This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0946
2005/946/EC: Commission Decision of 23 December 2005 amending Decision 2003/526/EC as regards classical swine fever control measures in Germany and Slovakia (notified under document number C(2005) 5631) (Text with EEA relevance)
2005/946/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u fis-Slovakkja (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 56311) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2005/946/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Diċembru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u fis-Slovakkja (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 56311) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 342, 24.12.2005, p. 100–102
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 726–728
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32005D0526 | Sostituzzjoni | anness 1 | DATNOT |
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
726 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Diċembru 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2003/526/KE fir-rigward tal-miżuri għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja u fis-Slovakkja
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 56311)
(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/946/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsindrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti u annimali ħajjin bil-ħsieb tal-kompletar tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Bħala tweġiba għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/526/KE tat-18 ta' Lulju 2003 dwar il-miżuri ta' ħarsien li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (2) ġiet adottata. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri oħra ta' kontroll tal-marda li għandhom x'jaqsmu mad-deni klassiku tal-ħnieżer. |
(2) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni ta' dan l-aħħar ta' dik il-marda fil-ħnieżer slavaġ fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia. Fid-dawl ta’ l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli, iż-żoni tal-Ġermanja fejn miżuri ta’ kontroll tal-marda japplikaw għandhom jiġu emendati biex jinkludu ċerti żoni fit-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia u Rhineland-Palatinate |
(3) |
Is-sitwazzjoni tal-marda fis-Slovakkja tjiebet b' mod sinifikanti fid-Distrett Veterinarju u ta' l-Amministrazzjoni ta' l-Ikel fi Trnava (li jinkludi d-distretti ta’ Trnava, Piešťany u Hlohovec) kif ukoll Banská Bystrica (inklużi d-distretti ta’ Banská Bystrica u Brezno). Għalhekk il-miżuri stipolati fid-Deċiżjoni 2003/526/KE li jikkonċernaw dawk iż-żoni m’ għandhomx japplikaw iktar. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2003/526/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost. |
(5) |
Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni 2003/526/KE qed jinbidel bl-Anness li jinsab ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(2) ĠU L 183, 22.7.2003, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2005/339/KE (ĠU L 108, 29.4.2005, p. 87).
ANNESS
“ANNESS
PARTI I
Żoni tal-Ġermanja u ta’ Franza imsemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7 u 8
1. Il-Ġermanja
A. |
Fl-istat federali ta’ Rhineland-Palatinate:
|
B. |
Fl-istat federali tat-Tramuntana ta’ Rhine-Westphalia:
|
2. Franza:
It-territorju tad-Dipartiment ta' Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-Punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-Tramuntana tal-awtostrada A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta' Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.
PARTI II
Żoni tas-Slovakkja msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 7 u 8
It-territorju tad-Distrett Veterinarju u ta’ l-Amministrazzjoni ta’ l-Ikel (DVFA) ta’ Trenčín (inklużi id-distretti ta’ Trenčín u Bánovce nad Bebravou), Prievidza (inklużi d-distretti ta’ Prievidza u Partizánske), Púchov (inkluż id-distrett ta’ Ilava biss), Žiar nad Hronom (inkluż id-distretti ta’ Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (inklużi d-distretti ta’ Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (inklużi d-distretti ta’ Lučenec u Poltár) u Veľký Krtíš.”