This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0748
Commission Regulation (EC) No 748/2004 of 22 April 2004 amending Regulation (EC) No 2535/2001 laying down detailed rules for applying Council Regulation (EC) No 1255/1999 as regards the import arrangements for milk and milk products and opening tariff quotas, and derogating from that Regulation
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 748/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi, u jagħti deroga minn dak ir-Regolament
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 748/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi, u jagħti deroga minn dak ir-Regolament
ĠU L 118, 23.4.2004, p. 3–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0760
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R2535 | Emenda | artikolu 13.2 | 26/04/2004 | |
Modifies | 32001R2535 | Emenda | anness 2 | 26/04/2004 | |
Derogation | 32001R2535 | Deroga | artikolu 14.1 | 26/04/2004 | |
Derogation | 32001R2535 | Deroga | artikolu 16.3 | 26/04/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0760 | 01/01/2021 |
Official Journal L 118 , 23/04/2004 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 748/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2535/2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 f’dak li jirrigwardja l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u li jiftaħ il-kwoti ta’ tariffi, u jagħti deroga minn dak ir-Regolament IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib [1], u partikolarment l-Artikolu 26(3) u l-Artikolu 29(1) tieghu, Billi: (1) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi li fil-każ tal-kwoti li dwarhom in-numru ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzi huwa limitat, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu ikunu jirrigwardjaw kwanitajiet egwali mal-kwantità disponibbli għall kull perijodu. L-esperjenza wriet li dan huwa il-każ għall-kwoti referuti fl-Anness I(F) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001. (2) Permezz tal-ftehim bilaterali konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera, approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [2], ċertu ġobnijiet Svizzeri li jikkwalifikaw għal dazju doganali mnaqqas ma l-importazzjoni fil-Komunità meta dawn ikunu jilħqu ċerti kondizzjonijiet f’dak li jirrigwardja l-komposizzjoni u ż-żmien tal-maturità. L-awtoritajiet Svizzeri talbu għal tibdil fid-deskrizzjoni ta’ ċerti ġobnijiet bħala segwiment ta’ l-emenda għall-ispeċifikazzjoni ta’ dawk il-ġobnijiet. Id-deskrizzjoni li tinsab fir-Reġolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 [3] għandha għalhekk tkun emendata kif xieraq. (3) Il-Kapitolu I tat-Titolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jikkonċerna l-kwoti allokati fuq il-bażi ta’ żewġ perijodi ta’ sitt xhur f’Jannar u f’Lulju ta’ kull sena. In vista tat-tkabbir fl-1 ta’ Mejju 2004, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 50/2004 jipprovdi għal kwoti speċifiċi ta’ l-importazzjoni li għandhom ikunu miftuħa f’Mejju 2004 sabiex jiffaċilitaw lill-operaturi fl-Istati Membri ġodda li jipparteċipaw fil-kwoti tal-Komunità minn dik id-data. (4) L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2525/2001 jistipula li l-applikazzjonijiet għal-liċenzi jistgħu ikunu ippreżentati biss matul l-ewwel 10 tijiem ta’ kull perijodu ta’ sitt xhur. Sabiex dak ir-Regolament (KE) Nru 50/2004 jista jkun implementat, għandu jkun hemm deroga mill-imsemmi Artikolu u dispożizzjoni għandha ssir għall-perijodu tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet li jibda jgħodd mill-1 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Mejju 2004. (5) L-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 jistabbilixxi li l-perijodu tal-validità tal-liċenzi ma jistgħax ikun jestendi lill hinn mit-tmiem tas-sena ta’ l-importazzjoni li dwarha l-liċenza tkun maħruġha. L-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni twassal sabiex il-liċenzi maħruġa f’Mejju 2004 jeskadu fit-30 ta’ Ġunju 2004 u tista tirriżulta filli l-liċenzi ma jkunx sar użu minnhom minħabba li l-perijodu tal-validità tagħhom kien qasir wisq. Għalhekk għandha tkun hemm deroga mill-imsemmi Artikolu, li tispeċifika perijodu ta’ validità ta’ 150 jum mid-data tal-ħruġ tal-liċenzi. (6) Ir-Regolament (KE) Nru 2535/94 għandu jkun emendat kif xieraq u dispożizzjoni għandha ssir għal deroga minn dan. (7) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u l-Prodotti mill-Ħalib, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa b’hekk emendat kif ġej: (a) It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(2) huwa mibdul b’dan li ġej: "B’dana kollu, fil-każ tal-kwoti referuti fl-Artikolu 5(c), (d), (f), (g) u (h), l-applikazzjonijiet għal-liċenzi għandhom ikunu relatati ma mill-anqas 10 tunnellati u mhux aktar mill-kwantità disponibbli għal kull perijodu." (b) Fl-Anness II.D ta’ dak ir-Regolament, id-deskrizzjoni li tirrigwardja l-kodiċi NM ex04069018 hija mibdula bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 1. Bħala deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, l-applikazzjonijiet għal-liċenzi ta’ l-importazzjoni jistgħu ikunu ippreżentati mill-1 ta’ Mejju sa l-10 ta’ Mejju 2004 għall-kwoti għall-perijodu mill-1 ta’ Mejju sat-30 ta’ Ġunju 2004 referuti fl-Anness I.A, il-punti 5 u 6 ta’ l-Anness I.B, l-Anness I.F u l-Anness I.H. 2. Bħala deroga mill-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, il-perijodu tal-validità tal-liċenzi maħruġa b’konnessjoni mal-kwoti referuti fil-paragrafu 1 jistgħu jestendu lill hinn mit-tmiem tas-sena ta’ l-importazzjoni li dwarha l-liċenza tkun maħruġha. Il-liċenzi għandhom ikunu validi għal-150 jum mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ April 2004. Ghall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, tat-3.2.2004, p. 6). [2] ĠU L 114, tat-30.4.2002, p. 1. [3] ĠU L 341, tat-22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 50/2004 (ĠU L 7, tat-13.1.2004, p. 9). -------------------------------------------------- L-ANNESS ex04069018 | Fromage fribourgeois (3), Vacherin Mont d'Or, Tête de moine ta' kontenut grass bil-piż ta' 45 % jew aktar f'materja xotta u maturat: għal mill-anqas xharejn fil-każ tal-fromage fribourgeois,għal mill-anqas 17 il-jum fil-każ ta' Vacherin Mont d'Or,għal mill-anqas 75 il-jum fil-każ ta' Tête de moine. | eżenzjoni | --------------------------------------------------