EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0426

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/2004 ta' l-4 ta' Marzu 2004 li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena ta' sajd 2004

ĠU L 70, 9.3.2004, p. 22–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/426/oj

32004R0426



Official Journal L 070 , 09/03/2004 P. 0022 - 0023


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 426/2004

ta' l-4 ta' Marzu 2004

li jiffissa l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità għall-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 għas-sena ta' sajd 2004

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u ta' l-akkwakultura [1],u b'mod partikolari l-Artikolu 25(1) and (6) tiegħu,

Billi:

(1) Il-prezz tal-bejgħ tal-Komunità għandu jiġi ffissat għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 qabel il-bidu tas-sena tas-sajd, f'livell ta' l-anqas ugwali għas-70 % u li ma jeċċedix id-90 % tal-gwida tal-prezz.

(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2326/2003 [2] jiffissa l-gwida tal-prezzijiet għas-sena tas-sajd 2004 għall-prodotti kollha kkonċernati.

(3) Il-prezzijiet tas-suq ivarjaw konsiderevolment skond l-ispeċi u kif ikunu ppreżentati l-prodotti, partikolarment fil-każ tal-klamar u tal-marlozz.

(4) Il-fatturi tal-konverżjoni għandhom għalhekk ikunu ffissati għall-ispeci differenti u l-preżentazzjonijiet tal-prodotti ffriżati li jinsabu fil-Komunità sabiex ikun stabbilit il-livell tal-prezz li jibda l-miżura ta' intervent previst fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

(5) Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet tal-bejgħ tal-Komunità applikabbli għas-sena tas-sajd 2004 għall-prodotti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 u l-preżentazzjonijiet u l-fatturi tal-konverżjoni li huma konnessi magħhom jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-l4 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 17, tal-21.01.00, pġ. 22.

[2] ĠU L 345, tal-31.12.03, pġ. 27.

--------------------------------------------------

ANNESS

Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi tal-konverżjoni

Forom ta' preżentazzjoni kummerċjali:

- sħiħ, mhux imnaddaf: prodott li ma ġiex ittrattat,

- imnaddaf: prodotti li mill-inqas ġie mnaddaf mill-imsaren,

- tubu: il-klamar li mill-inqas ġie mnaddaf mill-imsaren u tneħħietlu r-ras.

L-Ispeċi: | Il-Preżentazzjoni | Il-fattur tal-konverżjoni | Il-livell ta' intervent | Il-prezz tal-bejgħ (EUR/tunnellata metrika) |

Il-Ħalibatt ta' Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides) | Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha | 1,0 | 0,85 | 1663 |

Il-Marlozz (Merluccius spp.) | Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha. | 1,0 | 0,85 | 1069 |

| Fletti individwali | | | |

| —bil-ġilda | 1,0 | 0,85 | 1274 |

| —mingħajr ġilda | 1,1 | 0,85 | 1402 |

Id-Denċi u l-Paġell (Dentex dentex and Pagellus spp.) | Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha | 1,0 | 0,85 | 1348 |

Il-Pixxispad (Xiphias gladius) | Sħiħ, bir-ras jew mingħajrha | 1,0 | 0,85 | 3416 |

Il-gambli żgħar u kbar Penaeidae | Iffriżati | | | |

(a)Parapenaeus Longirostris | | 1,0 | 0,85 | 3430 |

(b)Penaeidae oħra | | 1,0 | 0,85 | 6921 |

Is-Siċċ (Sepia officinalis, Rossia macrosoma u Sepiola rondeletti) | Iffriżat | 1,0 | 0,85 | 1705 |

Il-klamar (Loligo spp.) | | | | |

(a)Loligo patagonica | —sħiħ, mhux imnaddaf | 1,00 | 0,85 | 993 |

—imnaddaf | 1,20 | 0,85 | 1191 |

(b)Loligo vulgaris | —sħiħ, mhux imnaddaf | 2,50 | 0,85 | 2482 |

—imnaddaf | 2,90 | 0,85 | 2879 |

Il-Qarnit (Octopus spp.) | Iffriżat | 1,00 | 0,85 | 1801 |

Illex argentinus | —sħiħ, mhux imnaddaf | 1,00 | 0,80 | 678 |

—tubu | 1,70 | 0,80 | 1153 |

--------------------------------------------------

Top