Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2076

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2004 tat- 3 ta' Diċembru 2004 li jadatta għall-ewwel darba l-Anness l tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (EDDHSA u soprafosfat triplu) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 359, 4.12.2004, p. 25–27 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 340–342 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2076/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    340


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2076/2004

    tat-3 ta' Diċembru 2004

    li jadatta għall-ewwel darba l-Anness l tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (EDDHSA u soprafosfat triplu)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31 (1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jipprevedi li fertilizzant li huwa tip ta’ fertilizzant imniżżel f’lista fl-Anness I tiegħu u li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati f’dak ir-Regolament jista’ jiġi intitolat “FERTILIZZANT KE”.

    (2)

    Fost il-fertilizzanti fosfatiċi mniżżla fl-iskeda A2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 hemm is-Soprafosfat Triplu (TSP) u wieħed mill-kriterji għat-tikkettar tiegħu huwa “fosfru espress bħala P2O5 solubbli fiċ-ċitrat ta’ l-ammonju newtrali, mill-anqas 93% tal-kontenut iddikjarattal-P2O5 solubbli fl-ilma”.

    (3)

    Akbar ma hija s-solubilità fl-ilma tal-fertilizzant TSP, aħjar ma tkun l-effiċjenza agronomika tiegħu. Fl-imgħoddi, il-ħamrija Ewropea kienet kemm-il darba nieqsa mill-fosfru u l-valur minimu għoli ta’93% tas-solubilità fl-ilma kien iġġustifikat sabiex jissewwa dan in-nuqqas.

    (4)

    Illum il-ġurnata, is-sitwazzjoni inbidlet fis-sens li bosta ħamriji ma għadhomx nieqsa mill-fosfru u, minkejja li jeżistu kundizzjonijiet ta' ħamriji jew ta’ wċuħ tar-raba’ li għalihom it-TSP b’solubilità fl-ilma ta’ 93% għadu mixtieq, it-TSP b’minimu ta’ 85% ta’ solubilità fl-ilma se jkun effettiva bl-istess mod għal ħafna ħamriji u wċuħ tar-raba' Ewropej.

    (5)

    Għalhekk, dawk li jużaw it-TSP għandhom ikollhom il-faċilità li jagħżlu bejn TSP li għandu solubilità fl-ilma minima ta’ 85%, jew wieħed li għandu solubilità akbar, sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet tal-ħamrija u l-uċuħ tar-raba’ lokali. L-entrata li tikkonċerna t-TSP fit-tabella A2 ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) 2003/2003 għandha tiġi adottata kif xieraq u meħtieġ.

    (6)

    Melħ tas-sodju ta’ l-EDDHSA u l-prodotti ta’ kondensazzjoni tiegħu (EDDHSA) ilhom jintużaw, b’mod partikolari fi Spanja, Franza, u l-Italja għal 15-il sena bħala aġent organiku kelanti (chelating) għal mikronutrienti. L-esperjenza turi li huwa aġent fertilizzanti li ma joħloq l-ebda riskju għall-ambjent.

    (7)

    B’mod partikolari, il-ħadid ikkelat bl-EDDHSA jintuża sabiex isewwi n-nuqqas ta’ ħadid u sabiex jirrimedja l-klorosi tal-ħadid. Huwa rrakkomandat għal varjetà kbira ta’ speċi veġetali, b’mod partikolari s-siġar tal-frott bħall-frott taċ-ċitru, il-berquq, l-għanbaqar u l-ħawħ; jintuża wkoll għall-għeneb, għall-arbuxxelli żgħar u għall-frawli.

    (8)

    L-eliminazzjoni tal-klorosi tal-ħadid u s-sintomi tagħha tiżgura faxxina ħadra, bi tkabbir u żvilupp tal-frott tal-ħsad.

    (9)

    F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-effett tal-ħamrija u l-ambjent, l-EDDHSA tgħaddi minn proċess ta’ degradazzjoni kimika fil-ħamrija li jseħħ relattivament bil-mod iżda li ma joħloq l-ebda sustanzi perikolużi. Anqas ma joħloq xi tip ta’ problemi ta’ mluħa fil-ħamrija.

    (10)

    L-EDDHSA għandha għalhekk tiżdied mal-lista ta’ aġenti kelanti organiċi għal mikro-nutrienti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

    (11)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk ikun emendat konformament.

    (12)

    Il-miżuri prevvisti f'dan ir-Regolament huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa hawnhekk emendat ma’ l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, nhar it-3 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Gunter VERHEUGEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 304, tal-21.11.2003, p. 1. Regolament kif emendat mill-aħħar Regolament (KE) NRU 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p.1).


    ANNESS

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Fl-Iskeda A.2. l-entrata 2(c) relatata mas-“Suprafosfat triplu” hija mibdula minn dan li ġej:

    Nru

    Intitolazzjoni tat-tip

    Informazzjoni dwar il-metodu ta’ produzzjoni u ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrienti(persentaġġ skond it-toqol);

    informazzjoni dwar l-espressjoni taN- nutrienti;

    rekwiżiti oħra

    informazzjoni oħradwar l-intitolazzjoni tat-tip

    Kontenut ta’ nutrienti li għandu jkun iddikjarat;

    forom u solubilitajiet tan-nutrijenti;

    kriterji oħra

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    “2(c)

    Soprafosforat triplu

    Prodott miksub bir-reazzjoni ta’ fosfat minerali mitħun ma’ l-aċidu fosforiku u li għandu fosfat tal-monokalċju bħala l-ingredjent ewlieni tiegħu

    38% P2O5

    Fosfru espress bħala P2O5 solubbli fiċ-ċitrat ta’ l-ammonju newtrali, b’mill-anqas 85% tal-kontenut iddikjarat tal-P2O5 li huwa solubbli fl-ilma

    Kampjun ittestjat: 3 g

     

    Fosfru penta-ossidu solubbli fiċ-ċitrat ta’ l-ammonju newtrali

    Fosfru penta-ossidu li huwa solubbli fl-ilma”

    (b)

    Fil-punt E.3.1. tiżdied id-daħla li jmiss:

    “Melħ tas-sodju tal-:

     

     

    aċidu ethylenediamine d-(2-hydroxy 5-sulfophenylacetic) u l-prodotti ta’ kondensazzjoni tiegħu

    EDDHSA

    C18 H20 O12N2 S2 + n*(C12H14O8N2S)”


    Top