Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0231

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 231/2004 ta' l-10 ta' Frar 2004 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

ĠU L 39, 11.2.2004, p. 15–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 04/06/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/231/oj

32004R0231



Official Journal L 039 , 11/02/2004 P. 0015 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 231/2004

ta' l-10 ta' Frar 2004

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1) Sabiex tiżgura applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi bbażata kollha kemm hi jew parzjalment fuqha jew li żżid magħha suddiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, maħsuba għall-applikazzjoni ta' tariffi jew miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3) Skond l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandha tkun klassifikata taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet li jidhru fil-kolonna 3.

(4) Huwa xieraq li jkun previst li l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda u li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 t'Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [2].

(5) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun klassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni vinkolanti tat-tariffi maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li mhijiex skond dan ir-Regolament tista' tibqa' tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Frar 2004.

Ghall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 (ĠU L 346, tal-31.12.2003, p. 38).

[2] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Preparazzjoni likwida safra u żejtnija li jkunu jinstabu fiha 70 % jew aktar bil-piż ta' żjut mhux raffinati u li jkunu jinstabu fiha addittivi. Il-prodott għandu l-karatteristiċi li ġejjin: Distillazzjoni (ASTM D 86):f'temperatura ta' 250 °C: 0f'temperatura ta' 266 °C: bidu tad-distillazzjonif'temperatura ta' 339 °C (tmiem tad-distillazzjoni): aktar minn 85 % bil-volumf'temperatura ta' 350 °C: aktar minn 85 % bil-volumTemperatura li fiha l-fwar taż-żejt jista' jaqbad (Pensky-Martens):Ogħla minn 100 °CSpettroskopija infra-aħmar:Idrokarboni Alifatiċikontenut ta' Kubrit (EN ISO 8754):Inqas minn 0,05 % bil-piżIl-preparazzjoni tista' tintuża bħala żejt li jillubrika. | 27101941 | Il-klassifikazzjoni hi ddeterminata mid-disposizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-noti addizzjonali 1(d) u 1(e) tal-Kapitolu 27 u l-għażla tal-kliem użata fil-kodiċijiet NM 2710, 271019 u 27101941. Peress li "heavy oils" skond id-definizzjoni fin-nota addizzjonali 1(d) tal-Kapitolu 27 tinkludi żjut u preparazzjonijiet, it-terminu "nafta" skond id-definizzjoni fin-nota addizzjonali 1(e) tal-Kapitolu 27 jinkludi wkoll żjut u preparazzjonijiet. Il-prodott ma jistax ikun klassifikat bħala lubrikant peress li jaderixxi id-disposizzjonijiet tan-noti addizzjonali 1(d) u 1(e) tal-Kapitolu 27. Huwa għalhekk għandu jkun klassifikat bħala nafta tas-sub-intestatura 27101941 (ara wkoll in-noti Fissieri tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 27101971 sa 27101999). |

--------------------------------------------------

Top