Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0735

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Settembru 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 283, 26.10.2005, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 39–39 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/735/oj

    Related international agreement

    27.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    39


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-20 ta' Settembru 2005

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    (2005/735/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2), u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, (1)

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, kien iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi.

    (2)

    Il-Protokoll għandu jiġi approvat.

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, huwa permezz ta' dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni (2).

    Magħmula fi Brussel, 20 ta' Settembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BECKETT


    (1)  Kunsens ingħata s-6 ta' Settembru 2005 (għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU L 283, 26.10.2005, p. 3.


    Top