This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1902
Commission Regulation (EC) No 1902/2004 of 29 October 2004 amending the specification of a name appearing in the Annex to Regulation (EC) No 1107/96 on the registration of geographical indications and designations of origin (Les Garrigues)
1902/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1902/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)
1902/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1902/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)
ĠU L 328, 30.10.2004, p. 73–76
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 11–14
(MT)
In force
15.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1902/2004
tad-29 ta' Ottubru 2004
li jemenda l-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni tal-oriġini stipulata fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini (Les Garrigues)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, l-awtoritajiet ta’ Spanja ressqu talba għall-emendar taż-żona ġeografika fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2). |
(2) |
L-iskrutinju tat-talba wera li l-emendi proposti mhumiex minuri. |
(3) |
Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u billi l-emendi mhumiex minuri, il-proċedura tal-Artikolu 6 għandha tiġi applikata mutatis mutandis. |
(4) |
L-emendi proposti tqiesu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2081/92. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament imsemmi wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn l-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (3). |
(5) |
Għaldaqstant, l-emendi għandhom jiġu rreġistrati u ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi li jinsabu fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati u ppubblikati skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.
Sinteżi tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
Franz FISCHLER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1215/2004 (ĠU L 232, 1.7.2004, p. 21).
(2) ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1354/2004 (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 14).
(3) ĠU C 187, 7.8.2003, p. 7 (Les Garrigues).
ANNESS I
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KEE) Nru 2081/92
Emenda għall-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini (L-Artikolu 9)
Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994
1. |
Denominazzjoni rreġistrata: “Les Garrigues” |
2. |
Emendi mitluba:
|
ANNESS II
SINTEŻI KONSOLIDATA
IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2081/92
“LES GARRIGUES”
Nru tal-KE: ES/0070/24.01.1994
DPO (X) IĠP ( )
Din is-sinteżi tiġbor fil-qosor l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni għal skopijiet informattivi biss. Għall-infomazzjoni kompluta, partikolarment għall-produtturi tal-prodotti koperti bid-DPO jew bl-IĠP kkonċernata, ara l-verżjoni kompluta tal-ispeċifikazzjoni, li tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali jew mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea (1).
1. Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:
Isem |
: |
Subdirección General de Sistemas de Calidad Diferenciada. Dirección General de Alimentación. Secretaría General de Agricultura y Alimentación. Ministerio de Agricultura Pesca y Alimentación de España. |
Indirizz |
: |
Po Infanta Isabel, 1, E- 28071 — Madrid |
Telefon |
: |
(34-91) 347 53 94 |
Feks |
: |
(34-91) 347 54 10 |
2. Grupp:
Isem |
: |
CONSEJO REGULADOR DE LA D.O.P. “LES GARRIGUES” |
Indirizz |
: |
Complex la Caparrella 97 1a planta. 25192 Lleida |
Telefon |
: |
973 28 04 70 |
Fax |
: |
973 26 04 27 |
Kompożizzjoni |
: |
produtturi/proċessuri (X) oħrajn ( ) |
3. Tip ta' prodott: żejt verġni taż-żebbuġa — Klassi 1.5
Speċifikazzjoni: (sinteżi tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2))
4.1. Isem: “Les Garrigues”
4.2. Deskrizzjoni:
Żejt taż-żebbuġa li jinkiseb mill-varjetajiet taż-żebbuġ “Arbeguina” u “Verdiell”. Aċidità ta' anqas minn 0.5°; indiċi ta’ perossidu: 15; umdità ta' anqas minn 0.1 %. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ żejt: iż-żejt b'togħma ta’ frott u ż-żejt ħelu. Iż-żejt b'togħma ta’ frott għandu lewn ħadrani u togħma tal-lewż morr. Iż-żejt ħelu għandu lewn isfar u togħma ħelwa.
4.3. Żona ġeografika:
Din iż-żona tinsab fix-Xlokk tal-provinċja ta’ Lleida, u tinkludi l-komuni ta' Les Garrigues, El Segriá u L'Urgel. Il-komuni li jifformaw din iż-żona ġeografika huma dawn li ġejjin:
Reġjun |
Komun |
Les Garrigues |
Albagés, l'; Albi, l'; Arbeca; Bellaguarda; Borges Blanques, les; Bovera; Castelldans; Cervià de les Garrigues; Cogul, el; Espluga Calba, l'; La Floresta; Fulleda; Granyena de les Garrigues; Granadella, la; Juncosa; Juneda (sal-limitu tat-triq minn Lleida sa Tarragona); Omellons, els; Pobla de Cérvoles, la; Soleràs, el; Tarrés;Torms, els; Vilosell, el; Vinaixa |
El Segrià |
Aitona; Alcanó; Alcarràs; Alfés; Almatret; Aspa; Granja d'Escarp, la; Llardecans; Maials; Massalcoreig; Sarroca de Lleida; Seròs; Soses; Sunyer (limitu tal-kanal ta’ Seròs); Torrebesses; Torres de Segre |
L'Urgell |
Belianes; Ciutadilla; Guimerà; Maldà; Nalec; Omells de Na Gaia, els; San Martí de Riucorb; Vallbona de les Monges; Verdú |
4.4. Prova tal-oriġini:
Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ tal-varjetajiet awtorizzati, li joriġinaw mill-imsaġar taż-żebbuġ irreġistrati f'azjendi mniżżla taħt il-kontroll tal-Consejo regulador (Kunsill regolatorju).
4.5. Metodu ta' produzzjoni:
Iż-żejt jingħasar minn żebbuġ b'saħħtu u nadif, skont metodi ta’ estrazzjoni xierqa li ma jibdlu bl-ebda mod il-karatteristiċi tal-prodott.
4.6. Rabta:
Il-ħamrija hija tat-tip kalkarju, ratba, ta’ konsistenza taflija u bil-ħama, lewn ħamrani skur jew safrani fil-kannella. Il-klima hija kontinentali. It-tkabbir, il-ħsad u l-produzzjoni huma kkontrollati.
4.7. Organu ta' spezzjoni:
Isem |
: |
Consejo Regulador D.O.“Les Garrigues” |
Indirizz |
: |
Complex la Caparrella 97 1a planta. — E-25192 Lleida |
Telefon |
: |
(34-973) 28 04 70 |
Fax |
: |
(34-973) 26 04 27 |
Il-kunsill regolatorju tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Les Garrigues” huwa konformi mal-istandard EN 45011.
4.8. Tikkettar:
Tikketti awtorizzati mill-kunsill regolatorju, bil-kliem: Denominación de Origen “Les Garrigues” aceite virgen (Denominazzjoni tal-oriġini “Les Garrigues” żejt verġni taż-żebbuġa). It-tikketti ta’ wara jiġu nnumerati u jinħarġu mill-kunsill regolatorju.
4.9. Rekwiżiti legali nazzjonali (fejn xieraq)
Ley 25/1970, de 2 de diciembre. Orden de 10 de mayo de 1987 por la que se reglamenta la Denominación de Origen “Borjas Blancas” y su Consejo Regulador. Orden de 9 de agosto de 1993 por la que se sustituye el nombre de la D.O. “Borjas Blancas” por el de D.O. “Les Garrigues”.
(1) Il-Kummissjoni Ewropea — Direttorat Ġenerali tal-Agrikultura — L-Unità “Politika dwar il-kwalità tal-prodotti agrikoli” — B-1049 Brussell.