This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0816
2005/816/EC,Euratom: Commission Decision of 21 November 2005 authorising the Republic of Estonia to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document number C(2005) 4423)
2005/816/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4423)
2005/816/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4423)
ĠU L 305, 24.11.2005, p. 37–37
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 611–611
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/11/2015
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32015D2187 | Żieda | artikolu 1a |
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
611 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Novembru 2005
li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4423)
(It-test Estonjan biss huwa awtentiku)
(2005/816/KE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti definittivi uniformi għall-ġbir tar-riżorsi proprji akkumulati mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni (2), minn hawn ’il quddiem “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw jew jintaxxaw ċerti tranżazzjonijiet. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT; |
(2) |
Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, il-Paragrafu 1(b) tat-Taqsima 7 (Tassazzjoni) fl-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Estonja fil-Komunitajiet Ewropej (3) jawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex teżenta ċerti tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva; |
(3) |
Ir-Repubblika ta’ l-Estonja ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F, punt 17, tas-sitt Direttiva. Dan il-kalkolu jista’ jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat b’rabta ma’ l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijiet fuq it-total tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT tar-Repubblika ta’ l-Estonja. Ir-Repubblika ta’ l-Estonja tista’ tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva. Ir-Repubblika ta’ l-Estonja għandha għalhekk tkun awtorizzata biex tikkalkola l-bażi tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89; |
(4) |
Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni; |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Biex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika ta’ l-Estonja hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tal-kategorija ta’ tranżazzjonijiet li ġejja msemmija fl-Anness F tas-sitt Direttiva:
1. |
Trasport tal-passiġġieri (Anness F, punt 17). |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Estonja.
Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Dalia GRYBAUSKAITE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(2) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva hekk kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 812.