EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1251

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2004 tas- 7 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intenzjonat għall-għalf tal-bhejjem u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

ĠU L 237, 8.7.2004, p. 14–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 39–39 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1251/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

39


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1251/2004

tas-7 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2799/1999 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 fir-rigward ta’ l-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intenzjonat għall-għalf tal-bhejjem u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999 (2) jiffissa l-ammont ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intenzjonat għall-għalf tal-bhejjem waqt li jikkunsidra l-fatturi stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999. Minħabba t-tnaqqis fil-prezz ta’ l-intervent tat-trab tal-ħalib xkumat ta’ l-1 ta’ Lulju 2004, l-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi mnaqqas.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2799/1999 għalhekk għandu jiġi emendat kif imiss.

(3)

Il-miżuri stabbiliti minn dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 2799/1999, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-għajnuna ffissata hija ta’:

(a)

EUR 3.97 għal kull 100 kg ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux inqas minn 35.6% ta’ l-estratt niexef u mhux xaħmi;

(b)

EUR 3.51 għal kull 100 kg ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux inqas minn 31.4% iżda inqas minn 35.6% ta’ l-estratt niexef u mhux xaħmi;

(c)

EUR 49.22 għal kull 100 kg ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux inqas minn 35.6% ta’ l-estratt niexef u mhux xaħmi;

(d)

EUR 43.41 għal kull 100 kg ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux inqas minn 31.4% iżda inqas minn 35.6% ta’ l-estratt niexef u mhux xaħmi.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2004.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Sar fi Brussell, nhar is-7 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2.2004, p. 6).

(2)  ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) 1079/2004 (ĠU L 203, 8.6.2004, p. 13).


Top