EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R0209

209/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 209/2005 tas- 7 ta' Frar 2005 li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

ĠU L 34, 8.2.2005, p. 6–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 100–108 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2018; Imħassar b' 32018R0604

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/209/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

100


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 209/2005

tas-7 ta' Frar 2005

li jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li għalihom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1541 tat-13 ta’ Lulju 1998 dwar il-prova ta’ l-oriġini għal ċerti prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt it-Taqsima XI tan-Nomenklatura Kombinata u rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità, u dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta’ tali prova (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-każ ta’ dawk il-prodotti ta’ tessuti u ħwejjeġ li m’humiex soġġetti għal miżuri speċifiċi skond il-politika tal-Komunità dwar il-kummerċ u li jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni ħielsa, ir-Regolament ta’ hawn fuq jipprovdi kemm li tista' tingħata eżenzjoni mill-obbligu li tiġi ppreżentata prova ta’ l-oriġini u kemm li d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-eżenzjoni mill-obbligu li jiġi ppreżentat ċertifikat ta’ l-oriġini għandhom jindikaw jekk dikjarazzjoni ta’ l-oriġini għandiex tiġi ppreżentata jew le għal tali prodott.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 (2) jistabbilixxi l-lista tal-prodotti tat-tessuti li dwarhom m’hemmx il-ħtieġa tal-prova ta’ l-oriġini meta jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità. Fil-mumentIllum hemm il-ħtieġa li din il-lista tiġi aġġornata bl-inklużjoni ta’ kategoriji ġodda ta’ prodotti tat-tessuti.

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza u ċertezza legali, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 għandu jiġi revokat mill-iżjed fis possibbli uminfloku jitpoġġew id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Sabiex jiġu implimentati l-obbligi ta’ l-UE li jirriżultaw mit-tmiem tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ u, b’mod partikolari, sabiex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 2(8c) tal-Ftehim tad-WTO dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ li jiddikjara li “fl-ewwel jum tal-121 xahar minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim tad-WTO, is-settur tat-tessuti u l-ħwejjeġ għandu jitqies li huwa integrat fil-GATT 1994, billi jkunu ġew eliminati ir-restrizzjonijiet kollha skond dan il-Ftehim”, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2005.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kodiċi tad-Dwana.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rilaxxIl-ħelsien, għal ċirkolazzjoni ħielsa, tal-prodotti elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ prova ta’ l-oriġini.

Artikolu 2

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2579/98 tat-30 ta’ Novembru 1998 huwa revokat.

Artiklu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sebat ijiem minn meta jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2005.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Frar 2005.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 202, 18.7.1998, p. 11.

(2)  ĠU L 322, 1.12.1998, p. 27.


ANNESS

ELENKU TAL-PRODOTTI TAT-TESSUTI

Kategorija

Deskrizzjoni — Kodiċi CN 2005

(1)

(2)

Grupp III A

34

Materjali minsuġa minn ħjut ta’ filamenti sintetiċi miksuba minn strixxi jew simili tal-polietilena jew il-polipropelin, wesgħin 3 m jew aktar

5407 20 19

38A

Materjal sintetiku tal-purtieri innittjat jew bil-kroxè inkluż materjal għall-purtieri tan-nett.

6005 31 10 , 6005 32 10 , 6005 33 10 , 6005 34 10 , 6006 31 10 , 6006 32 10 , 6006 33 10 , 6006 34 10

38B

Purtieri tan-nett, innittjati jew tal-kroxè

ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90

40

Purtieri minsuġa (inklużi drappijiet, blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir), li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew magħmula minn fibri magħmulin mill-bniedem

ex 6303 91 00 , ex 6303 92 90 , ex 6303 99 90 , 6304 19 10 , ex 6304 19 90 , 6304 92 00 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00

42

Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali kontinwi, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut

5401 20 10

Ħjut magħmulin minn fibri artifiċjali; ħjut magħmulin minn filamenti artifiċjali, mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut li mhumiex ħajta singla tar-rayon viskuż mhux mibrum jew b’barma ta’ mhux aktar minn 250 kisra/metru u ħajt mhux minsuġ ewlieni ta’ ċelluloża aċetata

5403 10 00 , 5403 20 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00 , 5403 39 00 , 5403 41 00 , 5403 42 00 , 5403 49 00 , ex 5604 20 00

43

Ħjut minn filamenti artifiċjali, ħjut minn fibri bażiċi artifiċjali, ħjut tal- qoton imballati għall-bejgħ bl-imnut

5204 20 00 , 5207 10 00 , 5207 90 00 , 5401 10 90 , 5401 20 90 , 5406 10 00 , 5406 20 00 , 5508 20 90 , 5511 30 00

46

Suf imqardax jew mimxut tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew xi suf ta’ l-annimali fin ieħor

5105 10 00 , 5105 21 00 , 5105 29 00 , 5105 31 00 , 5105 39 10 , 5105 39 90

47

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief imqardax (ħjut tas-suf) jew minn suf fin ta’ l-annimali mqardax, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut

5106 10 10 , 5106 10 90 , 5106 20 10 , 5106 20 91 , 5106 20 99 , 5108 10 10 , 5108 10 90

48

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief mimxut (ħjut worsted) jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, mhux imballat għall-bejgħ bl-imnut

5107 10 10 , 5107 10 90 , 5107 20 10 , 5107 20 30 , 5107 20 51 , 5107 20 59 , 5107 20 91 , 5107 20 99 , 5108 20 10 , 5108 20 90

49

Ħjut tas-suf tan-nagħaġ jew tal-ħrief jew minn suf fin ta’ l-annimali mimxut, imballat għall-bejgħ bl-imnut

5109 10 10 , 5109 10 90 , 5109 90 10 , 5109 90 90

51

Qoton, imqardax jew mimxut

5203 00 00

53

Garża tal-qoton

5803 10 00

54

Fibri bażiċi artifiċjali, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor

5507 00 00

55

Fibri bażiċi sintetiċi, inkluż l-iskart, imqardxa, mimxuta jew ippreparati għall-għażil b’xi mod ieħor

5506 10 00 , 5506 20 00 , 5506 30 00 , 5506 90 10 , 5506 90 90

56

Ħjut minn fibri bażiċi sintetiċi (inkluż l-iskart), imballati għall-bejgħ bl-imnut

5508 10 90 , 5511 10 00 , 5511 20 00

58

Twapet, carpentines u raggs, magħmula bl-għoqod (imballati jew le)

5701 10 10 , 5701 10 90 , 5701 90 10 , 5701 90 90

60

Tapizzeriji, magħmula bl-idejn, tat-tip Gobelins, Flanders, Aubusson, Beauvais u simili, u tapizzeriji xogħol tal-labar (per eż. rakkmu u punt xewka) magħmula bħala panewwijiet u simili bl-idejn

5805 00 00

62

Ħjut tax-xinilja (inklużi ħjut tax-xinilja flock), ħjut rinfurzati (li m’humiex ħjut metalizzati u ħjut tax-xagħar taż-żiemel rinfurzati)

5606 00 91 , 5606 00 99

Tull u tessuti tan-nett oħrajn, minbarra tessuti minsuġa, innittjati jew tal-kroxè; bizzilla bil-biċċa, strixxi jew disinji

5804 10 11 , 5804 10 19 , 5804 10 90 , 5804 21 10 , 5804 21 90 , 5804 29 10 , 5804 29 90 , 5804 30 00

Tikketti, beġġijiet u simili magħmula minn materjali tessuti, mhux irrakkmati, bil-biċċa, strippi jew maqtugħin skond il-forma jew il-qies, minsuġa.

5807 10 10 , 5807 10 90

Tberfil u xogħol ornamentali bil-biċċa; ġummien, pompons u simili

5808 10 00 , 5808 90 00

Rakkmu, bil-biċċa, strixxi jew disinji

5810 10 10 , 5810 10 90 , 5810 91 10 , 5810 91 90 , 5810 92 10 , 5810 92 90 , 5810 99 10 , 5810 99 90

63

Materjal innittjat jew tal-kroxè minn fibri sintetiċi li jkun fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut elastomeriċi u materjali innittjat jew tal-kroxè li fihom, bħala piż, 5 % jew aktar ta’ ħjut tal-lastku

5906 91 00 , ex 6002 40 00 , 6002 90 00 , ex 6004 10 00 , 6004 90 00

Bizzilla Raschel u materjal bil-pil twil minn fibri sintetiċi

ex 6001 10 00 , 6003 30 10 , 6005 31 50 , 6005 32 50 , 6005 33 50 , 6005 34 50

65

Materjal innittjat jew tal-kroxè, li mhux dak tal-kategorija 38 A u 63, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

5606 00 10 , ex 6001 10 00 , 6001 21 00 , 6001 22 00 , ex 6001 29 00 , 6001 91 00 , 6001 92 00 , ex 6001 99 00 , ex 6002 40 00 , 6003 10 00 , 6003 20 00 , 6003 30 90 , 6003 40 00 , ex 6004 10 00 , 6005 10 00 , 6005 21 00 , 6005 22 00 , 6005 23 00 , 6005 24 00 , 6005 31 90 , 6005 32 90 , 6005 33 90 , 6005 34 90 , 6005 41 00 , 6005 42 00 , 6005 43 00 , 6005 44 00 , 6006 10 00 , 6006 21 00 , 6006 22 00 , 6006 23 00 , 6006 24 00 , 6006 31 90 , 6006 32 90 , 6006 33 90 , 6006 34 90 , 6006 41 00 , 6006 42 00 , 6006 43 00 , 6006 44 00

66

Raggs u kutri għall-ivvjaġġar, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6301 10 00 , 6301 20 90 , 6301 30 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90

Grupp III B

72

Ilbies ta’ l-għawm, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6112 31 10 , 6112 31 90 , 6112 39 10 , 6112 39 90 , 6112 41 10 , 6112 41 90 , 6112 49 10 , 6112 49 90 , 6211 11 00 , 6211 12 00

84

Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6214 20 00 , 6214 30 00 , 6214 40 00 , 6214 90 10

85

Ingravati, ċfuf u kravatti, li mhux innittjati jew tal-kroxè, tas-suf, tal-qoton jew minn fibri artifiċjali

6215 20 00 , 6215 90 00

86

Kurpetti, kurpetti sal-qadd, suspender belts, ċingi, takkalji u oġġetti simili u l-partijiet minnhom, kemm jekk innittjati jew tal-kroxè u kemm jekk le

6212 20 00 , 6212 30 00 , 6212 90 00

88

Kalzetti, peduni u peduni qosra, mhux innittjati jew tal-kroxè; aċċessorji oħrajn ta’ l-ilbies, parti minn oġġetti tal-ħwejjeġ jew ta’ aċċessorji tal-ħwejjeġ li mhumiex għat-trabi, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

ex 6209 10 00 , ex 6209 20 00 , ex 6209 30 00 , ex 6209 90 00 , 6217 10 00 , 6217 90 00

91

Tined

6306 21 00 , 6306 22 00 , 6306 29 00

93

Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti minn materjali minsuġa li mhumiex magħmula minn strixxi tal-polietilena jew il-polipropelin

ex 6305 20 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00

94

Ikkuttunar minn materjal tat-tessuti u oġġetti magħmulin minnu; fibri tat-tessuti mhux itwal minn 5 mm (flock), trab tat-tessuti u min-neps

5601 10 10 , 5601 10 90 , 5601 21 10 , 5601 21 90 , 5601 22 10 , 5601 22 91 , 5601 22 99 , 5601 29 00 , 5601 30 00

95

Feltru u oġġetti magħmula minnu, kemm jekk mimli b’xi sustanza oħra jew le, li mhux kisi ta’ l-art

5602 10 19 , 5602 10 31 , 5602 10 39 , 5602 10 90 , 5602 21 00 , ex 5602 29 00 , 5602 90 00 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 10 , 6307 90 91

96

Materjali mhux minsuġa u oġġetti magħmula minn tali materjali, kemm jekk mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mgħottija jew laminati jew le

5603 11 10 , 5603 11 90 , 5603 12 10 , 5603 12 90 , 5603 13 10 , 5603 13 90 , 5603 14 10 , 5603 14 90 , 5603 91 10 , 5603 91 90 , 5603 92 10 , 5603 92 90 , 5603 93 10 , 5603 93 90 , 5603 94 10 , 5603 94 90 , ex 5807 90 10 , ex 5905 00 70 , 6210 10 90 , ex 6301 40 90 , ex 6301 90 90 , 6302 22 10 , 6302 32 10 , 6302 53 10 , 6302 93 10 , 6303 92 10 , 6303 99 10 , ex 6304 19 90 , ex 6304 93 00 , ex 6304 99 00 , ex 6305 32 90 , ex 6305 39 00 , 6307 10 30 , ex 6307 90 99

98

Oġġetti oħrajn magħmula mill-ħjut, spag oħxon, ċimi, kejbils jew ħbula, li mhux minnmaterjali tessuti, oġġetti magħmula minn tali materjali u oġġetti tal-kategorija 97

5609 00 00 , 5905 00 10

99

Materjali tat-tessuti miksijin bil-gomma jew sustanzi amilaċji, ta’ tip użat għall-kisi estern ta’ kotba u simili; matrrjal għall-intraċċar; tila ppreparata għall-pittura; bakrum u materjal tat-tessuti rinfurzat simili ta’ tip użat għall-irfid tal-kpiepel

5901 10 00 , 5901 90 00

Linolju, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le; kisi ta’ l-art magħmula minn kisja jew għata applikat fuq bażi tat-tessuti, kemm jekk maqtugħ skond il-forma u kemm jekk le

5904 10 00 , 5904 90 00

Materjal tat-tessuti miksi bil-lastku, mhux innittjat jew tal-kroxè, ħlief dak użat għat-tajers

5906 10 00 , 5906 99 10 , 5906 99 90

Materjal tat-tessuti mimli jew miksi b’xi sustanza oħra b’xi mod ieħor; kanvas miżbugħ użat bħala, xena teatrali, back-cloth ta’ studjo, li mhux tal-kategorija 100

5907 00 10 , 5907 00 90

100

Materjali tat-tessuti mimlija b’xi sustanza oħra, miksija, mogħtija jew laminati bi preparazzjonijiet ta’ derivattivi taċ-ċelluloża jew ta’ materjali tal-plastik artifiċjali oħrajn

5903 10 10 , 5903 10 90 , 5903 20 10 , 5903 20 90 , 5903 90 10 , 5903 90 91 , 5903 90 99

101

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, li mhux minn fibri sintetiċi

ex 5607 90 90

110

Saqqijiet pnewmatiċi minsuġa

6306 41 00 , 6306 49 00

111

Oġġetti għall-ikkampjar, minsuġa, li mhux saqqijiet pnewmatiċi u tined

6306 91 00 , 6306 99 00

112

Oġġetti oħrajn tat-tessuti lesti, minsuġa, ħlief dawk tal-kategoriji 113 u 114

6307 20 00 , ex 6307 90 99

113

Biċċiet ta’ l-art, biċċiet tal-platti u biċċiet tat-tfarfir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

6307 10 90

114

Materjali minsuġa u oġġetti għal użu tekniku

5902 10 10 , 5902 10 90 , 5902 20 10 , 5902 20 90 , 5902 90 10 , 5902 90 90 , 5908 00 00 , 5909 00 10 , 5909 00 90 , 5910 00 00 , 5911 10 00 , ex 5911 20 00 , 5911 31 11 , 5911 31 19 , 5911 31 90 , 5911 32 10 , 5911 32 90 , 5911 40 00 , 5911 90 10 , 5911 90 90

Grupp IV

120

Purtieri (inklużi drappijiet), blajnds ta’ ġewwa, pavaljuni tal-purtieri u tas-sodod u oġġetti oħrajn ta’ tagħmir, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè, tal-kittien jew fibri tar-rami

ex 6303 99 90 , 6304 19 30 , ex 6304 99 00

121

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, tal-kittien jew fibri tar-rami

ex 5607 90 90

122

Xkejjer u boroż ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, użati, tal-kittien, li mhumiex innittjati jew tal-kroxè

ex 6305 90 00

123

Tessuti minsuġa bil-pil u tessuti tax-xinilja tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li m’humiex “tessuti dojoq”

5801 90 10 , ex 5801 90 90

Xallijiet, skarvs, mafflers, mantillas, velijiet u simili, tal-kittien jew tal-fibri tar-rami, li mhux innittjati jew tal-kroxè

6214 90 90

Grupp V

124

Fibri bażiċi sintetiċi

5501 10 00 , 5501 20 00 , 5501 30 00 , 5501 90 10 , 5501 90 90 , 5503 10 10 , 5503 10 90 , 5503 20 00 , 5503 30 00 , 5503 40 00 , 5503 90 10 , 5503 90 90 , 5505 10 10 , 5505 10 30 , 5505 10 50 , 5505 10 70 , 5505 10 90

125A

Ħjut ta’ filamenti sintetiċi (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 41

5402 41 00 , 5402 42 00 , 5402 43 00

125B

Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali sintetiċi

5404 10 10 , 5404 10 90 , 5404 90 11 , 5404 90 19 , 5404 90 90 , ex 5604 20 00 , ex 5604 90 00

126

Fibri bażiċi artifiċjali

5502 00 10 , 5502 00 40 , 5502 00 80 , 5504 10 00 , 5504 90 00 , 5505 20 00

127A

Ħjut ta’ filamenti artifiċjali (kontinwi) mhux imballati għall-bejgħ bl-imnut, li mhumiex ħjut tal-kategorija 42

5403 31 00 , ex 5403 32 00 , ex 5403 33 00

127B

Monifilamenti, strixxi (tiben artifiċjali u simili) u watar artifiċjali minn materjali tessuti artifiċjali

5405 00 00 , ex 5604 90 00

128

Suf ta’ l-annimali oħxon, imqardax jew mimxut

5105 40 00

129

Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel

5110 00 00

130A

Ħjut tal-ħarir li mhumiex ħjut mibrumin mill-iskart tal-ħarir

5004 00 10 , 5004 00 90 , 5006 00 10

130B

Ħjut tal-ħarir lu mhumiex tal-kategoriji 130A; watar tad-dud tal-ħarir

5005 00 10 , 5005 00 90 , 5006 00 90 , ex 5604 90 00

131

Ħjut mibruma ta’ fibri tal-ħaxix oħra

5308 90 90

132

Ħjut mibruma mill-karta

5308 90 50

133

Ħjut mill-qanneb ta’ veru

5308 20 10 , 5308 20 90

134

Ħjut mibruma metalizzati

5605 00 00

135

Ħjut minn suf ta’ l-annimali oħxon jew tax-xagħar taż-żiemel

5113 00 00

137

Materjal minsuġ bil-pil u materjal tax-xinilja u materjali minsuġa dojoq tal-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

ex 5801 90 90 , ex 5806 10 00

138

Ħjut tal-karti mibruma u fibri tat-tessuti oħrajn li mhux tar-rami

5311 00 90 , ex 5905 00 90

139

Materjali minsuġa minn ħjut tal-metall jew ħjut metalizzati

5809 00 00

140

Materjal innittjat jew tal-kroxè minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali.

ex 6001 10 00 , ex 6001 29 00 , ex 6001 99 00 , 6003 90 00 , 6005 90 00 , 6006 90 00

141

Raggs u kutri għall-ivvjaġġar minn materjal tat-tessuti li mhux suf jew xagħar ta’ l-annimali fin, qoton jew fibri artifiċjali.

ex 6301 90 90

144

Feltru minn xagħar ta’ l-annimali oħxon,

5602 10 35 , ex 5602 29 00

145

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, trizzati jew le, ta’ l-abaca (qanneb ta’ Manila) jew qanneb veru

5607 90 10 , ex 5607 90 90

146A

Spag oħxon tal-qatet jew tal-balal għall-makkinarju agrikolu, tas-sisal u fibri oħrajn tal-familja Agave

ex 5607 21 00

146B

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils tas-sisal jew fibri oħrajn tal-familja Agave, li mhumiex prodotti tal-kategorija 146A

ex 5607 21 00 , 5607 29 10 , 5607 29 90

146C

Spag oħxon, ċimi, ħbula u kejbils, kemm jekk ittrizzati jew immaljati jew le, tal-ġuta jew fibri tat-tilju oħrajn

5607 10 00

147

Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, imqardax jew mimxut

5003 90 00

148A

Ħjut tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303

5307 10 10 , 5307 10 90 , 5307 20 00

148B

Ħjut mibruma tal-kajjar

5308 10 00

149

Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisa' ta’ aktar minn 150 ċm

5310 10 90 , ex 5310 90 00

150

Materjali minsuġa tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn b’wisgħa ta’ mhux aktar minn 150 ċm; xkejjer u boro, ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn, li mhumiex użati

5310 10 10 , ex 5310 90 00 , 5905 00 50 , 6305 10 90

152

Feltru tan-newl tal-labar tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn mhux mimlijin b’xi sustanza oħra jew miksijin, li mhumiex kisi ta’ l-art

5602 10 11

153

Xkejjer u boroż użati ta’ tip użat għall-imballaġġ ta’ l-oġġetti, tal-ġuta jew tessuti tal-fibra tat-tilju oħrajn ta’ l-intestatura Nru 5303

6305 10 10

154

Fosdqat tad-dud tal-ħarir tajbin biex jinħattu

5001 00 00

Ħarir grezz (mhux organzin)

5002 00 00

Skart tal-ħarir (inklużi fosdqat mhux tajbin biex jinħattu), skart tal-ħjut mibruma u stokk irkuprat, mhux imqardax jew mimxut

5003 10 00

Qoton mhux imqardax jew mimxut-

5101 11 00 , 5101 19 00 , 5101 21 00 , 5101 29 00 , 5101 30 00

Pil fin jew oħxon, mhux imqardax jew mimxut

5102 11 00 , 5102 19 10 , 5102 19 30 , 5102 19 40 , 5102 19 90 , 5102 20 00

Skart tas-suf jew ta’ pil ta’ l-annimali fin jew oħxon, inkluż l-iskart tal-ħjut iżda eskluż l-istokk irkuprat

5103 10 10 , 5103 10 90 , 5103 20 10 , 5103 20 91 , 5103 20 99 , 5103 30 00

Stokk irkuprat tas-suf jew tal-pil ta’ l-annimali fin jew oħxon

5104 00 00

Kittien, gress jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa tal-kittien u skart (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5301 10 00 , 5301 21 00 , 5301 29 00 , 5301 30 10 , 5301 30 90

Rami u fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, ipproċessati iżda mhux magħżula: stoppa, suf li jibqa’ fil-moxt u skart, li mhumiex kajjar jew manilla ta’ l-intestatura Nru 5304

5305 90 00

Qoton, mhux imqardax jew mimxut

5201 00 10 , 5201 00 90

Skart tal-qoton (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5202 10 00 , 5202 91 00 , 5202 99 00

Qanneb ta’ veru (cannabis sativa L.), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart tal-qanneb ta’ veru (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5302 10 00 , 5302 90 00

Abaka (qanneb ta’ Manila jew Musa Textilis Nee), grezz jew ipproċessat iżda mhux minsuġ: Stoppa u skart ta' l-abaka (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5305 21 00 , 5305 29 00

Ġuta u fibri oħrajn tat-tessuti tat-tilju (minbarra kittien, qanneb ta’ veru u rami), ipproċessati izda mhux magħżula: Stoppa u skart tal-ġuta (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5303 10 00 , 5303 90 00

Fibri veġetali tat-tessuti oħrajn, grezz jew ipproċessati iżda mhux magħżula Stoppa u skart ta' tali fibri (inkluż skart tal-ħjut u stokk irkuprat)

5304 10 00 , 5304 90 00 , 5305 11 00 , 5305 19 00 , 5305 90 00


Top