Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0836

    2005/836/PESK: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Eupol Copps/1/2005 tas- 16 ta’ Novembru 2005 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Puluzija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 365–365 (MT)
    ĠU L 312, 29.11.2005, p. 57–57 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/836/oj

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    365


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2005

    tas-16 ta’ Novembru 2005

    dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni/Kummissarju tal-Puluzija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)

    (2005/836/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/797/PESK ta' l-14 ta’ Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 11(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/797/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' Missjoni/Kummissarju tal-Pulizija.

    (2)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Jonathan McIvor,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Jonathan McIvor huwa b'dan maħtur il-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) mill-jum minn meta tibda l-missjoni. Sa dik id-data, huwa għandu jaġixxi bħala l-kap ta' l-iskwadra ta' l-ippjanar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2006.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    J. KING


    (1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 65.


    Top