EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1808

1808/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1808/2004 tat- 18 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

ĠU L 318, 19.10.2004, p. 15–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 35–37 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1808/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1808/2004

tat-18 ta' Ottubru 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2138/97 li jiddelimita ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment tal-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u x-xaħmijiet (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2261/84 tas-17 ta' Lulju 1984 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ta’ għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 2261/84 jistipula li l-livelli ta’ produzzjoni taż-żebbuġ u taż-żejt għandhom jiġu ffissati skont żoni omoġenji ta’ produzzjoni abbażi taċ-ċifri pprovduti mill-Istati Membri produtturi.

(2)

Id-delimitazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni ġiet stabbilita fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2138/97 (3). Għal raġunijiet amministrattivi u strutturali, jeħtieġ li jiġu mmodifikati ż-żoni omoġenji tal-produzzjoni fil-Greċja, fi Spanja u fl-Italja għas-sena tas-suq 2003/2004.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2138/97 għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

fil-punt A, il-partijiet li jirrigwardaw il-provinċji ta' “Brescia”, “Perugia”, “Lecce”, “Catanzaro” u “Messina” għandhom jinbidlu, rispettivament, bit-testi li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament;

2)

il-punt C għandu jiġi emendat kif ġej:

a)

taħt l-intestatura “Νομός Ζακύνθου”, il-muniċipalità ta' “Μαχαιράδου” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 3;

b)

taħt l-intestatura “Νομός Ημαθίας”, il-muniċipalità ta' “Φυτείας” għandha titneħħa miż-żona nru 1 u tiżdied maż-żona nru 2;

c)

taħt l-intestatura “Νομός Κιλκίς”, il-muniċipalità ta' “Βαφειοχωρίου” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 1;

d)

taħt l-intestatura “Νομός Κορινθίας”, il-muniċipalità ta' “Κορφιώτισσας” għandha titneħħa miż-żona nru 8 u tiżdied maż-żona nru 1;

e)

taħt l-intestatura “Νομός Λασηθίου”,

il-muniċipalitajiet ta' “Λακωνίων”, “Αγίου Ιωάννη”, “Καλαμαύκα”, “Ζήρου”, “Παπαγιαννάδων”, “Χανδρών”, “Λιθίνων”, “Ορεινού”, “Πεύκων”, “Σχινοκαψάλων”, “Χρυσοπηγής”, “Αγίου Γεωργίου”, “Κατσιδονίου”, “Μαρωνιάς”, “"Πισκοκεφάλου”, “Σητείας”, “Αγίου Στεφάνου”, “Σταυροχωρίου”, “Σταυρωμένου” u “Προυσσού” għandhom jitneħħew miż-żona nru 2 u jiżdiedu maż-żona nru 1,

il-muniċipalitajiet ta' “Μεσελέρων” u “Πρίνων” għandhom jitneħħew miż-żona nru 1 u jiżdiedu maż-żona nru 2, u

il-muniċipalità ta' “Αγίου Σπυρίδωνα” għandha tiżdied maż-żona nru 1;

f)

taħt l-intestatura “Νομός Πρέβεζας”, il-muniċipalità ta' “Ριζών” għandha titneħħa miż-żona nru 2 u tiżdied maż-żona nru 7;

3)

fil-punt D, taħt l-intestatura “Comunidad autónoma: Aragón”, il-muniċipalità ta' “La Portellada” għandha tiddaħħal fiż-żona nru 4 tal-provinċja ta' “Teruel”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2003.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Ottubru 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 172, 30.9.1966, p. 3025/66. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97).

(2)  ĠU L 208, 3.8.1984, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1639/98 (ĠU L 210, 28.7.1998, p. 38).

(3)  ĠU L 297, 31.10.1997, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1885/2003 (ĠU L 277, 28.10.2003, p. 5).


ANNESS

“Brescia:

1.

(*)

2.

Gardone Riviera, Gargnano, Limone sul Garda, Salò, Tignale, Toscolano-Maderno, Tremosine.”

“Perugia:

1.

(*)

2.

Assisi, Campello sul Clitunno, Foligno, Spello, Spoleto, Trevi.”

“Lecce:

1.

Arnesano, Campi Salentina, Carmiano, Cavallino, Guagnano, Lecce, Lizzanello, Monteroni di Lecce, Novoli, Salice Salentino, Squinzano, Surbo, Trepuzzi, Veglie.

2.

Aradeo, Bagnolo del Salento, Calimera, Cannole, Caprarica di Lecce, Carpignano Salentino, Castri di Lecce, Castrignano de' Greci, Castro Marino, Copertino, Corigliano d’Otranto, Cursi, Galatina, Galatone, Giuggianello, Giurdignano, Lequile, Leverano, Maglie, Martano, Martignano, Melendugno, Melpignano, Minervino di Lecce, Muro Leccese, Nardò, Neviano, Ortelle, Otranto, Palmariggi, Poggiardo, Porto Cesareo, San Cesario di Lecce, San Donato di Lecce, San Pietro in Lama, Sanarica, Santa Cesarea Terme, Seclì, Sogliano Cavour, Soleto, Sternatia, Surano, Uggiano la Chiesa, Vernole, Zollino.

3.

(*)”

“Catanzaro:

1.

Curinga, Feroleto Antico, Gizzeria, Lamezia Terme, Maida, San Pietro a Maida.

2.

Amaroni, Badolato, Borgia, Cerva, Falerna, Gasperina, Guardavalle, Marcedusa, Montauro, Montepaone, Nocera Tirinese, Palermiti, Petrizzi, Petronà, Pianopoli, San Floro, San Mango d’Aquino, Sant’Andrea Apostolo dello Ionio, Satriano, Settingiano, Squillace, Staletti, Tiriolo, Vallefiorita.

3.

(*)

4.

Albi, Argusto, Cardinale, Carlopoli, Cenadi, Centrache, Chiaravalle Centrale, Cicala, Conflenti, Decollatura, Fossato Serralta, Gimigliano, Magisano, Martirano, Martirano Lombardo, Motta Santa Lucia, Olivadi, Pentone, Platania, Sorbo San Basile, Soveria Mannelli, Taverna, Torre di Ruggiero.”

“Messina:

1.

(*)

2.

Acquedolci, Alcara li Fusi, Alì, Alì Terme, Antillo, Barcellona Pozzo di Gotto, Basicò, Capizzi, Capo d'Orlando, Capri Leone, Caronia, Casalvecchio Siculo, Castel di Lucio, Castelmola, Castroreale, Cesarò, Condrò, Falcone, Fiumedinisi, Floresta, Fondachelli-Fantina, Forza d’Agrò, Francavilla di Sicilia, Furci Siculo, Furnari, Gaggi, Gallodoro, Giardini-Naxos, Gioiosa Marea, Graniti, Gualtieri Sicaminò, Itala, Leni, Letojanni, Librizzi, Limina, Lipari, Malfa, Malvagna, Mazzarrà Sant’Andrea, Merì, Messina, Milazzo, Militello Rosmarino, Mistretta, Moio Alcantara, Monforte San Giorgio, Mongiuffi Melia, Montalbano Elicona, Motta Camastra, Motta d’Affermo, Nizza di Sicilia, Novara di Sicilia, Oliveri, Pace del Mela, Patti, Pettineo, Reitano, Roccafiorita, Roccalumera, Roccavaldina, Roccella Valdemone, Rodì Milici, Rometta, San Filippo del Mela, San Fratello, San Marco d’Alunzio, San Pier Niceto, San Teodoro, Sant’Agata di Militello, Sant’Alessio Siculo, Santa Domenica Vittoria, Santa Lucia del Mela, Santa Marina Salina, Santa Teresa di Riva, Santo Stefano di Camastra, Saponara, Savoca, Scaletta Zanclea, Spadafora, Taormina, Terme Vigliatore, Torregrotta, Torrenova, Tripi, Tusa, Valdina, Venetico, Villafranca Tirrena.”


Top