This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2265
Council Regulation (EC) No 2265/2004 of 20 December 2004 on trade in certain steel products between the Community and the Republic of Kazakhstan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2265/2004 ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2265/2004 ta' l- 20 ta' Diċembru 2004 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kazakastan
ĠU L 395, 31.12.2004, p. 1–19
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 413–430
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 07/09/2005; Imħassar b' 32005R1441
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32005R1441 |
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
413 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2265/2004
ta' l-20 ta' Diċembru 2004
dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea
u r-Repubblika tal-Kazakastan
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 17(1) tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kazakastan, min-naħa l-oħra (1), jipprovdi li l-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar għandhom ikunu s-suġġett ta' Ftehim speċifiku dwar arranġamenti kwantitattivi. |
(2) |
Il-Ftehim bilaterali li hemm bħalissa bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA) u l-Gvern tal-Kazakastan fuq il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mitmum fit-22 ta' Lulju 2002 (2) se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. |
(3) |
Il-Komunità Ewropea ħadet l-obbligi internazzjonali tal-KEFA minn mindu skada t-Trattat tal-KEFA, u l-miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-prodotti ta' l-azzar ma' pajjiżi terzi issa jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità fil-qasam tal-politika tal-kummerċ. |
(4) |
Id-diskussjonijiet preliminari bejn il-Partijiet juru li t-tnejn għandhom l-għan li dawn jikkonkludu Ftehim ġdid għall-2005 u s-snin ta' wara. |
(5) |
Sakemm jiġi ffirmat u jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, għandhom jiġu stabbiliti l-limiti kwantitattivi għas-sena 2005. |
(6) |
Meta wieħed iqis li l-kundizzjonijiet li wasslu għall-iffissar tal-limiti kwantitattivi għas-sena 2004 baqgħu fis-seħħ, ikun xieraq li jiġu stabbiliti limiti kwantitattivi għas-sena 2005 fl-istess livell bħal dawk għas-sena 2004, iżda filwaqt li jitqies b'mod sħiħ it-tkabbir ta' l-UE. |
(7) |
Huwa meħtieġ li jkun hemm il-mezzi biex jitmexxa dan ir-reġim fil-Komunità b'tali mod li titħaffef l-implimentazzjoni tal-Ftehim il-ġdid billi jkunu previsti disposizzjonijiet kemm jista' jkun simili. |
(8) |
Huwa meħtieġ li jkun żgurat li l-oriġini tal-prodotti in kwistjoni tkun ivverifikata u li għal dan il-għan jitwaqqfu metodi xierqa ta' koperazzjoni amministrattiva. |
(9) |
Il-prodotti li jitpoġġew f'żona ħielsa jew li jkunu impurtati taħt arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew l-ipproċessar 'il ġewwa (sistema ta' sospensjoni) m'għandhomx jingħaddu kontra l-limiti stabbiliti għall-prodotti in kwistjoni. |
(10) |
L-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament teħtieġ l-introduzzjoni ta' kriterju ta' liċenzja ta' l-importazzjoni tal-Komunità għad-dħul tal-prodotti in kwistjoni f'ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità. |
(11) |
Biex ikun żgurat li l-limiti kwantitattivi ma jinqabżux, huwa meħtieġ li titwaqqaf proċedura ta' tmexxija li biha l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri ma joħorġux liċenzji ta' l-importazzjoni qabel ma jkollhom konferma minn qabel mill-Kummissjoni li ammonti xierqa jibqgħu disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005 għall-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodotti ta' l-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan.
2. Il-prodotti ta' l-azzar għandhom jiġu kklassifikati fi gruppi tal-prodott kif stabbilit fl-Anness I.
3. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti mniżżla fl-Anness I għandha tkun ibbażata fuq in-nomenklatura magħquda (NM) stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3).
4. L-oriġini tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skond ir-regoli li hemm fis-seħħ fil-Komunità.
Artikolu 2
1. L-importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti ta' l-azzar imniżżla fl-Anness I li huma ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan għandha tkun suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V. Ir-rilaxx tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità li huma ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' l-oriġini, stabbilit fl-Anness II, u ta' liċenzja ta' l-importazzjoni li tinħareġ mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 4.
2. Biex ikun żgurat li l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji ma jkunux jeċċedu fi kwalunkwe żmien il-limiti kwantitattivi totali għal kull grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti mniżżla fl-Anness IV għandhom joħorġu liċenzji ta' l-importazzjoni biss jekk ikollhom konferma mill-Kummissjoni li jkun għad hemm kwantitajiet disponibbli fil-limiti kwantitattivi għall-grupp ta' prodotti relevanti tal-prodotti ta' l-azzar fir-rigward tal-pajjiż li jforni, li għalihom l-importatur jew l-importaturi jkunu ssottomettew applikazzjonijiet lill-awtoritajiet imsemmija.
3. L-importazzjonijiet awtorizzati għandhom ikunu magħduda kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti jkunu ġew ittrasportati fil-pajjiż li qed jesporta. It-trasport tal-prodotti għandu jitqies li jkun seħħ fid-data li fiha dawn ikunu tgħabbew fuq il-mezzi ta' trasport ta' l-esportazzjoni.
Artikolu 3
1. Il-limiti kwantitattivi msemmija fl-Anness V m'għandhomx jgħoddu għall-prodotti li jkunu tpoġġew f'żona ħielsa jew f'maħżen ħieles jew li jkunu ġew importati taħt l-arranġamenti li jikkontrollaw l-imħażen tad-dwana, l-importazzjoni temporanja jew inkella l-ipproċessar 'il ġewwa (sistema ta' sospensjoni).
2. Fejn il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 sussegwentement jiġu rilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, jew fl-istat mhux mibdul tagħhom jew wara li jsir xogħol fuqhom jew jiġu ipproċessati, l-Artikolu 2(2) għandu japplika u l-prodotti li jiġu rilaxxati għandhom jingħaddu kontra l-limitu kwantitattiv relevanti stabbilit fl-Anness V.
Artikolu 4
1. Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 2(2), qabel jinħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri mniżżla fl-Anness IV għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti tat-talbiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni, appoġġjati mil-liċenzji ta' l-esportazzjoni oriġinali, li huma jkunu rċevew. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tinnotifika jekk l-ammont(i) meħtieġ(a) ta' kwantitajiet ikunux disponibbli għall-importazzjoni fl-ordni kronoloġika li fiha din tkun irċeviet n-notifiki ta' l-Istati Membri (“fuq il-bażi ta' min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”).
2. It-talbiet inklużi fn-notifiki lill-Kummissjoni għandhom ikunu validi jekk dawn jistabbilixxu b'mod ċar f'kull każ il-pajjiż esportatur, il-kowd tal-prodott ikkonċernat, l-ammonti li ser ikunu impurtati, in-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni, is-sena tal-kwota u l-Istat Membru li fih il-prodotti huma maħsuba li se jitpoġġew f'ċirkulazzjoni ħielsa.
3. Kemm jista' jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tikkonferma ma' l-awtoritajiet l-ammont sħiħ muri fit-talbiet li jkunu ġew innotifikati għal kull grupp ta' prodotti.
4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar kull kwantità li ma tintużax matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta' l-importazzjoni. Dawn il-kwantitajiet mhux użati għandhom jiġu ttrasferiti b'mod awtomatiku fil-kwantitajiet li jibqa' tal-limitu kwantitattiv totali tal-Komunità għal kull grupp ta' prodotti.
5. In-notifiki imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu kkomunikati elettronikament fin-network integrat stabbilit għal dan il-għan, sakemm għal raġunijiet tekniċi ta' bilfors ma jkunx meħtieġ li temporanjament jintużaw mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni.
6. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu skond l-Artikoli 12 sa 16.
7. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kull tħassir ta' liċenzji ta' l-importazzjoni jew dokumenti ekwivalenti li jkunu diġà nħarġu f'każijiet fejn il-liċenzji ta' l-esportazzjoni li jikkorrispondu jkunu ġew irtirati jew ikkanċellati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kazakastan. Madankollu, jekk il-Kummissjoni jew l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ikunu ġew infurmati mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kazakastan dwar l-irtirar jew il-kanċellament ta' liċenzja ta' l-esportazzjoni wara li l-prodotti relatati jkunu ġew impurtati fil-Komunità, il-kwantitajiet in kwistjoni għandhom jinqatgħu kontra l-limitu kwantitattiv għas-sena li matulha jkun seħħ it-trasport tal-prodotti.
Artikolu 5
1. Fejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet li l-prodotti mniżżla fl-Anness I li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan ikunu ġew ittrasbordati, għaddew minn rotot oħra jew ikunu ġew impurtati b'mod ieħor fil-Komunità bl-evitar tal-limiti kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 2 u li jkun hemm il-ħtieġa biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa, din għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet biex jintlaħaq ftehim dwar l-aġġustament meħtieġ li għandu jsir għal-limiti kwantitattivi li jikkorrispondu.
2. Sakemm joħroġ ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lir-Repubblika tal-Kazakastan biex tieħu l-miżuri ta' prekawzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-aġġustamenti għal-limiti kwantitattivi li jkunu ġew miftiehma wara dawn il-konsultazzjonijiet ikunu jistgħu jitwettqu.
3. Jekk il-Komunità u r-Repubblika tal-Kazakastan ma jaslux għal soluzzjoni sodisfaċenti u jekk il-Kummissjoni tinnota li jkun hemm xhieda ċara ta' evitar, din għandha tnaqqas mil-limiti kwantitattivi volum ekwivalenti ta' prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan.
Artikolu 6
1. Liċenzja ta' l-esportazzjoni (li għandha tinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kazakastan) hija meħtieġa għal kull kunsinna ta' prodotti ta' l-azzar li jkunu suġġetta għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness V sal-livell ta' dawn il-limiti.
2. L-oriġinal tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-importatur biex tkun tista' tinħareġ il-liċenzja ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.
Artikolu 7
1. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni għal-limiti kwantitattivi għandha tkun konformi mal-kampjun muri fl-Anness II u għandha tiċċertifika, inter alia, li l-kwantità ta' oġġetti in kwistjoni kienet inqatgħet kontra l-limitu kwantitattiv stabbilit għall-grupp ta' prodotti ikkonċernat.
2. Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni għandha tkopri biss wieħed mill-gruppi ta' prodotti mniżżla fl-Anness I.
Artikolu 8
L-esportazzjonijiet għandhom jinqatgħu kontra l-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha l-prodotti koperti bil-liċenzja ta' l-esportazzjoni jkunu ġew trasportati fit-tifsira ta' l-Artikolu 2(3).
Artikolu 9
1. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 tista' tinkludi fiha kopji żejda murija sew bħala tali. Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni u l-kopji tagħha kif ukoll iċ-ċertifikat ta' l-oriġini u l-kopji tiegħu għandhom jimtlew bl-Ingliż.
2. Jekk id-dokumenti msemmija hawn aktar qabel jimtlew bl-idejn, l-entrati għandhom ikunu bil-linka u b'ittri kbar.
3. Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom ikollhom qies ta' 210 x 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda tal-kitba, skond il-qies muri fuq, ma jkollhiex polpa mekkanika u tkun tiżen mhux inqas minn 25 g/m2. Fl-isfond ta' kull parti għandu jkun hemm stampat ix-xbieha ta' guilloche, sabiex jirrendi kwalunkwe falsifikazzjoni b'mezzi mekkaniċi jew kimiċi viżibbli għall-għajn.
4. L-oriġinal biss għandu jkun aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità bħala validi għall-importazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' dan id-Regolament.
5. Kull liċenzja ta' l-esportazzjoni jew dokument ekwivalenti għandu jkollu fuqu numru tas-serje standardizzat, kemm jekk ikun stampat jew le, li bih dan ikun jista' jiġi identifikat mill-ewwel.
6. Dan in-numru għandu jkun magħmul mill-elementi li ġejjin:
— |
żewġ ittri li jkunu juru l-pajjiż li qed jesporta, kif ġej:
|
— |
żewġ ittri li jkunu juru l-Istat Membru tad-destinazzjoni maħsuba, kif ġej:
|
— |
numru b'figura waħda li jkun juri s-sena tal-kwota li tikkorrispondi għall-aħħar figura fis-sena in kwistjoni, eż “4” għas-sena 2004; |
— |
numru b'żewġ figuri li jkun juri l-uffiċċju li joħroġ il-liċenzji fil-pajjiż li jesporta; |
— |
numru b'ħames figuri bejn 00001 sa 99999 li jiġi allokat għall-Istat Membru speċifiku tad-destinazzjoni. |
Artikolu 10
Il-liċenzja ta' l-esportazzjoni tista' tinħareġ wara t-trasport tal-prodotti li miegħu din ikollha x'taqsam. F'dawn il-każijiet din għandu jkollha l-kitba “issued retrospectively”.
Artikolu 11
F'każ li liċenzja ta' l-esportazzjoni tinsteraq, tintilef jew tinqered, l-esportatur jista' japplika għand l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet id-dokument biex issir kopja duplikata fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni li dan ikollu fil-pussess tiegħu. Il-liċenzja duplikata li tinħareġ b'dan il-mod għandu jkollha fuqha l-kitba “duplicate”.
Il-kopja duplikata għandu jkollha fuqha d-data tal-liċenzja oriġinali.
Artikolu 12
1. Sakemm skond l-Artikolu 4 il-Kummissjoni tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom joħorġu liċenzja ta' l-importazzjoni f'mhux aktar minn ħamest ijiem ta' xogħol wara li l-importatur ikun ippreżenta l-oriġinal tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni li tikkorrispondi. Din il-preżentazzjoni għandha ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena wara dik li fiha l-oġġetti koperti bil-liċenzja jkunu ġew ittrasportati. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' kull Stat Membru, irrispettivament mill-Istat Membru muri fuq il-liċenzja ta' l-esportazzjoni, sakemm il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 4, tkun ikkonfermat li l-ammont meħtieġ ikun disponibbli fil-limitu kwantitattiv in kwistjoni.
2. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom. Fuq raġuni motivata kif suppost mill-importatur, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jestendu l-perjodu tal-validità għal perjodu ieħor li ma jkunx jeċċedi l-erba' xhur.
3. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni għandhom jitfasslu fil-formola stabbilita fl-Anness III u għandhom ikunu validi fit-territorju doganali kollu tal-Komunità.
4. Id-dikjarazzjoni jew it-talba li tkun saret mill-importatur biex jikseb il-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkun fiha:
(a) |
l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-esportatur; |
(b) |
l-isem u l-indirizz sħiħ ta' l-importatur; |
(ċ) |
id-deskrizzjoni eżatta ta' l-oġġetti u l-kowd(s) TARIC; |
(d) |
il-pajjiż ta' l-oriġini ta' l-oġġetti; |
(e) |
il-pajjiż tal-kunsinna; |
(f) |
il-grupp ta' prodotti xieraq u l-kwantità għall-prodotti in kwistjoni; |
(g) |
il-piż nett skond l-intestatura TARIC; |
(h) |
il-valur cif tal-prodotti fil-fruntieri tal-Komunità skond l-intestatura TARIC; |
(i) |
jekk il-prodotti kkonċernati humiex ta' sekonda kwalità jew inkella ta' kwalità inferjuri; |
(j) |
fejn xieraq, id-dati tal-ħlas u t-twassil u kopja tal-polza tat-tagħbija u tal-kuntratt tax-xiri; |
(k) |
id-data u n-numru tal-liċenzja ta' l-esportazzjoni; |
(l) |
kull kowd intern użat għal għanijiet amminstrattivi; |
(m) |
id-data u l-firma ta' l-importatur. |
5. L-importaturi mhumiex obbligati li jimportaw il-kwantità sħiħa koperta minn liċenzja ta' l-importazzjoni f'kunsinna waħda.
Artikolu 13
Il-validità tal-liċenzji ta' l-importazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri għandha tiddependi mill-validità tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni u l-kwantitajiet murija fil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Kazakastan, li fuq il-bażi tagħhom ikunu nħarġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni.
Artikolu 14
Il-liċenzji ta' l-esportazzjoni jew dokumenti ekwivalenti għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri skond l-Artikolu 2(2) u bla diskriminazzjoni lejn kull importatur fil-Komunità, ikun fejn ikun il-post ta' stabbiliment tiegħu fil-Komunità, u mingħajr preġudizzju għall-konformità ma' kundizzjonijiet oħrajn meħtieġa taħt ir-regoli preżenti.
Artikolu 15
1. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-kwantitajiet totali koperti bil-liċenzji ta' l-esportazzjoni maħruġa mir-Repubblika tal-Kazakastan għal grupp partikolari ta' prodotti jkunu ferm aktar mil-limitu kwantitattiv stabbilit għal dak il-grupp ta' prodotti, l-awtoritajiet kompetenti li joħorġu l-liċenzji fl-Istati Membri għandhom ikunu mgħarrfa minnufih biex jieqfu milli joħorġu aktar liċenzji ta' l-importazzjoni. F'dan il-każ, il-konsultazzjonijiet għandhom jinbdew mill-ewwel mill-Kummissjoni.
2. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jirrifjutaw milli joħorġu aktar liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jkunu ġejjin mir-Repubblika tal-Kazakastan li ma jkunux koperti bil-liċenzji ta' l-esportazzjoni skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 6 sa 11.
Artikolu 16
1. I l-formoli li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għall-ħruġ tal-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 għandhom ikunu konformi mal-mudell tal-liċenzja ta' l-importazzjoni muri fl-Anness III.
2. Il-formoli tal-liċenzji ta' l-importazzjoni u estratti minnhom għandhom ikunu f'kopji duplikati, kopja minnhom immarkata “Kopja tal-pussessur” u jkollha n-numru 1 u tingħata lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità tal-ħruġ” li jkollha n-numru 2, li għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Għal għanijiet amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jżidu kopji addizzjonali għall-formola 2.
3. Il-formoli għandhom ikunu stampati fuq karta bajda li tkun ħielsa minn kull polpa mekkanika, tajba għall-kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 g/m2. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 x 297 mm; l-ispazju tat-tipa bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (parti waħda minn sitta ta' pulzier); il-format tal-formoli għandu jkun segwit b'mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hija l-liċenzja nfisha, għandu jkollha fl-isfond tagħha xbieha ta' guilloche ta' lewn aħmar li tiżvela kull falsifikazzjoni li tista' ssir b'mezzi mekkaniċi jew kimikali.
4. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu jiġu stampati minn stampaturi li jintgħażlu mill-Istat Membru li fih dawn ikunu stabbiliti. Fil-każ ta' l-aħħar, ir-referenza għall-għażla mill-Istat Membru għandha tkun tidher fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha fuqha l-identifikazzjoni ta' l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li biha jkun jista' jingħaraf l-istampatur.
5. Meta jinħarġu, il-liċenzji ta' l-importazzjoni jew l-estratti għandhom jingħataw numru ta' ħruġ li jkun stabbilit mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. In-numru tal-liċenzja ta' l-importazzjoni għandu jkun avżat lill-Kummissjoni b'mod elettroniku fin-network integrat stabbilit taħt l-Artikolu 4.
6. Il-liċenzji u l-estratti għandhom jimtlew fil-lingwa uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, ta' l-Istat Membru tal-ħruġ.
7. Fil-kaxxa 10 l-awtoritajiet kompetenti għandhom juru l-grupp ta' prodotti ta' l-azzar xieraq.
8. Il-marki ta' l-aġenziji tal-ħruġ u ta' l-awtoritajiet tad-debitu għandhom ikunu applikati bl-użu ta' timbru. Madankollu, pressa ibbuzzata magħquda ma' ittri jew figuri miksuba b'perforazzjoni, jew l-istampar fuq il-liċenzja jista' jintuża minflok it-timbru ta' l-awtorità tal-ħruġ. L-awtoritajiet tal-ħruġ għandhom jużaw kwalunkwe metodu ta' kontra l-qerq biex il-kwantità allokata tiġi rreġistrata b'tali mod li jkun impossibbli li jitniżżlu figuri jew referenzi oħrajn.
9. Il-parti ta' wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 għandu jkollha kaxxa li fiha jitniżżlu l-kwantitajiet, jew mill-awtoritajiet tad-dwana meta jkunu tlestew il-formalitajiet ta' l-importazzjoni, jew mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti meta jinħareġ estratt. Jekk l-ispazju maħsub għad-debiti fuq liċenzja jew estratt tagħha ma jkunx biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jehmżu paġni ta' estensjoni oħrajn li jkollhom fuqhom kaxxi li jkunu jixbhu lil dawk li jkun hemm fuq in-naħa ta' wara tal-kopja Nru 1 u l-kopja Nru 2 tal-liċenzja jew l-estratt. L-awtoritajiet tad-debitu għandhom jittimbraw b'tali mod li nofs il-marka tat-timbru tkun fuq il-liċenzja jew l-estratt tagħha u n-nofs l-ieħor fuq il-paġna ta' estensjoni. Jekk ikun hemm aktar minn paġna waħda ta' estensjoni, marka oħra ta' timbru għandha titpoġġa bl-istess mod f'kull paġna u fil-paġna ta' qabel.
10. Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-estratti li jinħarġu, u t-tagħrif u l-konfermi li jitniżżlu fihom, mill-awtoritajiet ta' Stat Membru għandu jkollhom l-istess effett legali f'kull Stat Membru bħad-dokumenti maħruġa, u l-entrati u l-konfermi li jkunu saru, mill-awtoritajiet ta' dawn l-Istati Membri.
11. L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, fejn ikun indispensabbli, jitolbu biex il-kontenut tal-liċenzji jew l-estratti jiġu maqluba fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat Membru.
Artikolu 17
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu i jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmula fi Brussel, nhar l-20 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
P. VAN GEEL
(1) ĠU L 196, tat-28.7.1999, p. 3.
(2) ĠU L 222, tad-19.8.2002, p. 19.
(3) ĠU L 256, tas-7.9.1987 p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1989/2004 (ĠU L 344, tal-20.11.2004 p. 5).
ANNESS I
SA Prodotti irrumblati ċatti
SA1. Kolji
|
7208 10 00 00 |
|
7208 25 00 00 |
|
7208 26 00 00 |
|
7208 27 00 00 |
|
7208 36 00 00 |
|
7208 37 00 90 |
|
7208 38 00 90 |
|
7208 39 00 90 |
|
7211 14 00 10 |
|
7211 19 00 10 |
|
7219 11 00 00 |
|
7219 12 10 00 |
|
7219 12 90 00 |
|
7219 13 10 00 |
|
7219 13 90 00 |
|
7219 14 10 00 |
|
7219 14 90 00 |
|
7225 20 00 10 |
|
7225 30 10 00 |
|
7225 30 90 00 |
SA1a Kolji rrumblati bis-sħana għal-irrumblar mill-ġdid
|
7208 37 00 10 |
|
7208 38 00 10 |
|
7208 39 00 10 |
SA2. Pjanċa Tqila
|
7208 40 00 10 |
|
7208 51 20 10 |
|
7208 51 20 91 |
|
7208 51 20 93 |
|
7208 51 20 97 |
|
7208 51 20 98 |
|
7208 51 91 10 |
|
7208 51 91 90 |
|
7208 51 98 10 |
|
7208 51 98 91 |
|
7208 51 98 99 |
|
7208 52 91 10 |
|
7208 52 91 90 |
|
7208 52 10 00 |
|
7208 52 99 00 |
|
7208 53 10 00 |
|
7211 13 00 00 |
SA3. Prodotti irrumblati ċatti
|
7208 40 00 90 |
|
7208 53 90 00 |
|
7208 54 00 00 |
|
7208 90 00 10 |
|
7209 15 00 00 |
|
7209 16 10 00 |
|
7209 16 90 00 |
|
7209 17 10 00 |
|
7209 17 90 00 |
|
7209 18 10 00 |
|
7209 18 91 00 |
|
7209 18 99 00 |
|
7209 25 00 00 |
|
7209 26 10 00 |
|
7209 26 90 00 |
|
7209 27 10 00 |
|
7209 27 90 00 |
|
7209 28 10 00 |
|
7209 28 90 00 |
|
7209 90 00 10 |
|
7210 11 00 10 |
|
7210 12 20 10 |
|
7210 12 80 10 |
|
7210 20 00 10 |
|
7210 30 00 10 |
|
7210 41 00 10 |
|
7210 49 00 10 |
|
7210 50 00 10 |
|
7210 61 00 10 |
|
7210 69 00 10 |
|
7210 70 10 10 |
|
7210 70 80 10 |
|
7210 90 30 10 |
|
7210 90 40 10 |
|
7210 90 80 91 |
|
7211 14 00 90 |
|
7211 19 00 90 |
|
7211 23 20 10 |
|
7211 23 30 10 |
|
7211 23 30 91 |
|
7211 23 80 10 |
|
7211 23 80 91 |
|
7211 29 00 10 |
|
7211 90 00 11 |
|
7212 10 10 00 |
|
7212 10 90 11 |
|
7212 20 00 11 |
|
7212 30 00 11 |
|
7212 40 20 10 |
|
7212 40 20 91 |
|
7212 40 80 11 |
|
7212 50 20 11 |
|
7212 50 30 11 |
|
7212 50 40 11 |
|
7212 50 61 11 |
|
7212 50 69 11 |
|
7212 50 90 13 |
|
7212 60 00 11 |
|
7212 60 00 91 |
|
7219 21 10 00 |
|
7219 21 90 00 |
|
7219 22 10 00 |
|
7219 22 90 00 |
|
7219 23 00 00 |
|
7219 24 00 00 |
|
7219 31 00 00 |
|
7219 32 10 00 |
|
7219 32 90 00 |
|
7219 33 10 00 |
|
7219 33 90 00 |
|
7219 34 10 00 |
|
7219 34 90 00 |
|
7219 35 10 00 |
|
7219 35 90 00 |
|
7225 40 12 90 |
|
7225 40 90 00 |
ANNESS II
EXPORT LICENCE
Test ta 'immaġni
EXPORT LICENCE
Test ta 'immaġni
CERTIFICATE OF ORIGIN
Test ta 'immaġni
CERTIFICATE OF ORIGIN
Test ta 'immaġni
ANNESS III
Liċenzja ta’ l-Importazzjoni tal-Komunità Ewropea
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Liċenzja ta’ L-Importazzjoni tal-Komunità Ewropea
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES
SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ
LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER
LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN
PÄDEVATE RIIKLIKE ASUTUSTE NIMEKIRI
ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ
LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES
LISTE DES AUTORITES NATIONALES COMPETENTES
ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITA NAZIONALI
VALSTU KOMPETENTO IESTAŽU SARAKSTS
ATSAKINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS
AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA
LISTA TA' L-AWTORITAJIET KOMPETENTI NAZZJONALI
LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES
LISTA WLAŒCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH
LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES
ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH VNÚTROŠTÁTNYCH ORGÁNOV
SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV
LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER
|
BELGIQUE/BELGIË
|
|
EESTI
|
|
ΕΛΛΑΣ
|
|
ČESKÁ REPUBLIKA
|
|
DANMARK
|
|
DEUTSCHLAND
|
|
ITALIA
|
|
KYΠPOΣ
|
|
ESPAÑA
|
|
FRANCE
|
|
IRELAND
|
|
ÖSTERREICH
|
|
POLSKA
|
|
LATVIJA
|
|
LIETUVA
|
|
LUXEMBOURG
|
|
MAGYARORSZÁG
|
|
MALTA
|
|
NEDERLAND
|
|
PORTUGAL
|
|
SLOVENIJA
|
|
SLOVENSKÁ REPUBLIKA
|
|
SUOMI
|
|
SVERIGE
|
|
UNITED KINGDOM
|
ANNESS V
LIMITI KWANTITATTIVI
(tunnellati) |
|
Prodotti |
Sena 2005 |
SA. Prodotti ċatti |
|
SA1. Kolji |
57 842 |
SA1.a. Kolji rrumblati bis-sħana għall-irrumblar mill-ġdid |
5 750 |
SA2. Pjanċa tqila |
1 278 |
SA3. Prodotti ċatti oħrajn |
90 873 |