Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005X1214(01)

    Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmija fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 327, 14.12.2005, p. 19–19 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 190–190 (MT)

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    190


    Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika ta' l-Ungerija dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex jagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmija fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    Ir-Repubblika Franċiża ddikjarat li taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'konformità ma' l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Ir-Repubblika ta' l-Ungerija ddikjarat li taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Għaldaqstant, l-istat tad-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenzi preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti msemmija fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea hu kif ġej:

    ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika ta' l-Ungerija ddikjaraw li jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'konformità ma' l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) (1),

    ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja ddikjaraw li jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) (2),

    meta għamlu d-dikjarazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika ta' l-Awstrija rriservaw id-dritt li jagħmlu dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta kwistjoni dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta' atti msemmija fl-Artikolu 35(1) huma mqajma f'każ li jkun qiegħed quddiem qorti jew tribunal nazzjonali kontra d-deċiżjonijiet tagħhom m'hemmx remedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal huma obbligati jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


    (1)  Notifika tad-dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja ġiet ippublikata fil-ĠU L 114 ta' l-1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120 ta' l-1.5.1999, p. 24.

    (2)  Id-dikjarazzjoni mir-Repubblika Ċeka ġiet ippublikata fil-ĠU L 236 tat-23.9.2003, p. 980. Notifika tad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri l-oħra msemmija, bl-eċċezzjoni tar- Repubblika Franċiża, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 114 ta' l-1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120 ta' l-1.5.1999, p. 24


    Top