Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0885

    Ir-regolament tal-kunsill (KE) Nru 885/2004, tal-26 ta’ April 2004, li jadatta r-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000/EC, (KE) Nru. 2157/2001, (KE) Nru. 152/2002, (KE) Nru. 1500/2003 u (KE) Nru. 1798/2003, id-Deċiżjonijiet Nru. 1719/1999/KE, Nru. 1720/1999/KE, Nru. 253/2000/KE, Nru. 508/2000/KE, Nru. 1031/2000/KE, Nru. 163/2001/KE, Nru. 2235/2002/KE u Nru. 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/382/KE, 2000/821/KE, 2003/17/KE u 2003/893/KE fl-oqsma tal-moviment liberu ta’ merkanzija, liġi tal-kumpanniji, agrikoltura, tassazzjoni, edukazzjoni u taħriġ, kultura u awdjoviżwali u relazzjonijiet esterni, għar-raġuni ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

    ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1–13 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/885/oj

    1.5.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 168/1


    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 885/2004,

    tal-26 ta' April 2004,

    li jadatta r-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000/EC, (KE) Nru. 2157/2001, (KE) Nru. 152/2002, (KE) Nru. 1500/2003 u (KE) Nru. 1798/2003, id-Deċiżjonijiet Nru. 1719/1999/KE, Nru. 1720/1999/KE, Nru. 253/2000/KE, Nru. 508/2000/KE, Nru. 1031/2000/KE, Nru. 163/2001/KE, Nru. 2235/2002/KE u Nru. 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/382/KE, 2000/821/KE, 2003/17/KE u 2003/893/KE fl-oqsma tal-moviment liberu ta' merkanzija, liġi tal-kumpanniji, agrikoltura, tassazzjoni, edukazzjoni u taħriġ, kultura u awdjoviżwali u relazzjonijiet esterni, għar-raġuni ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Waqt li jikkunsidra t-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka ma’ l-Unjoni Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ it-“Trattat ta' l-Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Waqt li jikkunsidra l-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta’ l-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (2) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ l-“Att ta' l-Adeżjoni”), u b'mod partikolari l-Artikolu 57 tiegħu,

    Waqt li jikkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Mejju 2004 u jeħtieġu li jkunu adattati għar-raġuni ta' l-adeżjoni, ma sarx provvediment għal dawn l-adattamenti meħtieġa fl-Att ta' Adeżjoni, jew dan sar iżda jinħtieġu aktar adattamenti. Hemm bżonn li dawn l-adattamenti kollha jiġu adottati qabel l-adeżjoni sabiex ikunu applikabbli mid-data ta' l-adeżjoni.

    (2)

    Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, tali adattamenti jkunu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill waħdu jew flimkien mal-Parlament Ewropew adottaw l-att oriġinali.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000 (4), (KE) Nru 2157/2001 (5), (KE) Nru 152/2002 (6), (KE) Nru 1499/2002 (7), (KE) Nru 1500/2003 (8) u (KE) Nru 1798/2003 (9), id- Deċiżjonijiet Nru. 1719/1999/KE (10), Nru 1720/1999/KE (11), Nru 253/2000/KE (12), Nru 508/2000/KE (13), Nru 1031/2000/KE (14), Nru 163/2001/KE (15), Nru 2235/2002/KE (16) u Nru 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 1999/382/KE (18), 2000/821/KE (19), 2003/17/KE (20) u 2003/893/KE (21) għandhom għalhekk jiġu emendati skond il-bżonn,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 1334/2000, (KE) Nru 2157/2001, (KE) Nru 152/2002, (KE) Nru 1499/2002, (KE) Nru 1500/2003, (KE) Nru 1798/2003 u (KE) Nru 2003/2003 u d-Deċiżjonijiet Nru 1719/1999/KE, Nru 1720/1999/KE, Nru 253/2000/KE, Nru 508/2000/KE, Nru 1031/2000/KE, Nru 163/2001/KE, Nru 2235/2002/KE, Nru 291/2003/KE, 1999/382/KE, 2000/821/KE, 2003/17/KE u 2003/893/KE huma emendati kif hemm stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss soġġett għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, 26 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    B. COWEN

    Il-President


    (1)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 17.

    (2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.

    (3)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

    (4)  ĠU L 159, 30.6.2000, p. 1. Regolament kif ġie l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2157/2001 (ĠU L 30, 5.2.2003, p. 1).

    (5)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

    (6)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 1. Regolament kif emendat bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.

    (7)  ĠU L 227, 23.8.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1445/2003 (ĠU L 206, 15.8.2003, p. 1).

    (8)  ĠU L 216, 28.8.2003, p. 1.

    (9)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 1.

    (10)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru. 2046/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.2002, p. 4).

    (11)  ĠU L 203, 3.8.1999, p. 9. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2045/2002/KE (ĠU L 316, 20.11.2002, p. 1).

    (12)  ĠU L 28, 3.2.2000, p. 1. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 451/2003/KE (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 6).

    (13)  ĠU L 63, 10.3.2000, p. 1.

    (14)  ĠU L 117, 18.5.2000, p. 1.

    (15)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1.

    (16)  ĠU L 341, 17.12.2002, p. 1.

    (17)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 1.

    (18)  ĠU L 146, 11.6.1999, p. 33. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (19)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82.

    (20)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/403/KE (ĠU L 141, 7.6.2003, p. 23).

    (21)  ĠU L 333, 20.12.2003, p. 84.


    ANNESS

    I.   IL-MOVIMENT LIBERU TA’ MERKANZIJA

    A.   FERTILIZZANTI

    Ir-Regolament (KE) Nru. 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti.

    (a)

    Fl-Anness I, A.2, Nru. 1, jiġi miżjud dak li ġej fil-kolonna 6, l-ewwel paragrafu, mat-test fil-parentesi wara “Greċja”:

    “ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja”;

    (b)

    Fl-Anness I, B.1, B.2 u B.4, jiġi miżjud dak li ġej fil-kolonna 5, punt 3, it-tieni paragrafu, l-ewwel inċiż, mat-test fil-parentesi wara “Greċja”:

    “ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja”.

    B.   MIŻURI ORIZZONTALI U PROĊEDURALI

    1.

    Id-Deċiżjoni Nru. 1719/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 1999 dwar serje ta’ linji gwida, inkluża l-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni, għal networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA).

    Fl-Artikolu 10, punti 1 u 3, li ġej jiġi mħassar:

    “, Ċipru, Malta”

    2.

    Id-Deċiżjoni Nru. 1720/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 1999 li taddotta serje ta’ azzjonijiet u miżuri biex tiżgura l-interoperabilità ta’ u l-aċċess għan-networks trans-Ewropej għall-iskambju reċiproku elettroniku ta’ tagħrif bejn l-amministrazzjonijiet (IDA).

    Fl-Artikolu 14, punti 1 u 3, li ġej jiġi mħassar:

    “, Ċipru, Malta”.

    II.   LIĠI TAL-KUMPANNIJI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2157/2001 tat- 8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut għal kumpannija Ewropea (SE).

    (a)

    Fl-Anness I, dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:

    “REPUBBLIKA ĊEKA:

    akciová společnost”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:

    “ESTONJA:

    aktsiaselts”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:

    “ĊIPRU:

    Δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές, Δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση

    LATVJA:

    akciju sabiedrība

    LITWANJA:

    akcinės bendrovės”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:

    “UNGERIA:

    részvénytársaság

    MALTA:

    kumpaniji pubbliċi / public limited liability companies”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

    “POLONJA:

    spółka akcyjna”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:

    “SLOVENJA:

    delniška družba

    SLOVAKKJA:

    akciová spoločnos”;

    (b)

    Fl-Anness II, dan li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:

    “REPUBBLIKA ĊEKA:

    akciová společnost,

    společnost s ručením omezeným”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:

    “ESTONJA:

    aktsiaselts ja osaühing”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:

    “ĊIPRU:

    Δημόσια εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με μετοχές,

    δημόσια Εταιρεία περιορισμένης ευθύνης με εγγύηση,

    ιδιωτική εταιρεία

    LATVJA:

    akciju sabiedrība,

    un sabiedrība ar ierobežotu atbildību

    LITWANJA:

    akcinės bendrovės,

    uždarosios akcinės bendrovės”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:

    “UNGERIJA:

    részvénytársaság,

    korlátolt felelősségű társaság

    MALTA:

    kumpaniji pubbliċi / public limited liability companies

    kumpaniji privati/private limited liability companies”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

    “POLONJA:

    spółka akcyjna,

    spółka z ograniczoną odpowiedzialnością”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:

    “SLOVENJA:

    delniška družba,

    družba z omejeno odgovornostjo

    SLOVAKKJA:

    akciová spoločnos',

    spoločnosť s ručením obmedzeným”.

    III.   AGRIKOLTURA

    LEĠISLAZZJONI FITOSANITARJA

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas- 16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' l-ispezzjonijiet fuq il-post f'pajjiżi terzi fuq uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza ta' żerriegħa prodotta f'pajjiżi terzi.

    Fl-Anness I, jiġu mħassra l-inserzjonijiet għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

    IV.   TASSAZZJONI

    1.

    Id-Deċiżjoni Nru. 2235/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2002 li tadotta programm tal-Komunità sabiex ittejjeb il-funzjonament tas-sistemi ta' tassazzjoni fis-suq intern (Programm Fiscalis 2003-2007)

    L-Artikolu 4(b) jiġi sostitwit b' li ġej:

    “(b)

    It-Turkija, abbażi ta' ftehim bilaterali dwar din il-materja konklużi ma' dan il-pajjiż.”.

    2.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1798/2003 tas- 7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru. 218/92.

    Fl-Artikolu 2(1), dan li ġej hu inserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:

    “—

    fir-Repubblika Ċeka:

    Ministerstvo financí,”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:

    “—

    fl-Estonja:

    Maksuamet,”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:

    “—

    f'Ċipru:

    Υπουργός Οικονομικών ή εξουσιοδοτημένος αντιπρόσωπος του,

    fil-Latvja:

    Valsts ieņēmumu dienests,

    fil-Litwanja:

    Valstybinė mokesčių inspekcija prie Finansų ministerijos,”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:

    “—

    fl-Ungerija:

    Adó- és Pénzügyi Ellenőrzési Hivatal Központi Kapcsolattartó Irodája,

    f’Malta:

    Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud fil-Ministeru tal-Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi,”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

    “—

    fil-Polonja:

    Minister Finansów,”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:

    “—

    fis-Slovenja:

    Ministrstvo za finance,

    fis-Slovakkja:

    Ministerstvo financií”.

    V.   EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ

    1.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/382/KE tas- 26 ta' April 1999 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’ azzjoni ta’ taħriġ professjonali “Leonardo da Vinci” tal-Komunità.

    (a)

    It-titolu ta' l-Artikolu 10 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA/ŻEE, il-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (CEEC) u t-Turkija”;

    (b)

    It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 10 jiġi mħassar;

    (c)

    L-aħħar inċiż fl-Artikolu 10 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “It-Turkija, iffinanzjata minn approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat”.

    2.

    Id-Deċiżjoni Nru. 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta’ Jannar 2000 li tistabbilixxi t-tieni fażi tal-programm ta’azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-edukazzjoni “Socrates”.

    (a)

    It-titolu ta' l-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA/ŻEE, il-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (CEEC) u t-Turkija”;

    (b)

    It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 12 jiġi mħassar;

    (c)

    L-aħħar inċiż fl-Artikolu 12 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “It-Turkija, iffinanzjata minn approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat”.

    3.

    -Deċiżjoni Nru. 1031/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' April 2000 li tistabbilixxi il-programm ta' azzjoni tal-Komunità “Youth”.

    (a)

    It-titolu ta' l-Artikolu 11 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA/ŻEE, il-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant (CEEC) u t-Turkija”;

    (b)

    It-tielet inċiż ta' l-Artikolu 11 jiġi mħassar;

    (c)

    L-aħħar inċiż fl-Artikolu 11 jiġi sostitwit b'li ġej:

    “It-Turkija, iffinanzjata minn approprjazzjonijiet addizzjonali, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat”.

    4.

    Id-Deċiżjoni Nru. 291/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    5.

    Tas- 6 Frar 2003 li tistabbilixxi s-Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni permezz ta' l-Isport 2004.

    (a)

    Fl-Artikolu 9, il-punt (ċ) jiġi mħassar;

    (b)

    L-Artikolu 9(d) jiġi sostitwit b' li ġej:

    “(c)

    It-Turkija, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha tiġi ffinanzjata minn approprjazzjonijiet addizzjonali skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat”.

    VI.   IL-POLITIKA DWAR IL-KULTURA U AWDJOVIŻWALI

    1.

    -Deċiżjoni Nru. 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 14 Frar 2000 li tistabbilixxi l-programm Culture 2000.

    Fl-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu jiġi sostitwit b’li ġej:

    “Il-programm Culture 2000 għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll għall-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-Lvant skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jew fil-Protokolli addizzjonali għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Komunità konklużi jew li għad iridu jiġu konklużi ma' dawk il-pajjiżi.”.

    2.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/821/KE ta' 20 ta’Diċembru 2000 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħolijiet awdjoviżwali Ewropej (MEDIA Plus –Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni) (2001 2005).

    L-Artikolu 11(2) jiġi sostitwit b' li ġej:

    “2.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tat-Turkija u dawk il-pajjiżi EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, abbażi ta' approprjazzjonijiet supplimentarji, skond il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawk il-pajjiżi.”.

    3.

    Id-Deċiżjoni Nru. 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta' Jannar 2001 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fl-industrija tal-programmi awdjoviżwali Ewropea (MEDIA-Training) (2001-2005).

    L-Artikolu 8(2) jiġi sostitwit b' li ġej:

    “2.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tat-Turkija u dawk il-pajjiżi EFTA li huma membri tal-Ftehim taż-ŻEE, abbażi ta' approprjazzjonijiet supplimentarji, skond il-proċeduri li jridu jiġu miftehma ma' dawk il-pajjiżi.”.

    VII.   RELAZZJONIJIET ESTERNI

    1.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1334/2000 tat- 22 ta' Ġunju 2000 li jistabilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll ta’ l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju.

    Il-lista ta’ pajjiżi fl-Anness II, Parti 3, għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

     

    “Awstralja

     

    Kanada

     

    Ġappun

     

    New Zealand

     

    Norveġja

     

    Svizzera

     

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika”.

    2.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 152/2002 tal- 21 ta' Jannar 2002 li jirrigwarda l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar tal-KEFA u tal-KE minn dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja lejn il-Komunita' Ewropea (sistema ta' kontroll doppju) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru. 190/98.

    Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 4:

    “Artikolu 4a

    Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill- 1 Mejju 2004 tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament u mbarkati qabel l- 1 May 2004, ma għandux ikun meħtieġ dokument ta’ l-importazzjoni ħlief jekk il-merkanzija kienet imbarkata qabel l- 1 Mejju 2004 u jekk tkun ġiet ippreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta’ trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-awtoritajiet Komunitarji bħala prova tad-data ta’ l-imbarkazzjoni.”.

    3.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1499/2002 ta' l- 20 ta' Ġunju 2002 dwar l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mir-Rumania lejn il-Komunità għall-perjodu mill- 1 ta' Lulju sal- 31 ta' Diċembru 2002 (sistema ta' kontroll doppju).

    (a)

    Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 4:

    “Artikolu 4a

    Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill-1 Mejju 2004 tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament u mbarkati qabel l- 1 Mejju 2004, ma għandux ikun meħtieġ dokument ta’ l-importazzjoni ħlief jekk il-merkanzija kienet imbarkata qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 u jekk tkun ġiet ippreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta’ trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-awtoritajiet Komunitarji bħala prova tad-data ta’ l-imbarkazzjoni.”;

    (b)

    Fl-Anness IV, it-titolu jiġi sostitwit b' li ġej:

     

    “LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

    SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

    LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

    LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

    RIIKLIKE PÄDEVATE ASUTUSTE NIMEKIRI

    ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

    LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

    LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

    ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

    VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

    KOMPETENTINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

    AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

    LISTA TA' L-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

    LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

    LISTA WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

    LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

    SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

    ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

    LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

    FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER”;

    (c)

    Fl-Anness IV, li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:

    “ČESKÁ REPUBLIKA

    Ministerstvo průmyslu a obchodu

    Licenční správa

    Na Františku 32

    110 15 Praha 1

    Česká republika

    Fax + 420-22422 2133”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:

    “EESTI

    Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

    Harju 11

    15072 Tallinn

    Eesti

    Fax +372 6 313 660”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:

    “KΥΠΡΟΣ

    Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

    Υπηρεσία Εμπορίου

    Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

    Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

    CY-1421 Λευκωσία

    Fax +357 22 375 120

    LATVIJA

    Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

    Brīvības iela 55

    LV – 1519 Rīga

    Fax +371 7280882

    LIETUVA

    Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

    Prekybos departamentas

    Gedimino pr. 38/2

    LT-01104 Vilnius

    Fax +370 5 262 3974”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:

    “MAGYARORSZÁG

    Gazdasági és Közlekedési Minisztérium

    Engedélyezési és Közigazgatási Hivatala (GKM EKH)

    Margit krt. 85.

    HU-1024 Budapest II

    Fax +36-1-336-7302

    MALTA

    Diviżjoni għall-Kummerċ

    Servizzi Kummerċjali

    Lascaris

    Valletta CMR 02

    Malta

    Fax +356 25690299”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

    “POLSKA

    Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki Społecznej

    Pl. Trzech Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    Polska

    Fax +48 (22) 693-40-21, 693-40-22”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:

    “SLOVENIJA

    Ministrstvo za gospodarstvo

    Področje ekonomskih odnosov s tujino

    Kotnikova 5

    1000 Ljubljana

    Slovenija

    Fax +386 (0)1 478 3611

    SLOVENSKO

    Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky, odbor licencií

    Mierová 19

    827 15 Bratislava 212

    Slovensko

    Fax +421-2 4342 3919”.

    4.

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/893/KE tal- 15 ta' Diċembru 2003 dwar il-kummerċ ta' ċerti prodotti ta' l-azzar bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukrajna.

    Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 2:

    “Artikolu 2a

    Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill-1 ta' Mejju 2004 tal-prodotti ta' l-azzar koperti b'din id-Deċiżjoni, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ta' importazzjoni, anke jekk il-prodotti ta' l-azzar kienu mbarkati qabel dik id-data. Jekk il-prodotti ta' l-azzar kienu mbarkati lejn xi wieħed minn dawn l-Istati Membri qabel l- 1 ta' Mejju 2004, l-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni għandha tingħata awtomatikament, mingħajr limitazzjonijiet kwantitattivi, meta tiġi ppreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta' trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-uffiċċji tal-liċenzji tal-Komunità bħala prova tad-data ta' l-imbarkazzjoni u wara l-approvazzjoni mill-uffiċċju tal-Kummissjoni nkarigat mill-amministrazzjoni tal-liċenzji (SIGL). Jekk il-prodotti ta' l-azzar jiġu mbarkati lejn xi wieħed minn dawn l-Istati Membri fl- 1 ta' Mejju 2004 jew wara dik id-data, ikunu soġġetti għar-regoli speċifiċi li jiggvernaw il-limiti kwantitattivi kif definiti f'din id-Deċiżjoni.”.

    5.

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1500/2003 tat- 18 ta' Frar 2003 dwar l-amministrazzjoni tas-sistema ta' kontroll doppju mingħajr limiti kwantitattivi fir-rigward ta' l-esportazzjoni ta' ċerti prodotti ta' l-azzar mill-Federazzjoni Russa lejn il-Komunità Ewropea.

    (a)

    Jiżdied l-Artikolu li ġej wara l-Artikolu 4:

    “Artikolu 4a

    Għar-rigward tal-ħelsien għaċ-ċirkolazzjoni libera fir-Repubblika Ċeka, fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovenja u fis-Slovakkja mill- 1 Mejju 2004 tal-prodotti ta’ l-azzar koperti b’dan ir-Regolament u mbarkati qabel l- 1 Mejju 2004, ma għandux ikun meħtieġ dokument ta’ l-importazzjoni ħlief jekk il-merkanzija kienet imbarkata qabel l- 1 ta’ Mejju 2004 u jekk tkun ġiet ippreżentata l-polza ta’ tagħbija jew dokument ta’ trasport ieħor meqjus ekwivalenti mill-awtoritajiet Komunitarji bħala prova tad-data ta’ l-imbarkazzjoni.”;

    (b)

    Fl-Appendiċi IV, it-titolu jiġi sostitwit b' li ġej:

    “Apéndice IV — Dodatek IV — Tillæg IV — Anlage IV — IV Liide– Προσαρτημα IV — Appendix IV — Appendice IV — Appendice IV — IV Pielikums — IV Priedėlis — IV. Függelék — Anness IV — Aanhangsel IV — Dodatek IV — Apêndice IV — Dodtok IV — Dodatok IV — Lisäys IV — Tillägg IV;”

    (c)

    Fl-Appendiċi IV, is-sottotitolu jiġi sostitwit b' li ġej:

     

    “LISTA DE LAS AUTORIDADES NACIONALES COMPETENTES

    SEZNAM PŘÍSLUŠNÝCH VNITROSTÁTNÍCH ORGÁNŮ

    LISTE OVER KOMPETENTE NATIONALE MYNDIGHEDER

    LISTE DER ZUSTÄNDIGEN BEHÖRDEN DER MITGLIEDSTAATEN

    RIIKLIKE PÄDEVATE ASUTUSTE NIMEKIRI

    ΔΙΕΥΘΥΝΣΕΙΣ ΤΩΝ ΑΡΧΩΝ ΕΚΔΟΣΗΣ ΑΔΕΙΩΝ ΤΩΝ ΚΡΑΤΩΝ ΜΕΛΩΝ

    LIST OF THE COMPETENT NATIONAL AUTHORITIES

    LISTE DES AUTORITÉS NATIONALES COMPÉTENTES

    ELENCO DELLE COMPETENTI AUTORITÀ NAZIONALI

    VALSTU KOMPETENTO IESTĀŽU SARAKSTS

    KOMPETENTINGŲ NACIONALINIŲ INSTITUCIJŲ SĄRAŠAS

    AZ ILLETÉKES NEMZETI HATÓSÁGOK LISTÁJA

    LISTA TA' L-AWTORITAJIET NAZZJONALI KOMPETENTI

    LIJST VAN BEVOEGDE NATIONALE INSTANTIES

    LISTA WŁAŚCIWYCH ORGANÓW KRAJOWYCH

    LISTA DAS AUTORIDADES NACIONAIS COMPETENTES

    SEZNAM PRISTOJNIH NACIONALNIH ORGANOV

    ZOZNAM PRÍSLUŠNÝCH ŠTÁTNYCH ORGÁNOV

    LUETTELO TOIMIVALTAISISTA KANSALLISISTA VIRANOMAISISTA

    FÖRTECKNING ÖVER BEHÖRIGA NATIONELLA MYNDIGHETER”;

    (d)

    Fl-Appendiċi IV, li ġej jiġi nserit bejn l-inserzjonijiet għall-Belġju u d-Danimarka:

    “ČESKÁ REPUBLIKA

    Ministerstvo průmyslu a obchodu

    Licenční správa

    Na Františku 32

    110 15 Praha 1

    Česká republika

    Fax + 420 22422 1561”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Ġermanja u l-Greċja:

    “EESTI

    Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

    Harju 11

    15072 Tallinn

    Eesti

    Fax +372 6 313 660”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Italja u l-Lussemburgu:

    “KΥΠΡΟΣ

    Υπουργείο Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

    Υπηρεσία Εμπορίου

    Μονάδα Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

    Οδός Ανδρέα Αραούζου Αρ. 6

    CY-1421 Λευκωσία

    Fax +357 22 375 120

    LATVIJA

    Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija

    Brīvības iela 55

    Rīga

    LV – 1519

    Fax +371 7280882

    LIETUVA

    Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

    Prekybos departamentas

    Gedimino pr. 38/2

    LT-01104 Vilnius

    Fax +3705 262 3974”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Lussemburgu u l-Olanda:

    “MAGYARORSZÁG

    Gazdasági és Közlekedési Minisztérium

    Engedélyezési és Közigazgatási Hivatala (GKM EKH)

    Margit krt. 85.

    HU-1024 Budapest II

    Fax +36-1-336-7302

    MALTA

    Diviżjoni għall-Kummerċ

    Servizzi Kummerċjali

    Lascaris

    Valletta CMR 02

    Malta

    Fax +356 25690299”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Awstrija u l-Portugall:

    “POLSKA

    Ministerstwo Gospodarki, Pracy i Polityki Społecznej

    Pl. Trzech Krzyży 3/5

    00-507 Warszawa

    Polska

    Fax +48 (22) 693-40-21, 693-40-22”

    u, bejn l-inserzjonijiet għall-Portugall u l-Finlandja:

    “SLOVENIJA

    Ministrstvo za gospodarstvo

    Področje ekonomskih odnosov s tujino

    Kotnikova 5

    1000 Ljubljana

    Slovenija

    Fax +386 (0)1 478 3611

    SLOVENSKO

    Ministerstvo hospodárstva Slovenskej republiky, odbor licencií

    Mierová 19

    827 15 Bratislava 212

    Slovensko

    Fax +421-2 4342 3919”.


    Top