This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0086
2006/86/EC: Commission Decision of 10 February 2006 concerning certain interim protection measures in relation to suspected cases of highly pathogenic avian influenza in wild birds in Greece (notified under document number C(2006) 455)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 10 ta' Frar 2006 dwar ċerti miżuri provviżorji ta' protezzjoni rigward każijiet sospetti ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'għasafar selvaġġi fil-Greċja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 455)
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 10 ta' Frar 2006 dwar ċerti miżuri provviżorji ta' protezzjoni rigward każijiet sospetti ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'għasafar selvaġġi fil-Greċja (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 455)
ĠU L 40, 11.2.2006, p. 26–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 147–152
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 16/02/2006; Imħassar b' 32006D0115
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32006D0115 |
8.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
147 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-10 ta' Frar 2006
dwar ċerti miżuri provviżorji ta' protezzjoni rigward każijiet sospetti ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'għasafar selvaġġi fil-Greċja
(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 455)
(It-test Grieg biss huwa awtentiku)
(2006/86/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u partikolarment l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) 998/2003 tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-influwenza tat-tjur hija marda virali infettiva fit-tjur ta' l-irziezet u l-għasafar, li tikkawża mortalità u disturbi li malajr jistgħu jiżviluppaw fi proporzjonijiet epiżootiċi li kapaċi jwasslu għal theddida serja għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali u li jnaqqsu sew il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur ta' l-irziezet. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista' jinxtered mill-għasafar selvaġġi lill-għasafar domestiċi, partikolarment it-tjur ta' l-irziezet, u minn Stat Membru għal Stati Membri oħra u lil pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ internazzjonali fi tjur ħajjin u l-prodotti tagħhom. |
(2) |
Il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni bl-iżolament ta' virus H5 ta' l-influwenza tat-tjur miġbur minn każ kliniku fi tjur selvaġġi. Sakemm jiġi ddeterminat t-tip ta' neuraminidase (N) u ta' l-indiċi tal-patoġeniċità, l-istampa klinika u ċ-ċirkostanzi epidemjoloġiċi jagħtu l-lok għal suspett ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus ta' l-influwenza A. |
(3) |
Il-Greċja implimentat, mingħajr dewmien bla bżonn, ċerti miżuri previsti fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE tad-19 ta' Mejju 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur (4). |
(4) |
Minħabba r-riskju ta' mard, għandhom jiġu adottati miżuri provviżorji ta' protezzjoni sabiex jiġu indirizzati r-riskji partikolari f'żoni differenti. |
(5) |
Għal raġunijiet ta' koerenza, jixraq li jiġu applikati għall-iskopijiet ta' din id-Deċiżjoni, ċerti definizzjonijiet previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur u li tirrevoka id-Direttiva 92/40/KEE (5), fid-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tifqis minn pajjiżi terzi (6), fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (7), fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 998/2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (8). |
(6) |
Għandhom jiġu stabbiliti ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza madwar il-post li fih il-marda ġiet individwata f'għasafar selvaġġi. Dawk iż-żoni għandhom ikunu limitati għal dak li hu neċessarju għall-prevenzjoni ta' l-introduzzjoni tal-virus fil-qatgħat tat-tjur ta' l-irziezet kummerċjali u mhux kummerċjali. |
(7) |
Jeħtieġ li, partikolarment, il-movimenti ta' l-għasafar ħajjin u l-bajd tat-tifqis jiġu kkontrollati u limitati, filwaqt li jkun permess il-bgħit kontrollat miż-żoni ta' dawn l-għasafar u tal-prodotti li ġejjin mit-tjur suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
(8) |
Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta' Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta' bijosigurtà għat-tnaqqis tar-riskju ta' trażmissjoni ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A ta' l-influwenza minn għasafar li jgħixu fl-ambjent naturali għal tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta' individwalizzazzjoni minn kmieni f'żoni ta' riskju partikolari (9) għandhom jiġu implimentati f'żoni ta' protezzjoni u sorveljanza, indipendentement mil-livell ta' riskju ddefinit għaż-żona li fiha hemm suspett ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja jew konferma tagħha f'għasafar selvaġġi. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1774/2002 tat-3 ta' Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta' l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (10) jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' firxa ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali, bħall-ġelatina għal użu tekniku, materjali għal użu farmaċewtiku u oħrajn, li joriġinaw minn żoni tal-Komunità taħt restrizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali, għax dawk il-prodotti huma meqjusa sikuri minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' produzzjoni, ipproċessar u użu li jiddiżattivaw b'mod effikaċi patoġeni possibbli jew jipprevjenu l-kuntatt ma' animali suxxettibbli għalihom. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun permess it-trasport minn żoni ta' protezzjoni ta' ħmieġ jew demel użat u mhux ipproċessat għal skopijiet ta' trattament skond dak ir-Regolament, kif ukoll tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali konformi mal-kundizzjonijient stabbiliti fih. |
(10) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE (11) tipprevedi korpi approvati, istituti u ċentri u mudell ta' ċertifikati tas-saħħa li għandu jakkumpanja l-annimali u l-gameti tagħhom fit-trasport bejn dawn l-istrutturi approvati fi Stati Membri differenti. Għandha tkun prevista deroga għar-restrizzjonijiet fuq it-trasport għal għasafar li ġejjin minn u li sejrin lejn korpi, istituti u ċentri approvati skond dik id-Direttiva. |
(11) |
It-trasport tal-bajd għat-tifqis miż-żona ta' protezzjoni għandu jkun permess taħt ċerti kundizzjonijiet. Jista' jiġi permess li jintbagħat bajd għat-tifqis lil pajjiżi oħra suġġett, partikolarment, għall-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2005/94/KE. F'każijiet bħal dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali previsti skond id-Direttiva 90/539/KEE għandu jkun fihom referenza għal din id-Deċiżjoni. |
(12) |
Għandu jiġi permess li jintbagħat miż-żoni ta' protezzjoni laħam, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, partikolarment fir-rigward tal-konformità ma' ċerti rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (12). |
(13) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (13) tistabbilixxi elenku ta' trattamenti biex il-laħam minn żoni ristretti isir sikur, u tipprevedi l-possibilità li titwaqqaf marka sanitarja speċifika u l-marka sanitarja meħtieġa għal-laħam mhux awtorizzat li jitqiegħed fis-suq għal raġunijiet sanitarji ta' l-annimali. Jixraq li jkun permess li jintbagħat laħam minn żoni protetti li juri marka sanitarja prevista minn dik id-Direttiva u prodotti tal-laħam suġġetti għat-trattament imsemmi fiha. |
(14) |
Fl-istennija tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali u f'kollaborazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri ta' protezzjoni ad interim rigward l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'għasafar selvaġġi. |
(15) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitati Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Is-suġġett, l-ambitu u d-definizzjonijiet
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri provviżorji ta' protezzjoni fir-rigward ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'għasafar selvaġġi fil-Greċja kkawżata mis-sottotip H5 tal-virus A ta' l-influwenza li fiha hemm suspett li hija tat-tip ta' neuraminidase N1, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur minn għasafar selvaġġi lit-tjur ta' l-irziezet jew għasafar oħra miżmuma mill-bniedem kif ukoll il-kontaminazzjoni tal-prodotti tagħhom.
2. Għajr jekk previst b'mod ieħor, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2005/94/KE. Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
a) |
“bajd tat-tifqis” tfisser bajd hekk kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/539/KEE; |
b) |
“tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix” tfisser hekk kif definit fil-punt 1.5, it-tieni inċiż, u l-punt 1.7 ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
ċ) |
“għasafar oħra miżmuma mill-bniedem” tfisser għasafar hekk kif definiti fil-punt 6 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2005/94/KE, inklużi:
|
Artikolu 2
It-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza
1. Madwar iż-żona fejn il-preżenza ta' l-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja kkawżata mill-virus A ta' l-influwenza tas-sottotip H5 fl-għasafar selvaġġi tkun ikkonfermata, u n-neuraminidase tat-tip N1 hija sospetta jew ikkonfermata, il-Greċja għandha tistabbilixxi:
a) |
żona ta' protezzjoni b'radjus ta' talanqas tliet kilometri, kif ukoll |
b) |
żona ta' sorveljanza b'radjus ta' talanqas għaxar kilometri, biż-żona ta' protezzjoni inkluża. |
2. It-twaqqif taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jqis il-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżootjoloġiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur, kif ukoll ta' faċilitajiet ta' monitoraġġ.
3. Jekk iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza jkopru t-territorji ta' Stati Membri oħrajn, Il-Greċja għandha tikkollabora ma' l-awtoritajiet ta' dawk l-Istati Membri biex jistabblixxu ż-żoni.
4. Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħra bid-dettalji ta' kwalunkwe żona ta' protezzjoni u sorveljanza stabbilita skond dan l-Artikolu.
Artikolu 3
Il-miżuri fiż-żona ta' protezzjoni
1. Il-Greċja għandha tassigura li talanqas il-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona ta' protezzjoni:
a) |
l-identifikazzjoni ta' l-istabbilimenti kollha li għandhom it-tjur ġewwa ż-żona; |
b) |
żjarat perjodiċi u dokumentati fl-istabbilimenti kummerċjali kollha li jinkludu spezzjoni klinika tat-tjur inkluż, jekk meħtieġ, il-ġbir ta' kampjuni għall-analiżi f'laboratorji; |
ċ) |
l-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa ta' bijosigurtà fuq il-post, inkluża d-diżinfezzjoni mad-dħul u l-ħruġ ta' l-istabbiliment, il-postijiet fejn jinżammu t-tjur jew l-għeluq tat-tjur f'postijiet fejn jista' jiġi evitat kuntatt dirett u indirett ma' tjur jew għasafar oħra miżmuma mill-bniedem; |
d) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' bijosigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/734/KE; |
e) |
il-kontroll tal-moviment tal-prodotti tat-tjur skond l-Artikolu 9; |
f) |
monitoraġġ attiv tal-mard fil-popolazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, partikolarment fit-tjur ta' l-ilma, jekk meħtieġ bil-kooperazzjoni tal-kaċċaturi u l-osservaturi ta' l-għasafar (bird-watchers), li speċifikament ingħataw struzzjonijiet dwar il-miżuri biex jitħarsu mill-infezzjoni mill-virus u biex jipprevjenu t-tixrid tal-virus fost l-annimali suxxettibbli; |
g) |
kampanji biex titqajjem kuxjenza dwar il-marda fost is-sidien, il-kaċċaturi u l-osservaturi ta' l-għasafar. |
2. Il-Greċja għandha tassigura li dak li ġej jiġi pprojbit fiż-żona ta' protezzjoni:
a) |
it-tneħħija tat-tjur u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem mill-istabbiliment li fih dawn qegħdin jinżammu; |
b) |
il-ġabra tat-tjur u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem f'fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra; |
ċ) |
it-trasport minn ġoż-żona tat-tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bnidem, minbarra l-ġarr fit-toroq ewlenin jew il-ferroviji u t-trasport lejn biċċerija għall-qtil dirett; |
d) |
li miż-żona jintbagħat il-bajd għat-tifqis; |
e) |
li miż-żona jintbagħat il-laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam mit-tjur ta' l-irziezet u għasafar u tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix miżmum mill-bniedem; |
f) |
it-trasport jew it-tixrid barra ż-żona ta' ħmieġ jew demel użat u mhux ipproċessat li ġej mit-tjur ta' l-irziezet, minbarra t-trasport għat-trattament skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, |
g) |
il-kaċċa għall-għasafar selvaġġi. |
Artikolu 4
Il-miżuri fiż-żona ta' sorveljanza
1. Il-Greċja għandha tassigura li talanqas il-miżuri li ġejjin jiġu applikati fiż-żona ta' sorveljanza:
a) |
l-identifikazzjoni ta' l-istabbilimenti kollha ġewwa ż-żona; |
b) |
l-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa ta' bijosigurtà fuq il-post, inkluż l-użu ta' mezzi xierqa ta' diżinfezzjoni mad-dħul u l-ħruġ ta' l-istabbilimenti; |
ċ) |
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' bijosigurtà stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/734/KE; |
d) |
il-kontroll tal-moviment ta' tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bniedem u bajd tat-tifqis fi ħdan iż-żona. |
2. Il-Greċja għandha tassigura li dak li ġej jiġi pprojbit fiż-żona ta' sorveljanza:
a) |
il-moviment ta' tjur ta' l-irziezet u għasafar oħra miżmuma mill-bnidem barra miż-żona għal talanqas 15-il ġurnata wara t-twaqqif taż-żona; |
b) |
il-ġabra tat-tjur u għasafar oħra f'fieri, swieq, wirjiet u laqgħat oħra; |
ċ) |
il-kaċċa għall-għasafar selvaġġi. |
Artikolu 5
It-tul tal-miżuri fiż-żmien
Jekk jiġi konfermat li t-tip ta' neuroaminidase huwa differenti minn N1, il-miżuri previsti fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jiġu revokati.
Jekk il-preżenza ta' virus ta' l-influwenza A tas-sottotip H5N1 tiġi kkonfermata f'għasafar selvaġġi, il-miżuri previsti fl-Artikoli 3 u 4 għandhom japplikaw għaż-żmien kollu meħtieġ, billi jitqiesu l-fatturi ġeografiċi, amministrattivi, ekoloġiċi u epiżootjoloġiċi li għandhom x'jaqsmu ma' l-influwenza tat-tjur, għal talanqas 21 jum fil-każ taż-żona ta' protezzjoni u ta' 30 jum f'dak taż-żona ta' sorveljanza, li jibdew jgħoddu mid-data li fiha jkun ġie iżolat virus ta' l-influwenza tat-tjur H5 miġbur minn każ kliniku f'għasafar selvaġġi.
Artikolu 6
Id-derogi għal għasafar ħajjin u l-flieles ta' ġurnata
1. B'deroga mill-Artikolu 3(2)(a), il-Greċja tista' tawtorizza t-trasport ta' għattuq lest biex ibid u dundjan għat-tismin miż-żona għal stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali li jinsabu fiż-żona ta' protezzjoni jew f'dik ta' sorveljanza.
2. B'deroga mill-Artikolu 3(2)(a) u l-Artikolu 4(2)(a), Il-Greċja tista' tawtorizza t-trasport ta':
a) |
tjur ta' l-irziezet għall-qtil immedjat, inklużi tiġieġ li m'għadhomx ibidu, lejn biċċerija li tinsab fiż-żona ta' protezzjoni jew f'dik ta' sorveljanza, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, lejn biċċerija indikata mill-awtorità kompetenti li tinsab barra miż-żoni; |
b) |
flieles ta' ġurnata miż-żona ta' protezzjoni għal stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali fuq it-territorju tal-Greċja fejn mhemmx tjur oħra ta' l-irziezet jew għasafar oħra miżmuma mill-bniedem, minbarra għasafar tal-gost (pets) imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c)(i), separati mit-tjur ta' l-irziezet; |
ċ) |
flieles ta' ġurnata miż-żona ta' sorveljanza għal stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali fuq it-territorju tal-Greċja; |
d) |
għattuq lest biex ibid u dundjan għat-tismin miż-żona ta' sorveljanza għal stabbilimenti taħt kontroll uffiċjali fuq it-territorju tal-Greċja; |
e) |
għasafar tal-gost imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c)(i), għal stabbilimenti fuq it-territorju tal-Greċja li ma jkunux qed iżommu tjur, jekk il-konsenja tikkonsisti minn ħames jew anqas għasafar fil-gaġeġ, indipendentement mir-regoli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 1, it-tielet paragrafu, tad-Direttiva 92/65/KEE; |
f) |
l-għasafar imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c)(ii) li ġejjin minn korpi, istituti u ċentri approvati u li jkunu sejrin lejn korpi, istituti u ċentri approvati skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 92/65/KEE. |
Artikolu 7
Id-derogi għall-bajd għat-tifqis
1. B'deroga mill-Artikolu 3(2)(d), il-Greċja tista' tawtorizza:
a) |
it-trasport tal-bajd għat-tifqis miż-żona ta' protezzjoni sa mafqas indikat fi ħdan it-territorju tal-Greċja; |
b) |
li jintbagħat miż-żona ta' protezzjoni sa maqfas li jinsab fi ħdan it-territorju tal-Greċja il-bajd għat-tifqis, bil-kundizzjoni li;
|
2. Iċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali skond il-Mudell 1 ta' l-Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE li jakkumpanjaw il-konsenji tal-bajd għat-tifqis imsemmija fil-paragrafu 1(a) lill-Istati Membri l-oħra għandhom jinkludu l-kliem:
“Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali ta' din il-konsenja huma skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/86/KE”
Artikolu 8
Id-derogi għal-laħam, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam
1. B'deroga mill-Artikolu 3(2)(e), il-Greċja tista' tawtorizza li jintbagħat miż-żona ta' protezzjoni:
a) |
laħam frisk mit-tjur, inkluż laħam minn ratiti, li joriġinaw fi jew barra dik iż-żona u prodott skond l-Anness II u t-Taqsimiet II u III ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kkontrollat skond it-Taqsimiet I, II, III, u l-Kapitoli V u VII tat-Taqsima IV ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004; |
b) |
laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom laħam imsemmi fil-punt (a) u prodott skond it-Taqsimiet V u VI ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004; |
ċ) |
laħam frisk minn tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix li joriġina minn dik iż-żona, jekk dak il-laħam huwa mmarkat b'marka sanitarja prevista mill-Anness II mad-Direttiva 2002/99/KE u hu maħsub għat-trasport lejn stabbiliment għal trattament kif meħtieġ għall-influwenza tat-tjur skond l-Anness III ma' dik id-Direttiva; |
d) |
prodotti tal-laħam prodotti mil-laħam minn tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix suġġett għal trattament kif meħtieġ għall-influwenza tat-tjur skond l-Anness III mad-Direttiva 2002/99/KE; |
e) |
laħam frisk mit-tjur tal-kaċċa selvaġġ bir-rix li joriġina minn barra iż-żona ta' protezzjoni u prodott fi stabbilimenti fiż-żona ta' protezzjoni skond t-Taqsima IV ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u kkontrollat skond il-Kapitolu VIII tat-Taqsima IV ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004; |
f) |
laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li fihom laħam imsemmi fil-punt (a) u prodott fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żona ta' protezzjoni skond it-Taqsimiet V u VI ta' l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
2. Il-Greċja għandha tiżgura li l-prodotti msemmija fil-paragrafi 1(e) u (f) jiġu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li:
“Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali ta' din il-konsenja huma skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/86/KE”
Artikolu 9
Il-kundizzjonijiet għall-prodotti sekondarji ta' l-annimali
1. Skond l-Artikolu 3(1)(e), il-Greċja tista' tawtorizza li jintbagħtu:
a) |
prodotti sekondarji ta' l-annimali konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitoli II(A), III(B), IV(A), VI(A u B), VII(A), VIII(A), IX(A) u X(A) ta' l-Anness VII, u l-Kapitolu II(B) u l-Kapitolu III(II)(A) ta' l-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; |
b) |
rix jew partijiet tar-rix mhux ipproċessat skond il-Kapitolu VIII(A)(1)(a) ta' l-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, prodott mit-tjur li ġejjin minn barra ż-żona ta' protezzjoni; |
ċ) |
rix jew partijiet tar-rix tat-tjur ta' l-irziezet ipproċessat li ġie ttrattat b'kurrent ta' fwar jew b'xi metodu ieħor li jiżgura li ma jibqa' l-ebda patoġenu; |
d) |
prodotti derivati minn tjur jew għasafar oħra miżmuma mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja, mhumiex suġġetti għall-ebda kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali jew li mhumiex suġġetti għall-ebda projbizzjoni jew restrizzjoni għal raġunijiet ta' saħħa ta' l-annimali, inkluż il-prodotti msemmija fil-Kapitolu VII(A)(1)(a) ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002. |
2. Il-Greċja għandha tiżgura li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c) ikollhom magħhom dokument kummerċjali, skond il-Kapitolu X ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, li fil-punt 6.1 ta' dak id-dokument jistqarr li dawk il-prodotti jkunu ġew trattati iegħu b'kurrent ta' fwar jew b'xi metodu ieħor li jiżgura li ma jibqa' l-ebda patoġenu.
Madankollu, dak id-dokument kummerċjali ma għandux ikun rekwiżit għar-rix dekorattiv ipproċessat, ir-rix ipproċessat li jġorruh il-vjaġġaturi għall-użu personali tagħhom jew il-konsenji ta' rix ipproċessat mibgħuta lill-individwi privati għal finijiet mhux industrijali.
Artikolu 10
Il-kundizzjonijiet għall-movimenti
1. Fejn il-movimenti ta' l-annimali jew prodotti tagħhom kopert minn din id-Deċiżjoni huwa awtorizzat skond l-Artikoli 6 sa 9, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha xierqa ta' bijosigurtà sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' l-influwenza tat-tjur.
2. Fejn il-bgħit, iċ-ċaqliq jew it-trasport tal-prodotti, li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 huma awtorizzati skond l-Artikoli 7, 8 u 9, dawn għandhom jinkisbu, jiġu mmaniġġjati, jinħażnu u jiġu ttrasportati separatament minn prodotti oħra li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tas-saħħa ta' l-annimali għall-kummerċ, it-tqegħid fis-suq jew l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.
Artikolu 11
Il-konformità
Il-Greċja għandha minnufih tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni, u tippubblika dawk il-miżuri. Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
Artikolu 12
Id-destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmula fi Brussell, l-10 Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/33/KE (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (ĠU L 4, 7.1.2006, p. 3).
(4) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003.
(5) ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.
(6) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.
(7) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206; il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(8) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2006 (ĠU L 4, 7.1.2006, p. 3).
(9) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/855/KE (ĠU L 316, 2.12.2005, p. 21).
(10) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).
(11) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/68/KE (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321).
(12) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; il-verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83).
(13) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.