This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2252
Council Regulation (EC) No 2252/2004 of 13 December 2004 on standards for security features and biometrics in passports and travel documents issued by Member States
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2252/2004 tat- 13 ta' Diċembru 2004 dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri
ĠU L 385, 29.12.2004, p. 1–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 375–380
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/06/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004R2252R(01) | (CS, PL) | |||
Corrected by | 32004R2252R(02) | (SK) | |||
Corrected by | 32004R2252R(03) | (PL) | |||
Modified by | 32009R0444 | Żieda | artikolu 5BI | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Żieda | artikolu 1BI | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Emenda | artikolu 6 | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 1.1 | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 4.3 | 26/06/2009 | |
Modified by | 32009R0444 | Sostituzzjoni | artikolu 2 | 26/06/2009 |
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
375 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2252/2004
tat-13 ta' Diċembru 2004
dwar l-istandards għall-karatteristiċi ta' sigurtà u għall-bijometriċi f'passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62 (2) (a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Billi:
(1) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Tessaloniki tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2003 kkonferma li huwa meħtieġ approċċ koerenti fl-Unjoni Ewropea għal identifikaturi bijometriċi jew data bijometrika għal dokumenti għal ċittadini ta' pajjiżi terzi, passaporti ta' ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea u sistemi ta' informazzjoni (VIS u SIS II). |
(2) |
Standards minimi ta' sigurtà għall-passaporti kienu introdotti b'Riżoluzzjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, mlaqqgħin fil-Kunsill, fis-17 ta' Ottubru 2000 (3) . Issa huwa xieraq li din ir-Riżoluzzjoni tiġi aġġornata b'miżura Komunitarja sabiex jinkisbu standards ta' sigurtà armonizzati u msaħħa għal passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar biex ikun hemm protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni. Fl-istess ħin identifikaturi bijometriċi għandhom jiġu integrati fil-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar sabiex tiġi stabbilita rabta affidabbli bejn id-detentur ġenwin u d-dokument. |
(3) |
L-armonizzazzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà u l-integrazzjoni ta' identifikaturi bijometriċi huma pass importanti lejn l-użu ta' elementi ġodda fil-perspettiva ta' żviluppi fil-ġejjieni fuq livell Ewropew, li jagħmlu d-dokument ta' l-ivvjaġġar iktar sigur u jistabbilixxu rabta iktar affidabbli bejn id-detentur u l-passaport u d-dokument ta' l-ivvjaġġar bħala kontribut importanti biex jiġi żgurat li hu protett kontra l-użu bi frodi. Għandu jittieħed kont ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), u b'mod partikolari dawk stabbiliti fid-Dokument 9303 dwar dokumenti ta' l-ivvjaġġar li jistgħu jinqraw minn magna. |
(4) |
Dan ir-Regolament huwa limitat għall-armonizzazzjoni tal-karatteristiċi ta' sigurtà inklużi identifikaturi bijometriċi għall-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' l-Istati Membri. L-għażla ta' l-awtoritajiet u l-korpi awtorizzati li jkollhom aċċess għad-data li tinsab fil-mezz ta' ħażna tad-dokumenti hija kwistjoni ta' leġislazzjoni nazzjonali, bla ħsara għal kwalunkwe disposizzjonijiet rilevanti ta' liġi Komunitarja, liġi ta' l-Unjoni Ewropea jew ftehim internazzjonali. |
(5) |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi biss tali speċifikazzjonijiet li mhumiex sigrieti. Jeħtieġ li dawn l-ispeċifikazzjonijiet jiġu supplimentati bi speċifikazzjonijiet li jistgħu jibqgħu sigrieti sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' kontrafazzjoni u falsifikazzjonijiet. Tali speċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (4). |
(6) |
Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi mudell uniformi għall-viżi (5). |
(7) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni msemmija ma tkunx disponibbli għal iktar persuni milli hemm bżonn, huwa essenzjali wkoll li kull Stat Membru jinnomina mhux iżjed minn korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà li jipproduċi l-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar, filwaqt li l-Istati Membri jibqgħu liberi li jbiddlu l-korp, jekk ikun hemm bżonn. Għal raġunijiet ta' sigurtà, kull Stat Membru għandu jikkomunika l-isem tal-korp kompetenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. |
(8) |
Fir-rigward tad-data personali li trid tiġi proċessata fil-kuntest ta' passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data (6) tapplika. Għandu jiġi żgurat li l-ebda informazzjoni ulterjuri ma għandha tiġi maħżuna fil-passaport sakemm mhux prevista f'dan ir-Regolament, l-anness tiegħu jew sakemm ma tkunx imsemmija fid-dokument ta' l-ivvjaġġar rilevanti. |
(9) |
Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq biex jintlaħaq l-għan bażiku li jiġu introdotti standards komuni ta' sigurtà u identifikaturi bijometriċi interoperabbli li jiġu stabbiliti regoli għall-Istati Membri kollha li jagħtu effett lill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta' l-14 ta' Ġunju 1985 (7). Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet li huma mfittxija, skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Trattat. |
(10) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen skond id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ser, skond l-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien perijodu ta' sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta dan ir-Regolament jekk tkunx ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(11) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (8). Għalhekk ir-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(12) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (9). Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(13) |
Fir-rigward ta' l-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (10) li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (11). |
(14) |
Fir-rigward ta' l-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni ta' l-Isvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni ta' l-Isvizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (12) li jaqa' fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1(B) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien ma' l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar l-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta' dak il-Ftehim (13), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri għandhom ikunu konformi ma' l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti fl-Anness.
2. Il-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar għandhom jinkludu mezz ta' ħażna li għandu jkun fih xbieha tal-wiċċ. L-Istati Membri għandhom jinkludu wkoll il-marki tas-swaba f'format interoperabbli. Id-data għandha tiġi protetta u l-mezz ta' ħażna għandu jkun jesa' u jkollu kapaċita biżżejjed biex jiggarantixxi l-integrità, l-awtentiċità u l-kunfidenzjalità tad-data.
3. Dan ir-Regolament japplika għall-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar maħruġa mill-Istati Membri. Ma japplikax għall-karti ta' l-identità maħruġa mill-Istati Membri liċ-ċittadini tagħhom jew għal passaporti u dokumenti ta' l-ivvjaġġar temporanji b'validità ta' 12-il xahar jew inqas.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi addizzjonali għall-passaporti u għad-dokumenti ta' l-ivvjġġar, relatati ma' dan li ġej, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 (2):
(a) |
karatteristiċi u ħtiġiet oħra ta' sigurtà inklużi standards imsaħħa ta' protezzjoni kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni; |
(b) |
speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mezz ta' ħażna tal-karatteristiċi bijometriċi u s-sigurtà tiegħu, inkluż il-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat; |
(ċ) |
rekwiżiti għall-kwalità u standards komuni għax-xbieha tal-wiċċ u l-marki tas-swaba'. |
Artikolu 3
1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2) jista' jiġi deċiż li l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu sigrieti u ma għandhomx jiġu ppubblikati. F'dak il-każ, għandhom jitpoġġew għad-disposizzjoni biss tal-korpi magħżula mill-Istati Membri bħala responsabbli għall-istampar u tal-persuni awtorizzati kif dovut minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni.
2 Kull Stat Membru għandu jagħżel korp wieħed li jkollu r-responsabbiltà għall-istampar tal-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar. Għandu jikkomunika l-isem ta' dak il-korp lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. L-istess korp jista' jiġi magħżul minn żewġ Stati Membri jew iktar. Kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jbiddel il-korp magħżul tiegħu. Għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dan.
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-protezzjoni tad-data, il-persuni li jinħarġilhom passaport jew dokument ta' l-ivvjaġġar għandhom ikollhom id-dritt li jivverifikaw id-data personali li jkun hemm fil-passaport jew fid-dokument ta' l-ivvjaġġar u, fejn xieraq, li jitolbu għal rettifika jew tħassir.
2. L-ebda informazzjoni f'forma li tista' tinqara minn magna ma għandha tiġi inkluża f'passaport jew f'dokument ta' l-ivvjaġġar sakemm mhix prevista f'dan ir-Regolament, jew l-Anness tiegħu, jew sakemm mhix imsemmija fil-passaport jew fid-dokument ta' l-ivvjaġġar mill-Istat Membru emittenti skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.
3. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-karatteristiċi bijometriċi fil-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar għandhom jintużaw biss għall-verifika ta':
a) |
l-awtentiċità tad-dokument; |
b) |
l-identità tad-detentur permezz ta' karatteristiċi komparabbli direttament disponibbli meta l-passaport jew dokumenti ta' l-ivvjaġġar oħra huma meħtieġa li jiġu prodotti bil-liġi. |
Artikolu 5
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1683/95.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahrejn.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil–Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom japplikaw dan ir-Regolament:
(a) |
fir-rigward tax-xbieha tal-wiċċ: mhux aktar tard minn 18 xahar |
(b) |
fir-rigward tal-marki tas-swaba: mhux aktar tard minn 36 xahar |
wara l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2. Madankollu, il-validità tal-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar diġà maħruġa ma għandhiex tkun affettwata.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussel, nhar it-13 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU C 98, 23.4.2004, p. 39.
(2) Opinjoni tat-2 ta' Diċembru 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C 310, 28.10.2000, p. 1.
(4) ĠU L 184, 17.7.1999 p. 23.
(5) ĠU L 164, 14.7.1995 p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni 2003.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(7) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19. Konvenzjoni kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) 871/2003 (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 29).
(8) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(10) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(11) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(12) Dok. tal-Kunsill 13054/04 aċċessibbli minn http://register.consilium.eu.int
(13) Dok. tal-Kunsill 13464/04 u 13466/04 aċċessibbli minn http://register.consilium.eu.int
ANNESS
STANDARDS MINIMI TA' SIGURTÀ TA' PASSAPORTI U DOKUMENTI TA' L-IVVJAĠĠAR MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI
Introduzzjoni
Dan l-Anness jistabbilixxi l-livell minimu ta' sigurtà li l-passaporti u d-dokumenti ta' l-ivvjaġġar ta' l-Istati Membri huma meħtieġa li jipprovdu. Id-disposizzjonijiet f'dan l-Anness għandhom x'jaqsmu primarjament mal-paġna tad-data bijografika. Il-karatteristiċi ta' sigurtà ġeneriċi japplikaw ukoll għall-partijiet l-oħra tal-passaporti u tad-dokumenti ta' l-ivvjaġġar.
Il-paġna tad-data bijografika tista' tikkonsisti f'diversi materjali bażiċi. Dan l-Anness jispeċifika l-livell minimu ta' sigurtà għall-materjal speċifiku li hu wżat.
1. Materjal
Il-karta wżata għal dawk it-taqsimiet tal-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar li jagħtu d-dettalji personali jew data oħra għandhom jissodisfaw l-rekwiżiti minimi li ġejjin:
— |
l-ebda brighteners ottiċi, |
— |
marki ta' l-ilma duo-tone, |
— |
reaġenti ta' sigurtà biex iħarsu kontra tentattivi ta' tbagħbis bi tħassir kimiku, |
— |
fibri kuluriti (parzjalment viżibbli u parzjalment fluworexxenti taħt dawl UV, jew inviżibbli u fluworexxenti f'mill-inqas żewġ kuluri), |
— |
planchettes UV-fluworexxenti huma rakkomandati (għal stikers huma obbligatorji), |
— |
l-użu ta' ħajt ta' sigurtà huwa rakkomandat. |
Jekk il-paġna tad-data personali hija f'forma ta' stiker, tista' ma tiġix użata l-marka ta' l-ilma fil-karta wżata għal dik il-paġna. Tista' wkoll ma tiġix użata l-marka ta' l-ilma fil-karta wżata għan-naħa ta' ġewwa tal-qxur tal-passaport jew tad-dokument ta' l-ivvjaġġar. Reaġenti ta' sigurtà huma meħtieġa fuq il-qxur ta' ġewwa biss jekk tiġi mdaħħla data hemmhekk.
Il-ħajt użat għall-ħjata għandu jkun protett mis-sostituzzjoni.
Jekk card użata biex tiġi mdaħħla data personali fil-passaport jew fid-dokument ta' l-ivvjaġġar hija magħmula kollha kemm hi minn sottostrat sintetiku, is-soltu ma jkunx possibbli li jiġu inkorporati l-marki ta' awtentikazzjoni wżati fil-karta tal-passaport jew fid-dokument ta' l-ivvjaġġar. Fil-każ ta' stikers u cards, in-nuqqas ta' marki fil-materjali għandu jkun ikkumpensat b'miżuri fir-rigward ta' l-istampar ta' sigurtà, l-użu ta' apparat ta' kontra l-ikkupjar, jew it-teknika ta' ħruġ skond it-Taqsimiet 3, 4 u 5 barra mill-istandards minimi li ġejjin.
2. Paġna tad-data bijografika
Il-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar għandu jkollu paġna ta' data bijografika li tista' tinqara minn magna, li għandha tkun konformi mall-Parti 1 (passaporti li jistgħu jinqraw minn magna) tad-Dokument ICAO-9303 u l-mod ta' kif jinħarġu għandu jkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet għall-passaporti li jistgħu jinqraw minn magna stabbiliti hemmhekk.
Ir-ritratt tad-detentur għandu jidher ukoll fuq din il-paġna u ma għandux ikun imwaħħal imma integrat fil-materjal tal-paġna tad-data bijografika permezz tat-tekniki ta' ħruġ kif imsemmija fit-Taqsima 5.
Id-data bijografika għandha tiddaħħal fil-paġna li ssegwi l-paġna tat-titolu fil-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar. Fi kwalunkwe każ, għad-data bijografika ma għandhiex tintuża iktar paġna ta' ġewwa tal-qoxra.
It-tqassim tal-paġna tad-data bijografika għandu jkun tali li tkun tista' tintgħaraf mill-paġni l-oħra.
3. Tekniki ta' stampar
It-tekniki ta' stampar li ġejjin għandhom jintużaw:
A. |
Stampar ta' l-isfond:
|
B. |
Stampar tal-formola: B'mikrostampar integrat (sakemm ma jkunx diġà inkluż fl-istampar ta' l-isfond). |
Ċ. |
Numerazzjoni: Fil-paġni kollha ġewwa l-passaport jew id-dokument ta' l-ivvjaġġar numru uniku tad-dokument għandu jiġi stampat (fejn hu possibbli bi stil speċjali ta' figuri jew karattri u b'linka UV-fluworexxenti), jew imtaqqba jew, f'cards tal-passaport, numru uniku tad-dokument għandu jiġi integrat bl-użu ta' l-istess teknika bħal dik użata għad-data bijografika. Huwa rakkomandat li fil-cards tal-passaport in-numru uniku tad-dokument ikun viżibbli fuq iż-żewġ naħat tal-card. Jekk stiker hija wżata għad-data bijografika, in-numru uniku tad-dokument għandu jkun stampat permezz ta' linka fluworexxenti, u stil speċjali ta' figuri jew karattri huwa obbligatorju. Jekk stikers jew paġni ta' ġewwa ta' karta mhux laminata huma wżati għad-data bijografika, stampar intaglio b'effett ta' xbieha moħbija, mikrotest u linka bi proprjetajiet ottikament varjabbli u DOVID (Diffractive Optically Variable Image Device) għandhom ukoll jintużaw. Strumenti addizzjonali ta' sigurtà ottikament varjabbli għandhom ukoll jintużaw fuq cards tal-passaport magħmula kollha kemm huma minn sottostrat sintetiku, għall-inqas permezz ta' l-użu ta' DOVID jew miżuri ekwivalenti. |
4. Protezzjoni kontra l-ikkuppjar
Strument ottikament varjabbli (OVD) jew strument ekwivalenti, li joffri l-istess livell ta' identifikazzjoni u sigurtà kif inhu bħalissa wżat fil-format uniformi għall-viżi, għandu jintuża fuq il-paġna tad-data bijografika u għandu jieħu l-forma ta' strutturi diffrattivi li jvarjaw skond l-angolu differenti li minnu tħares lejhom (DOVID) inkorporati fil-laminazzjoni ta' protezzjoni ssiġillata bis-sħana jew laminazzjoni ekwivalenti (irqiqa kemm jista' jkun) jew applikata bħala kisja OVD, jew, fuq l-istikers jew il-paġna ta' ġewwa ta' karta mhux laminata, bħala OVD metallizzat jew parzjalment de-metallizzat (b'sovrastampar intaglio) jew strumenti ekwivalenti.
L-istrumenti OVD għandhom jiġu integrati fid-dokument bħala element ta' struttura stratifikata, li tipproteġi b'mod effettiv kontra l-kontrafazzjoni u l-falsifikazzjoni. F'dokumenti magħmula minn karta, għandhom jiġu integrati fuq wiċċ wiesa' kemm jista' jkun bħala element tal-laminazzjoni ssiġillata bis-sħana jew laminazzjoni ekwivalenti (irqiqa kemm jista' jkun) jew applikata bħala kisja ta' sigurtà, kif deskritt fit-Taqsima 5. F'dokumenti magħmula minn sottostrat sintetiku, għandhom jiġu integrati fl-istrat tal-card fuq wiċċ kemm jista' jkun wiesa'.
Jekk card sintetika hija personalizzata b'inċiżjoni bil-laser, u strument miktub bil-laser ottikament varjabbli huwa inkorporat hemmhekk, l-OVD diffrattiv għandu jiġi applikat, mill-inqas f'forma ta' DOVID metalizzat jew trasparenti posizzjonat, biex tinkiseb protezzjoni msaħħa kontra r-riproduzzjoni.
Jekk paġna tad-data bijografika hija magħmula minn sottostrat sintetiku b'qalba tal-karta, l-OVD diffrattiv għandu jiġi applikat għall-inqas fil-forma ta' DOVID metalizzat jew trasparenti posizzjonat, biex tinkiseb protezzjoni msaħħa kontra r-riproduzzjoni.
5. Teknika ta' ħruġ
Sabiex jiġi żgurat li d-data tal-passaport jew tad-dokument ta' l-ivvjaġġar hija protetta kif xieraq kontra tentattivi ta' kontrafazzjoni u ta' falsifikazzjoni, id-data bijografika inklużi r-ritratt tad-detentur, il-firma tad-detentur u d-data ewlenija tal-ħruġ għandhom ikunu integrati fil-materjal bażiku tad-dokument. Metodi konvenzjonali ta' kif ir-ritratt jiġi mwaħħal ma għandhomx jintużaw iktar.
Jistgħu jintużaw it-tekniki ta' ħruġ li ġejjin:
— |
stampar bil-laser, |
— |
thermo-trasferiment, |
— |
stampar ink-jet, |
— |
tekniċi fotografiċi, |
— |
inċiżjoni bil-laser li tippenetra b'mod effettiv fl-istrati tal-card li jkun fihom il-karatteristiċi ta' sigurtà. |
Sabiex jiġi żgurat li d-data bijografika u d-data ta' ħruġ ikunu protetti b'mod adegwat kontra tentattivi ta' tbagħbis, laminazzjoni ssiġillata bis-sħana jew l-ekwivalenti (rqiqa kemm jista' jkun) bi strument kontra l-ikkupjar hija obbligatorja fejn jiġu wżati stampar bil-laser, thermo-trasferiment jew tekniki fotografiċi.
Id-dokumenti ta' l-ivvjaġġar għandhom jinħarġu f'forma li tista' tinqara minn magna. It-tqassim tal-paġna tad-data bijografika għandu isegwi l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fil-Parti 1 tad-Dokument ICAO 9303, u l-proċeduri ta' ħruġ għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li dan jistabbilixxi għal dokumenti li jistgħu jinqraw minn magna.