-distrett ta' Mettmann

    Il-belt ta' Mönchengladbach

    Il-belt ta' Mülheim a.d.Ruhr

    Id-distrett ta' Neuss

    Id-distrett ta' Oberbergischer

    Il-belt ta' Oberhausen

    Id-distrett ta' Olpe

    Id-distrett ta' Recklinghausen

    Il-belt ta' Remscheid

    Id-distrett ta' Rheinisch-Bergischer

    Id-distrett ta' Rhein-Sieg

    Id-distrett ta' Siegen-Wittgenstein

    Id-distrett ta' Soest

    Il-belt ta' Solingen

    Id-distrett ta' Unna

    Id-distrett ta' Viersen

    Id-distrett ta' Wesel

    Il-belt ta' Wuppertal

    Rheinland-Pfalz

    Id-distrett ta' Ahrweiler

    Id-distrett ta' Altenkirchen

    Id-distrett ta' Bernkastel-Wittlich

    Fid-distrett ta' Birkenfeld it-territorju 'l-fuq mill-B 41

    Id-distrett ta' Bitburg-Prüm

    Id-distrett ta' Cochem-Zell

    Id-distrett ta' Daun

    Il-belt ta' Koblenz

    Fid-distrett ta' Mainz Bingen il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Bacharach, Oberdiebach; Manubach

    Id-distrett ta' Mayen-Koblenz

    Id-distrett ta' Neuwied

    Id-distrett ta' Rhein-Hunsrück

    Id-distrett ta' Rhein-Lahn

    Il-belt ta' Trier

    Id-distrett ta' Trier-Saarburg

    Id-distrett ta' Westerwald

    Saarland

    Fid-distrett ta' Merzig-Wadern il-muniċipalitajiet ta' Mettlach u Perl

    Hessen

    Fid-distrett ta' Lahn-Dill il-muniċipalitajiet ta' Breitscheid, Diedorf, Haiger

    Fid-distrett ta' Limburg-Weilburg il-muniċipalitajiet ta' Dornburg, Elbtal, Elz, Hadamar, Limburg a.d. Lahn, Mengerskirchen, Waldbrunn (Westerwald)

    Fid-distrett ta' Rheingau-Taunus il-muniċipalità ta' Heidenrod

    IL-LUSSEMBURGU:

    It-territorju kollu

    L-OLANDA:

    Il-Kompartimenti 9 sa 20, kif iddefiniti fis-Sistema ta' Notifika tal-Mard tal-Bhejjem (Animal Disease Notification System — ADNS).


    Top