EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1853

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1853/2004 tal- 25 ta' Ottubru 2004 dwar miżuri restrittivi addizzjonali fir-rigward tal-Burma/Mjanmar u li temenda r-Regolament (KE) Nru 798/2004

ĠU L 323, 26.10.2004, p. 11–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 3–8 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/06/2006; Impliċitament imħassar minn 32006R0817

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1853/oj

7.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1853/2004

tal-25 ta' Ottubru 2004

dwar miżuri restrittivi addizzjonali fir-rigward tal-Burma/Mjanmar u li temenda r-Regolament (KE) Nru 798/2004

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/730/PESK ta' dwar miżuri restrittivi addizzjonali li temenda l-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Ottubru 1996, il-Kunsill, imħasseb dwar in-nuqqas ta' progress lejn id-demokratizzazzjoni u dwar il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Burma/Mjanmar, impona ċerti miżuri restrittivi kontra l-Burma/Mjanmar bil-Posizzjoni Komuni 1996/635/PESK (1). Minħabba l-ksur serju u sistematiku kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet Burmiżi, u partikolarment r-ripressjoni kontinwa u intensifikata tad-drittijiet ċivili u politiċi, u n-nuqqas ta' dawk l-awtoritajiet biex jieħdu passi fid-direzzjoni tad-demokrazija u r-rikonċiljazzjoni, il-miżuri restrittivi kontra l-Burma/Mjanmar ġew sussegwentement estiżi bosta drabi, l-iktar reċenti bil-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK (2). X'uħud mill-miżuri restrittivi mposti kontra l-Burma/Mjanmar ġew implimentati f'livell Komunitarju bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 798/2004 tas-26 ta' April 2004 li ġġedded il-miżuri restrittivi rigward il-Burma/Myanmar u li tħassar ir-Regolament (KE) Nru. 1081/2000 (3).

(2)

Minħabba s-sitwazzjoni politika attwali fil-Burma/Mjanmar, kif jixhed in-nuqqas mill-awtoritajiet militari biex jeħilsu lil Daw Aung San Suu Kyi u membri oħrajn tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) kif ukoll persuni oħrajn taħt arrest politiku, u n-nuqqas li jippermettu Konvenzjoni Nazzjonali ġenwina u miftuħa, u minħabba l-kedd kontinwu lill-NLD u movimenti politiċi organizzati oħrajn, il-Pożizzjoni Komuni 2004/730/PESK iżżomm fis-seħħ u ssaħħaħ il-miżuri restrittivi mposti fir-rigward tal-Burma/Mjanmar bil-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK biex jinkludu, inter alia, projbizzjoni fir-rigward ta' self finanzjarju jew krediti lilhom, u l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma; waqt li tali projbizzjoni ma għandhiex taffettwa l-esekuzzjoni ta' obbligi relatati li jirriżultaw minn kuntratti jew ftehim eżistenti, l-konklużjoni ta' kuntratti jew ftehim ġodda dwar is-suġġett ta' dan ir-Regolament jew it-tiġdid ta' kuntratti jew ftehim eżistenti wara li jiskadu għandhom jiġu pprojbiti wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

(3)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk, biex tiġi evitata kwalunkwe distorzjoni ta' kompetizzjoni, il-leġislazzjoni tal-Komunità hi meħtieġa biex timplimentahom sa fejn hi kkonċernata l-Komunità.

(4)

Biex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu,

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 għandu jkun emendat f'dan is-sens.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2004 hu emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 8a li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 8a

1.   Dan li ġej għandu jiġi projbit:

(a)

l-għoti ta' kwalunkwe self finanzjarju jew kreditu lill-intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness IV, jew l-akkwist ta' bonds, ċertifikati ta' depożitu, warrants jew obbligazzjonijiet, maħruġa minn dawn l-intrapriżi,

(b)

l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness IV, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali intrapriżi u l-akkwist ta' ishma u titoli ta' natura parteċipanti.

2.   Il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li, b'mod dirett jew indirett, jevadu d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1, għandha tiġi pprojbita.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux jippreġudika l-esekuzzjoni ta' kuntratti ta' kummerċ għall-forniment ta' merkanzija jew servizzi b'kondizzjonijiet normali ta' ħlas kummerċjali u l-ftehim supplimentarji normali fir-rigward ta' l-esekuzzjoni ta' dawn il-kuntratti bħall-assigurazzjonijiet tal-kreditu għall-esportazzjoni.

4.   Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(a) ma għandhomx jippreġudikaw l-esekuzzjoni ta' obbligu li jinħoloq minn kuntratti jew ftehim konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

5.   Il-projbizzjoni fil-paragrafu 1 (b) ma għandhiex tipprevjeni l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma kif elenkati fl-Anness IV, jekk tali estensjoni hi obbligatorja skond ftehim konkluż ma' l-intrapriża kkonċernata li hija proprjetà ta' l-Istat tal-Burma qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. L-awtorità rilevanti kompetenti, kif elenkata fl-Anness II, u l-Kummissjoni għandhom jiġu mgħarrfa qabel ma ssir kwalunkwe transazzjoni bħal din. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħra.”;

2)

L-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li:

(a)

temenda l-Anness II abbażi ta' informazzjoni moghtija mill-Istati Membri,

(b)

temenda l-Annessi III u IV abbażi ta' deċiżjonijiet meħuda fir-rigward ta' l-Annessi I u II għall-Posizzjoni Komuni 2004/423/PESK kif emendati mill-Posizzjoni Komuni 2004/730/PESK. (*);

(*)  ĠU L 323, 26.10.2004, p. 17.”"

3)

L-Anness stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandu jiżdied.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar il-25 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

R. VERDONK


(1)  Ara paġna ta' ĠU L 323, 26.10.2004

(1)  ĠU L 287, 8.11.1996, p. 1. Posizzjoni Komuni mħassra u sostitwita bil-Posizzjoni Komuni 2003/297/PESK (ĠU L 106, 29.4.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 61. Posizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2004/730/PESK.

(3)  ĠU L 125, 28.4.2004, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1517/2004 (ĠU L 278, 27.8.2004, p. 18).


ANNESS

“ANNESS IV

Lista ta' l-intrapriżi li huma proprjetà ta' l-Istat tal-Burma msemmija fl-Artikolu 8a

(Żomm spazju)

Name

Address

Name of Director

I.

UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

UNION OF MYANMAR ECONOMIC HOLDING LTD

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

MAJ-GEN WIN HLAING, MANAGING DIRECTOR

A.

MANUFACTURING

1.

MYANMAR RUBY ENTERPRISE

24/26, 2ND FL., SULE PAGODA ROAD,

YANGON

(MIDWAY BANK BUILDING)

 

2.

MYANMAR IMPERIAL JADE CO. LTD

24/26, 2ND FL., SULE PAGODA ROAD,

YANGON

(MIDWAY BANK BUILDING)

 

3.

MYANMAR RUBBER WOOD CO. LTD

 

 

4.

MYANMAR PINEAPPLE JUICE PRODUCTION

 

 

5.

MYAWADDY CLEAN DRINKING WATER SERVICE

4/A, NO 3 MAIN ROAD,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

6.

SIN MIN (KING ELEPHANTS) CEMENT FACTORY (KYAUKSE)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

COL MAUNG MAUNG AYE, MANAGING DIRECTOR

7.

TAILORING SHOP SERVICE

 

 

8.

NGWE PIN LE (SILVER SEA) LIVESTOCK BREEDING AND FISHERY CO.

1093, SHWE TAUNG GYAR ST. INDUSTRIAL ZONE II,

WARD 63,

SOUTH DAGON TSP,

YANGON

 

9.

GRANITE TILE FACTORY (KYAIKTO)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

 

10.

SOAP FACTORY (PAUNG)

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

 

B.

TRADING

1.

MYAWADDY TRADING LTD

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

COL MYINT AUNG, MANAGING DIRECTOR

C.

SERVICES

1.

MYAWADDY BANK LTD

24-26 SULE PAGODA ROAD,

YANGON

BRIG-GEN WIN HLAING AND U TUN KYI, MANAGING DIRECTORS

2.

BANDOOLA TRANSPORTATION CO. LTD

399, THIRI MINGALAR ROAD, INSEIN TSP,

YANGON

AND/OR

PARAMI ROAD,

SOUTH OKKALAPA,

YANGON

COL MYO MYINT, MANAGING DIRECTOR

3.

MYAWADDY TRAVEL SERVICES

24-26, SULE PAGODA ROAD,

YANGON

 

4.

NAWADAY HOTEL AND TRAVEL SERVICES

335/357, BOGYOKE AUNG SAN ROAD,

PADEBAN TSP,

YANGON

 

5.

MYAWADDY AGRICULTURE SERVICES

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

 

6.

MYANMAR AR (POWER) CONSTRUCTION SERVICES

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

 

JOINT VENTURES AND SUBSIDIARIES

A.

MANUFACTURING

1.

MYANMAR SEGAL INTERNATIONAL LTD

PYAY ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

U BE AUNG, MANAGER

2.

MYANMAR DAEWOO INTERNATIONAL

PYAY ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

3.

ROTHMAN OF PALL MALL MYANMAR PRIVATE LTD

NO 38, VIRGINIA PARK,

NO 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

YANGON

 

4.

MYANMAR BREWERY LTD

NO 45, NO 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

RETD LT-COL MAUNG MAUNG AYE, CHAIRMAN

5.

MYANMAR POSCO STEEL CO. LTD

PLOT 22, NO 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

6.

MYANMAR NOUVEAU STEEL CO. LTD

NO 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

7.

BERGER PAINT MANUFACTURING CO. LTD

PLOT NO 34/A,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

8.

THE FIRST AUTOMOTIVE CO. LTD

PLOT NO 47,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

U AYE CHO AND/OR LT-COL TUN MYINT, MANAGING DIRECTOR

9.

MERCURY RAY MANUFACTURING LTD

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

U NYO MIN OO

10.

MYANMAR HWA FU INTERNATIONAL LTD

NO 3, MAIN ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

11.

MYANMAR MA MEE DOUBLE DECKER CO. LTD

PLOT 41, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

12.

MYANMAR SAM GAUNG INDUSTRY LTD

NO 6/A, PYAY ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

13.

MYANMAR TOKIWA CORP.

44B/NO 3, TRUNK ROAD,

PYINMABIN INDUSTRIAL ZONE,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

14.

MYANMAR KUROSAWA TRUST CO. LTD

22, PYAY ROAD,

7 MILE,

MAYANGONE TSP,

YANGON

 

B.

TRADING

1.

DIAMOND DRAGON (SEIN NAGA) CO. LTD

189/191 MAHABANDOOLA ROAD,

CORNER OF 50TH STREET,

YANGON

 

C.

SERVICES

1.

NATIONAL DEVELOPMENT CORP.

3/A, THAMTHUMAR STREET,

7 MILE,

MAYANGONE TSP,

YANGON

DR. KHIN SHWE, CHAIRMAN

2.

HANTHA WADDY GOLF RESORT AND MYODAW (CITY) CLUB LTD

NO 1, KONEMYINTTHA STREET,

7 MILE,

MAYANGONE TSP,

YANGON

AND

THIRI MINGALAR ROAD,

INSEIN TSP,

YANGON

 

3.

MYANMAR CEMENT LTD

 

 

4.

MYANMAR HOTEL AND CRUISES LTD

RM. 814/815,

TRADER’S HOTEL,

223, SULE PAGODA ROAD,

YANGON

 

II.

MYANMA ECONOMIC CORPORATION (MEC)

MYANMA ECONOMIC CORPORATION (MEC)

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

COL YE HTUT OR BRIG-GEN KYAW WIN, MANAGING DIRECTOR

1.

INNWA BANK

554-556, MERCHANT STREET,

CORNER OF 35TH STREET,

KYAUKTADA TSP,

YANGON

U YIN SEIN, GENERAL MANAGER

2.

MYAING GALAY (RHINO BRAND) CEMENT FACTORY

FACTORIES DEPT,

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

COL KHIN MAUNG SOE

3.

DAGON BREWERY

555/B, NO 4,

HIGHWAY ROAD,

HLAW GAR WARD,

SHWE PYI THAR TSP,

YANGON

 

4.

MEC STEEL MILLS (HMAW BI/PYI/YWAMA)

FACTORIES DEPT,

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

COL KHIN MAUNG SOE

5.

MEC SUGAR MILL

KANT BALU

 

6.

MEC OXYGEN AND GASES FACTORY

MINDAMA ROAD,

MINGALARDON TSP,

YANGON

 

7.

MEC MARBLE MINE

PYINMANAR

 

8.

MEC MARBLE TILES FACTORY

LOIKAW

 

9.

MEC MYANMAR CABLE WIRE FACTORY

NO 48, BAMAW A TWIN WUN ROAD,

ZONE (4),

HLAING THAR YAR INDUSTRIAL ZONE,

YANGON

 

10.

MEC SHIP BREAKING SERVICE

THILAWAR,

THAN NYIN TSP

 

11.

MEC DISPOSABLE SYRINGE FACTORY

FACTORIES DEPT,

MEC HEAD OFFICE,

SHWEDAGON PAGODA ROAD,

DAGON TSP,

YANGON

 

12.

GYPSUM MINE

THIBAW”

 


Top