Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0273

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' April 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal- bluetongue fi Spanja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1262) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 99, 7.4.2006, p. 35–35 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 582–582 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2007; Impliċitament imħassar minn 32007R1266

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/273/oj

    8.5.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    582


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' April 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/393/KE dwar żoni ristretti fir-rigward tal-bluetongue fi Spanja

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 1262)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2006/273/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue  (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3), u t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli u miżuri ta' kontroll biex jiġi kkumbattut il-bluetongue fil-Komunità, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u projbizzjoni fuq il-ħruġ ta' l-annimali minn dawn iż-żoni.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/393/KE tat-23 ta’ Mejju 2005 dwar żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza u kundizzjonijiet li japplikaw għall-movimenti minn jew f'dawn iż-żoni (2) tipprovdi għad-demarkazzjoni taż-żoni globali ġeografiċi fejn iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza (“iż-żoni ristretti”) għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fir-rigward tal-bluetongue.

    (3)

    Spanja infurmat lill-Kummissjoni li ebda virus ma ċċirkola fil-Gżejjer Baleariċi għal iktar minn sentejn

    (4)

    B'konsegwenza ta' dan, iż-żona ġeografika għandha tkun ikkunsidrata ħielsa mill-bluetongue u, skond it-talba sostanzjata imressqa minn Spanja, titneħħa mil-lista ta' żoni ristretti.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2005/393/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/393/KE, fil-parti għaż-Żona C,

    “Spanja

    Islas Baleares (fejn m'hemmx is-serotip 16)”

    hija mħassra

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta’ April 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

    (2)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 22. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/828/KE (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 37).


    Top