Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0423

    Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Mejju 2005 dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka

    ĠU L 144, 8.6.2005, p. 42–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 110–110 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/423/oj

    Related international agreement

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    110


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    ta' l-10 ta' Mejju 2005

    dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka

    (2005/423/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3), tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adezjoni ta' l-2003, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, kien ġie iffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha fis-16 ta' Diċembru 2004.

    (2)

    Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    1.   Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċili, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta’ l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

    2.   Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13 tal-Protokoll Addizzjonali.

    Magħmula fi Brussel, 10 ta' Mejju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KRECKÉ


    (1)  ĠU L 38, 10.2.2005, p. 3.


    Top