Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1744

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1744/2004 tas- 7 ta' Ottubru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 rigward it-tibdil ta’ Stat Membru relatur Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 311, 8.10.2004, p. 23–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 246–246 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1744/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    246


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1744/2004

    tas-7 ta' Ottubru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1490/2002 rigward it-tibdil ta’ Stat Membru relatur

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għal protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) ta’ dan,

    Billi:

    (1)

    Fi qbil mad-Direttiva 91/404/KEE, il-Kummissjoni għandha twettaq programm ta’ ħidma għall-eżamia gradwali tas-sustanzi attivi fis-suq, sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva.

    (2)

    It-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma huwa provdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3).

    (3)

    Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 jirreferi għall-possibilità li terġa’ tassenja sustanza lil Stat Membru ieħor, jekk l-Istat Membru relatur ma jistax jirrispetta l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ l-abbozz tar-rapport ta’ stima lill-EFSA.

    (4)

    Franza infurmat lill-Kummissjoni li ma tistax tissottometti l-abbozz tar-rapport ta’ stima għas-sustanza Teflubenzuron fil-perjodu ta’ żmien provdut fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Regolament. Ir-Renju Unit indikat ir-rieda tagħha li ssir Stat Membru relatur għal din is-sustanza attiva. Irid jiġi provdut żmien suffiċjenti għall-Istat Membru relatur ġdid biex iħejji abbozz tar-rapport ta’ stima u konsegwentament din is-sustanza għandha tiċċaqlaq minn Parti A għal Parti B ta’ Anness I.

    (5)

    Id-Deċiżjoni (KE) Nru 1490/2002 għalhekk għandha tiġi emendata kif xieraq.

    (6)

    Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    F’ Parti A, l-annotazzjoni għat-Teflubenzuron hija mħassra

    (2)

    F’ Parti B l-annotazzjoni li ġejja hija mdaħħla f’ordni alfabetiku:

    “Teflubenzuron – Ir-Renju Unit – BAS-BE”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussel, nhar is-7 ta' Ottobru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David BYRNE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1, Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE (ĠU L 77, tat-13.3.2004, p. 50).

    (2)  ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, tad-19.6.2003, p. 32).

    (3)  ĠU L 224, tal-21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003.


    Top