Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0192

    2005/192/KE, EURATOM: Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 63, 10.3.2005, p. 21–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 112–113 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/192/oj

    Related international agreement

    31.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    112


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Frar 2005

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea

    (2005/192/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 310 flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003 u partikolarment l-Artikolu 2 (3) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003 u partikolarment l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill bis-saħħa ta' l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

    Billi:

    (1)

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fit-12 ta’ Diċembru 2004 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/896/KE (1)

    (2)

    Sakemm jidħol fis-seħħ il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta' Mejju 2004.

    (3)

    Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

    IDDECIDEW KIF GEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq in-naħa l-oħra, sabiex tiġi kkunsidrata l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea qiegħed hawn jiġi approvat f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.

    It-test tal-Protokoll (2) qed jiġi mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 15 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess ħin jagħti tali notifika f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika.

    Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 388, 29.12.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 388, 29.12.2004, p. 6.


    Top