This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2045
Commission Regulation (EC) No 2045/2004 of 29 November 2004 amending Regulation (EEC) No 2131/93 laying down the procedure and conditions for the sale of cereals held by intervention agencies
2045/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2045/2004 tad- 29 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji
2045/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2045/2004 tad- 29 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji
ĠU L 354, 30.11.2004, p. 17–18
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 28–29
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 05/03/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2131 | Emenda | artikolu 13.4 | 07/12/2004 | |
Modifies | 31993R2131 | Emenda | artikolu 7.1 | 07/12/2004 | |
Modifies | 31993R2131 | Emenda | artikolu 2.2 | 07/12/2004 | |
Modifies | 31993R2131 | Emenda | artikolu 3.1 | 07/12/2004 | |
Modifies | 31993R2131 | Tlestija | artikolu 2 BI PT B) | 07/12/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004R2045R(01) | (IT) | |||
Repealed by | 32009R0127 |
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2045/2004
tad-29 ta' Novembru 2004
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 li jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Billi:
(1) |
lr-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (2) jistabbilixxi l-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent]. |
(2) |
Mezzi ġodda u moderni tal-komunikazzjoni għandhom jintużaw biex jinfurmaw lill-partijiet interessati kollha madwar il-Komunità kollha kemm hi dwar bejgħ mill-intervent. Dan jippermetti li l-aġenziji ta’ intervent ibigħu permezz ta’ sejħiet għall-offerti kwantitajiet akbar, mingħajr deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni, fil-qies tal-qagħda tas-suq fl-Istati Membri tagħhom. Biex ir-regoli dwar l-esportazzjoni jiġu ssimplifikati, ma għandux ikun hemm l-obbligu li l-lok tal-ħżin jissemma fid-deċiżjoni li toħroġ stediniet għall-offerti. |
(3) |
Fl-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi, l-offerenti huma ppenalizzati mill-ispejjeż ogħla tat-trasport għaċ-ċereali li jkunu qed jitressqu għall-bejgħ. Għaldaqstant l-esportazzjoni taċ-ċereali minn dawn l-Istati Membri hija aktar diffiċli, u dan iġib miegħu, b’mod partikolari, aktar tul ta’ żmien fil-ħażna ta’ intervent u spejjeż supplimentari għall-baġit tal-Komunità. Għaldaqstant għandha tkun ipprovduta l-possibbiltà, f’ċerti każijiet, li jkunu ffinanzjati l-ispejjeż tat-trasport l-aktar vantaġġużi bejn il-post tal-ħżin u l-post tal-ħruġ, biex l-offerti jkunu komparabbli. Il-port Rumen ta’ Constanta kien port ta’ ħruġ tradizzjonali għall-pajjiżi tal-Ewropa ċentrali qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li Constanta tiddaħħal fost il-postijiet ta’ ħruġ li jistgħu jkunu kkunsidrati għall-kalkolu tal-ispejjeż tat-trasport eliġibbli għar-rifużjoni fil-każ ta’ esportazzjoni. |
(4) |
Bil-għan li l-proċedura għall-bejgħ taċ-ċereali tkun issimplifikata, il-garanziji li jakkumpanjaw l-offerti għall-bejgħ għall-esportazzjoni kif ukoll għas-suq Komunitarju għandhom jingħaqdu. |
(5) |
Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KEE) Nru 2131/93 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għaċ-ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 għandu jkun emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 2(2), “2 000 tunnellata” għandha tinbidel b’“5 000 tunnellata”. |
2. |
Fl-Artikolu 3(1), l-ewwel sentenza għandha tinbidel bis-sentenza li ġejja: “L-aġenziji ta’ intervent għandhom ifasslu avviżi ta’ sejħiet għall-offerti skont l-Artikolu 12 u jiżguraw li dawk l-avviżi jingħataw pubbliċità adegwata, b’mod partikolari billi jqegħduhom għall-wiri fl-uffiċċji prinċipali tagħhom kif ukoll fis-sit tal-internet tagħhom jew f’dak tal-Minisetru kompetenti.” |
3. |
L-Artikolu 7 għandu jkun emendat kif ġej:
|
4. |
Fl-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-offerti għandhom ikunu validi biss jekk ikunu akkumpanjati minn prova li l-offerent ikun iddepożita garanzija ta’ EUR 5 għal kull tunnellata”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Novembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
(2) ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 777/2004 (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 50).