Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0203

    2006/203/KE: Id-Deċiżjoni Nru 202 tas- 17 ta’ Marzu 2005 fuq il-formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 001, E 101, E 102, E 103, E 104, E 106, E 107, E 108, E 109, E 112, E 115, E 116, E 117, E 118, E 120, E 121, E 123, E 124, E 125, E 126 u E 127) Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera.

    ĠU L 77, 15.3.2006, p. 1–84 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/203/oj

    15.3.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    1


    ID-DEĊIŻJONI Nru 202

    tas-17 ta’ Marzu 2005

    fuq il-formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 001, E 101, E 102, E 103, E 104, E 106, E 107, E 108, E 109, E 112, E 115, E 116, E 117, E 118, E 120, E 121, E 123, E 124, E 125, E 126 u E 127)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE u għall-ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera)

    (2006/203/KE)

    IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA IMMIGRANTI,

    Wara li kkunsidrat l-Artikolu 81(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jkunu qed jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, skond liema Artikolu hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni Amministrattiva li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha li joħorġu mir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolamenti sussegwenti,

    Wara li kkunsidrat l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, li jistabbilixxi l-proċedura li timplimenta r-Regolament (KEE) Nru 1408/7, skond liema Artikolu hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni Amministrattiva li tfassal mudelli ta’ dokumenti neċessarji għall-applikazzjoni tar-regolamenti,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 153 tas-7 ta’ Ottubru 1993 dwar formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 001, E 103 sa E 127), (1)

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 164 tas-27 ta’ Novembru 1996 ta’ formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 001, E 101 sa E 102), (2)

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 166 tat-2 ta’ Ottubru 1997 dwar l-emendar tal-formoli E 106 u E 109 (3)

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 168 tal-11 ta’ Ġunju 1998 dwar l-emendar tal-formoli E 121 u E 127 u l-waqfien tal-formoli E 122 (4)

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 179 tat-18 t’April 2000 dwar il-formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 111, E 111 B, E 113 sa E 118 u E 125 sa E 127) (5);

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 185 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li temenda d-Deċiżjoni Nru 574/72 (E 111, E 111 B, E 113 sa E 118 u E 125 sa E 127) (6),

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 186 tas-27 ta’ Ġunju 2002 dwar formoli mudell neċessarji għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 (E 101) (7),

    Billi:

    (1)

    It-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-1 ta’ Mejju 2004 jeħtieġ li l-formoli E 001, E 101, E 102, E 103, E 104, , E 106, E 107, E 108, E 109, E 112, E 115, E 116, E 117, E 118, E 120, E 121, E 123, E 124, E 125, E 126 u E 127 ikunu emendati.

    (2)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Il-Ftehim taż-ŻEE) tat-2 ta’ Mejju 1992, supplimentata bil-Protokoll tas-17 ta’ Marzu 1993, Anness VI, jimplimenta r-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72 fiż-Żona Ekonomika Ewropea.

    (3)

    Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-Konfederazzjoni Żvizzera waslu għall-Ftehim dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-persuni (il-Ftehim Żvizzeru) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. Anness II tal-Ftehim jirreferi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1408/71 u (KEE) Nru 574/72;

    (4)

    Għal raġunijiet prattiċi, il-formoli użati fl-Unjoni Ewropea u skond il-Ftehim taż-ŻEE u dak Żvizzeru għandhom ikunu identiċi.

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    1.

    Il-formola mudell E 101 riprodotta fid-Deċiżjoni Nru 186 tinbidel bil-mudell mehmuż hawnhekk.

    2.

    Il-formola mudell E 102 riprodotta fid-Deċiżjoni Nru 164 tinbidel bil-mudell mehmuż hawnhekk.

    3.

    Il-formola mudell E 105 riprodotta fid-Deċiżjoni Nru 153 ġiet revokata.

    Il-mudell tal-formoli E 001, E 103, E 104, E 107, E 112, E 120, E 123 u E 124 riprodotti fid-Deċiżjoni Nru 153 jinbidlu bil-formoli mudell mehmużin hawnhekk.

    4.

    Il-formoli mudell E 106 u 109 riprodotti fid-Deċiżjoni Nru 166 ġew sostitwiti bil-mudell mehmuż hawnhekk.

    5.

    Il-formola mudell E 108 riprodotta fid-Deċiżjoni Nru 185 tinbidel bil-mudell mehmuż hawnhekk.

    6.

    Il-formoli mudell E 001, E 116, E 117, E 118, E 125, E 126, u E 127 riprodotti fid-Deċiżjoni Nru 179 jinbidlu bil-mudelli mehmużin hawnhekk.

    7.

    Il-formola mudell E 121 riprodotta fid-Deċiżjoni Nru 168 tinbidel bil-mudell mehmuż hawnhekk.

    8.

    Is-simbolu ta’ l-Istat li jsejjaħ l-istituzzjoni li qed tlesti l-formola, hu indikat skond dan li ġej:

    “(BE = Il-Belġju; CZ = Ir-Repubblika Ċeka; DK = Id-Danimarka; DE = Il-Ġermanja; EE = L-Estonja; GR = Il-Greċja; ES = Spanja; FR = Franza; IE = L-Irlanda; IT = L-Italja; CY = Ċipru; LV = Il-Latvja; LT = Il-Litwanja; LU = Il-Lussemburgu; HU = L-Ungerija; MT = Malta; NL = L-Olanda; AT = L-Awstrija; PL = Il-Polonja; PT = Il-Portugall; SI = Is-Slovenja; SK = Is-Slovakkja; FI = Il-Finlandja; SE = l-Iżvezja; UK= Ir-Renju Unit; IS = L-Iżlanda; LI = Il-Liechtenstein; NO = In-Norveġja; CH = L-Iżvizzera.”

    9.

    L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-partijiet konċernati l-formoli skond il-mudelli mehmużin hawnhekk. Dawn il-formoli għandhom ikunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u mfassla b’tali mod li l-verżjonijiet lingwistiċi differenti jkunu jistgħu jiġu sovrapposti b’tali mod illi jkun possibli għall-persuna kkonċernata li tirċievi l-formola stampata fil-lingwa tagħha.

    10.

    Din id-Deċiżjoni li tieħu post id-Deċiżjonijiet Nri 153, 164, 166, 168, 179, 185 u 186, għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Hija għandha tkun applikabbli mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta’ wara l-pubblikazzjoni.

    Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Amministrattiva

    Claude EWEN


    (1)  ĠU L 244, tad-19.9.1994, p. 22.

    (2)  ĠU L 216, tat-8.8.1997, p. 85.

    (3)  ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 25.

    (4)  ĠU L 195, tal-11.7.1998, p. 37.

    (5)  ĠU L 54, tal-25.2.2002, p. 1.

    (6)  ĠU L 55, ta’ l-1.3.2003, p. 74.

    (7)  ĠU L 55, ta’ l-1.3.2003, p. 80.


    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Top