This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R0026
Commission Regulation (EC) No 26/2004 of 30 December 2003 on the Community fishing fleet register
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità
ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25–35
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/01/2017; Revokat u sostitwit bi 32017R0218
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31998R2090 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004R0026R(01) | (PL) | |||
Modified by | 32006R1799 | Emenda | anness 1 | 14/12/2006 | |
Modified by | 32014R0741 | Emenda | anness I | 19/07/2014 | |
Repealed by | 32017R0218 | 01/02/2017 |
Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0025 - 0035
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-politika komuni dwar is-sajd [1], u b'mod partikolari Artikolu 15 (3) u (4) tiegħu, Billi: (1) Fl-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, kull Stat membru huwa meħtieġ li jżomm reġistru tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tistabbilixxi reġistru tal-flotta tal-Komunità fuq il-bażi tar-reġistri nazzjonali. (2) Sabiex din tkun għodda komprensiva u effettiva għall-implimentazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd, ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità għandu jinkludi l-bastimenti tas-sajd kollha tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura. (3) Sabiex tkun tista' ssir disponibbli l-informazzjoni essenzjali għall-amministrazzjoni tal-kapaċità tal-flottot tas-sajd u l-attività tagħhom, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-bastiment li għandha tidher fir-reġistru għal kull Stat Membru skond l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 għandha tkun identifikata. (4) It-tifsira tal-proċeduri biex tintbagħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni li tidher fir-reġistru ta' kull Stat Membru hija meħtieġa biex tiżgura aġġornar regolari tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità. (5) Il-karatteristiċi u l-immarkar esterni rekordjati fir-reġistru miżmum minn kull Stat Membru għandhom ikunu speċifikati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2930/86 tat-22 ta' Settembru ta' l-1986 li jiddefinixxi l-karatteristiċi għall-bastimenti tas-sajd [2], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3259/94 [3], u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87 ta' l-20 ta' Mejju 1987 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-immarkar u d-dokumentazzjoni ta' bastimenti tas-sajd [4]. (6) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-ħin kollu l-kwalità ta' l-informazzjoni mogħtija fir-reġistri nazzjonali tagħhom u jiżguraw li tiġi verifikata mill-Kummissjoni malli tiġi rċevuta. (7) Sabiex jiġu segwiti l-movimenti ta' bastimenti bejn Stati Membri u biex tiġi żgurata l-rabta mhix ekwivoka bejn l-informazzjoni li tinsab fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u d-data minn sistemi oħra ta' informazzjoni li tirrelata ma' attivitajiet tas-sajd, huwa importanti li jiġi allokat numru uniku ta' identifikazzjoni għal kull bastiment tas-sajd tal-Komunità, li ma jista' taħt l-ebda ċirkostanza jiġi assenjat mill-ġdid jew jinbidel. (8) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament u tiġi simplifikata l-amministrazzjoni ta' l-informazzjoni, l-għodda tal-komunikazzjoni li għandhom jintużaw bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni iridu jkunu definiti. (9) Għandu jiġi stipulat li l-Kummissjoni għandha tiżgura l-aċċess mill-Istati Membri għall-informazzjoni kollha fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità bl-osservanza tad-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni tad-data personali stipulata fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5]. (10) Fid-dawl tal-bidliet magħmula permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-metodu għall-amministrazzjoni tar-reġistri tal-bastimenti tas-sajd, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 tat-30 ta' Settembru 1998 dwar ir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità [6], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 839/2002 [7], għandu jitħassar. (11) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akwakultura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett 1. Dan ir-Regolament: (a) jistabbilixxi l-informazzjoni minima dwar il-karatteristiċi u l-attività li għandhom jidhru fir-reġistru li kull Stat Membru għandu jżomm dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tiegħu (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "ir-reġistru nazzjonali"); (b) jippreskrivi l-obbligi ta' l-Istati membri fir-rigward tal-ġbid, validazzjoni u trasmissjoni ta' data mir-reġistru nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni; (ċ) jippreskrivi l-obbligi tal-Kummissjoni fir-rigward ta' l-amministrazzjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘l quddiem imsejjaħ "ir-reġistru tal-Komunità"). 2. Id-data mir-reġistru tal-Komunità għandha sservi bħala referenza għall-applikazzjoni tar-regoli tal-politika komuni dwar is-sajd. Artikolu 2 Skop Dan ir-Regolament għandu jgħodd għall-bastimenti kollha tas-sajd tal-Komunità, inklużi dawk użati esklussivament fl-akwakultura kif definit fil-punt 2.2 tal-Anness III li jinsab mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 [8] Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet li ġejjin: 1. "avveniment": kull dħul jew ħruġ mill-flotta ta' bastiment jew reġistrazzjoni jew bidla fil-karatteristiċi tiegħu kif definiti fl-Anness I; 2. "transmissjoni": it-trasferiment diġitali ta' avveniment wieħed jew aktar tan-network ta' telekomunikazzjonijiet stabbilit bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-Kummissjoni; 3. "stampa": il-ġrajjiet kollha rekordjati għall-bastimenti li jikkomprendu l-flotta ta' Stat membru bejn iċ-ċensiment imsemmi fl-Anness I u d-data tat-trasmissjoni; 4. "data personali": l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-aġenti u l-proprjetarji ta' bastimenti tas-sajd. Artikolu 4 Ġbid ta' data Kull Stat membru għandu jiġbor mingħajr dewmien id-data msemmija fl-Anness II għall-bastimenti tal-Komunità li jtajru l-bandiera tiegħu. Artikolu 5 Rekordjar fir-reġistru nazzjonali Kull Stat Membru għandu jivvalida d-data miġbura skond Artikolu 4 u jirrekordjha fir-reġistru nazzjonali tiegħu. Artikolu 6 Trasmissjoni perjodika Kull Stat membru għandu jittrasmetti stampa lill-Kummissjoni fl-ewwel jum utli ta' Marzu, Ġunju, Settembru u Diċembru ta' kull sena. Artikolu 7 Rekordjar fir-reġistru tal-Komunità 1. Malli tirċievi l-istampa, l-Komunità għandha tivverifika d-data li jkun fiha u ddaħħalha fir-reġistru tal-Komunità. Jekk ma jinkixef ebda żball din l-istampa għandha tissostitwixxi dik ta' qabel. Jekk jinkixfu żbalji, l-Kummissjoni għandha tibgħat il-kummenti tagħha lill-Istat Membru li għandu jagħmel il-korrezzjonijiet meħtieġa fir-reġistru nazzjonali tiegħu u jibgħat lill-Kummissjoni stampa ġdida fi żmien għaxart ijiem utli min-notifikazzjoni tal-Kummissjoni. 2. Wara li tirċievi u tivverifika l-istampa l-ġdida, l-Kummissjoni għandha tirreġistraha jew tirrifjutaha jekk l-istampa jkun fiha żbalji mhux kompatibbli mal-politika komuni dwar is-sajd. Jekk l-istampa aċċettata jkun għad fiha l-iżbalji, dawn għandhom jiġu notifikati lill-Istat membru li għandu jimpenja ruħu li jikkoreġihom minnufih skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 8. 3. Ir-reġistru tal-Komunità għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri, skond ir-regoli stabbiliti bl-Artikolu 11, madwar xi 20 jum utli wara d-data tat-trasmissjoni perjodika ta' l-istampa. Artikolu 8 Trasmissjoni temporanja 1. Fejn l-implimentazzjoni ta' miżuri speċjali taħt il-politka komuni dwar is-sajd hekk teħtieġ, l-Istat Membru, jew minn jeddu, jew fuq it-talba tal-Kummissjoni, għandu jittrasmetti mingħajr dewmien mir-reġistru nazzjonali tiegħu it-tagħrif aġġornat għall-bastimenti konċernati. 2. It-tagħrif trasmess għandu jkun fih għal kull bastiment il-partikolaritajiet tal-ġrajjiet kollha mid-data tad-daħla tiegħu fil-flotta sad-data tat-trasmissjoni. 3. Malli tirċievi l-istampa, l-Kummissjoni għandha tivverifika t-tagħrif u tissostitwih fir-reġistru tal-Komunità. Artikolu 9 Għodda ta' komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri 1. It-trasmissjoni ta' data bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandha tkun immaniġġata permezz ta' l-applikazzjoni tal-IT żviluppata mill-Kummissjoni. 2. Ir-reġistru tal-Komunità u d-data li tikkonċerna l-verifiki u l-moniteragg tat-trasmissjonijiet għandhom ikunu aċċessibbli għall-Istati membri fuq l-Internet. Artikolu 10 Numru ta' identifikazzjoni "CFR" In-numru CFR imsemmi fl-Anness I għandu jidentifika l-bastimenti tas-sajd b'mod uniku. Dan għandu jkun inkluż fit-trasmissjonijiet kollha ta' data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li tikkonċerna l-karatteristiċi u l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd. In-numru għandu jiġi assenjat definittavament meta bastiment jiġi reġistrat għall-ewwel darba fir-reġistru nazzjonali. Dan ma jistax jinbidel jew jiġi assenjat mill-ġdid lil xi bastiment ieħor. Artikolu 11 Aċċess 1. L-Istati Membri għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li tkun tinsab fir-reġistru tal-Komunità bil-kundizzjoni li dawn josservaw id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mal-protezzjoni ta' data personali li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 45/2001, u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu. 2. Il-pubbliku għandu jkollu aċċess għal verżjoni tar-reġistru tal-Komunità li ma jkunx fih data personali. 3. Talbiet għall-aċċess għad-data personali fir-reġistru tal-Komunità għandhom jiġu trattati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Artikolu 12 Tħassir Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 huwa b'dan imħassar. Artikolu 13 Dhul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2004. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59. [2] ĠU L 274 25.9.1986, p. 1. [3] ĠU L 339, 29.12.1994, p. 11. [4] ĠU L 132, 21.5.1987, p. 9. [5] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [6] ĠU L 266, 1.10.1998, p. 27. [7] ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 5. [8] ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. -------------------------------------------------- ANNESS I DEFINIZZJONI TA' DATA U DESKRIZZJONI TA' REĠISTRAZZJONI Isem taż-żona | Numru massimu ta' karattri | Allinjament L(xellug)/R (lemin) | Definizzjoni u kummenti | Pajjiż ta' reġistrazzjoni | 3 | — | Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment huwa reġistrat għas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dejjem il-pajjiż li jirrapporta. | CFR | 12 | — | (Numru tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità). Numru uniku ta' identifikazzjoni ta' bastiment tas-sajd. Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) segwit b'serje ta' identifikazzjoni (disa' karattri). Fejn serja jkollha anqas minn disa' karattri, għandhom jiddaħħlu żerijiet addizzjonali man-naħa tax-xellug. | Kodiċi ta' incident | 3 | — | Kodiċi li tidentifika t-tip ta' incident rapportat. (Tabella 1) | Data ta'l-incident | 8 | — | Data (SSSSXXJJ) meta jkun seħħ | Indikatur tal-liċenza | 1 | — | Bastiment b'liċenza tas-sajd skond ir-Regolament (KE) Nru 3690/93: I(iva)/L(le) | Numru tar-reġistrazzjoni | 14 | L | | Immarkar estern | 14 | L | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 1381/87 | Isem tal-bastiment | 40 | L | | Port ta' reġistrazzjoni | 5 | L | Kodiċi nazzjonali | Indikatur IRCS | 1 | — | Bastiment b'radju internazzjonali abbord: I(Iva)/L(Le)/MM(Mhux magħruf) | IRCS | 7 | L | (Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju). Sinjal tas-sejħa internazzjonali bir-radju | Indikatur VMS | 1 | — | (Sistema ta' moniteragg tal-bastiment) Bastiment b'sistema ta' moniteragg permezz tas-satellita skond l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002: I(iva)/L(le) | Tagħmir prinċipali tas-sajd | 3 | L | Kodiċi tat-tagħmir prinċipali (Tabella 3) | Tagħmir tas-sajd sussidjarju | 3 | L | Kodiċi tat-tagħmir tas-sajd sussidjarju (Tabella 3) | LOA | 6 | R | (Tul kollu) It-tul kollu f'metri definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | LBP | 6 | R | (It-tul bejn il-perpendikolari) It-tul bejn il-perpendikolari f'metri, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Tunnellaġġ TG | 8 | R | Fit-TG, definit skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Tunellaġġ ieħor | 8 | R | F'tunnellati metriċi skond il-Konvenzjoni ta' Oslo jew skond id-definizzjoni li għandha tiġi preskritta mill-Istat Membru. | TG | 7 | R | Fit-TG, żieda fit-tunnellaġġ permessa fuq il-bażi ta' sigurezza skond l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. | Saħħa tal-makna prinċipali | 8 | R | F'kW, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Saħħa tal-makna awżiljari | 8 | R | F'kW. Tinkludi s-saħħa kollha tal-makni stallati mhix taħt l-intestatura "Saħħa tal-makna prinċipali." | Materjal tal-buq | 1 | — | Kodiċi (Tabella 4) | Sena li fih ġie kummissjonat | 4 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Xahar li fih ġie kummissjonat | 2 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Jum li fih ġie kummissjonat | 2 | — | Skond ir-Regolament (KEE) Nru 2930/86. | Segment | 3 | — | Kodiċi (Tabella 5) | Pajjiż ta' importazzjoni/esportazzjoni | 3 | — | Kodiċi Alpha-3 ISO għall-pajjiż importatur jew esportatur. | Tip ta' esportazzjoni | 2 | — | Kodiċi (Tabella 6) | Kodiċi għal għajnuna pubblika | 2 | — | Kodiċi (Tabella 7) | Data tad-deċiżjoni amministrattiva | 8 | — | Data (SSSSXXJJ) tad-deċiżjoni amministrattiva msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1438/2003, Artikolu 6. | Segment kopert bid-deċiżjoni amministrattiva | 3 | — | Kodiċi tas-segment MAGP li għandu jiġi notifikat skond ir-Regolament (KE) Nru 1438/2003. | Sena ta' kostruzzjoni | 4 | — | | Lok ta' kostruzzjoni | 100 | L | Test liberu. L-isem tat-tarznar, belt u pajjiż fejn inbena l-buq. | L-isem ta'l-aġent tal-bastiment | 100 | L | Aġent tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isem,Persuna ġuridika: isem | Indirizz ta'l-aġent tal-bastiment | 100 | L | Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-aġent jiġi kuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. | Indikatur tal-proprjetarju | 1 | — | Bastiment li l-aġent tiegħu huwa wkoll il-proprjetarju I(iva)/L(le) | Isem tal-proprjetarju | 100 | L | Proprjetarju tal-bastiment: Persuna naturali: kunjom, isemPersuna ġuridika: isem | Indirizz tal-proprjetarju | 100 | L | Test liberu. L-indirizz għandu jkun ċar biżżejjed biex jippermetti li l-proprjetarju jiġi kkuntattjat: triq, numru, kaxxa, kodiċi postali, belt u pajjiż. | Daħla tal-flotta | Censiment | CEN | Kostruzzjoni ġdida | CST | Bdil ta' attività | CHA | Importazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment | IMP | Fi ħdan il-flotta | Modifikazzjoni | MOD | Ħruġ mill-flotta | Tkissir, għarqa | DES | Bdil ta' attività | RET | Esportazzjoni intra-Komunitarja, trasferiment | EXP | Tabella 2 Data ta' ċensiment iffissat mill-pajjiż BEL, DNK, FRA, GBR, PRT | ta' l- 1.1.1989 | NLD | ta' l- 1.9.1989 | DEU, ESP | ta' l- 1.1.1990 | IRL | ta' l- 1.10.1990 | ITA | ta' l- 1.1.1991 | GRC | ta' l- 1.7.1991 | SWE, FIN | ta' l- 1.1.1995 | CYP, EST, LTU, LVA, MT, POL, SVN | ta' l- 1.5.2004 | Tabella 3 Kodiċi għal tagħmir tas-sajd Kategorija tat-tagħmir | Tagħmir | Kodiċi | Tagħmir statiku (S) jew irmonkat (T) | Pelaġiku (P) jew jgħijx qrib il-qiegħ tal-baħar (D) | Xbieki jiċċirkondaw | Tartaruni forma ta' borża | PS | T | P | Xbieki tal-lampara | LA | T | P | Tartaruni | Tartaruni twal | SB | T | D/P | Tartaruni Daniżi | SDN | T | D/P | Tartaruni Skoċċiżi | SSC | T | D/P | Tartaruni f'pari | SPR | T | D/P | Xbieki tat-tkarkir | Xbieki tat-tkarkir mill-ġnub | TBB | T | D | Xbieki għat-takarkir tal-qiegħ | OTB | T | D | Xbieki f'pari għat-tkarkir tal-qiegħ | PTB | T | D | Xbieki għat-tkarkir f'nofs-fond | OTM | T | D/P | Xbieki għat-tkarkir pelaġiċi f'pari | PTM | T | D/P | Xbieki f'pari għat-tkarkir tal-qiegħ | OTT | T | D/P | Gangmi | Gangmi tad-dgħajjes | DRB | T | D | Gagmi tal-idejn użati abbord bastiment | DRH | T | D | Gangmi mekkanizzati inklużi karrakki bi ġbid tal-arja | HMD | T | D | Xbieki ta'l-irfiegħ | Xbieki ta' rfiegħ operati minn dgħajjes | LNB | S | P | Xbieki ta' rfiegħ stazzjonarji operati mill-art | LNS | S | P | Għażel tal-wiċċ u xbieki li jeħel il-ħut magħhom | Xbieki tal-wiċċ issettjati (ankrati) | GNS | S | D | Pariti tal-wiċċ | GND | S | D/P | Xbieki tal-wiċċ li jdawrru l-ħut | GNC | S | D/P | Pariti | GTR | S | D/P | Pariti mgħaqqda ma' xbieki tal-wiċċ | GTN | S | D/P | Nasses | Nasses | FPO | S | D | Snanar u xolfa | Xolfa ta' l-idejn u tal-qasab (imħaddma bl-idejn) | LHP | S | D/P | Xolfa ta' l-idejn u tal-qasab (mekkanizzati) | LHM | S | D/P | Konzijiet ankrati | LLS | S | D | Konzijiet (jitkaxkru mal-kurrent) | LLD | S | P | Xolfa bir-rixa | LTL | T | P | Tagħmir mhux magħruf | | NK | | | Ebda tagħmir | | NO | | | Injam | 1 | Metall | 2 | Fibra tal-ħġieġ/plastik | 3 | Oħrajn | 4 | Mhux magħruf | 5 | Data ta' incident qabel il- 31.12.2002 | Kodiċi MAGP | Data ta'l-incident mill- 1.1.2003 | Flotta tal-pajjiż prinċipali | MFL | Reġjun l-aktar imbiegħed | Franza | Kodiċi MAGP IV | Il-Portugall | Kodiċi MAGP IV | Spanja | CAN1 à CANn | Akwakultura | AQU | Esportazzjoni intra-Komunitarja jew trasferiment | EX | Esportazzjoni fi ħdan negozju bi sħab | SM | Tabella 7 Kodiċi għal għajnuna pubblika Għajnuna mhix finanzjata f'parti mill-Komunità | AE | Għajnuna finanzjata f'parti mill-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 2792/1999 | AC | Ebda għajnuna pubblika | PA | -------------------------------------------------- ANNESS II DATA LI GĦANDHA TIĠI PROVDUTA SKOND IT-TIP TA INCIDENT DEFINIT FL-ANNESS I, IT-TABELLA 1 | Dħul tal-flotta | Fi ħdan il-flotta | Ħruġ mill-flotta | | CEN | CST | CHA | IMP | MOD | DES | RET | EXP | Pajjiż ta' reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X | CFR | X | X | X | X | X | X | X | X | Kodiċi ta l-incident | X | X | X | X | X | X | X | X | Data ta l-incident | X | X | X | X | X | X | X | X | Indikatur tal-liċenza | X | X | X | X | X | X | X | X | Numru tar-reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X | Immarkar estern | X | X | X | X | X | X | X | X | Isem tal-bastiment | X | X | X | X | X | X | X | X | Port ta' reġistrazzjoni | X | X | X | X | X | X | X | X | Indikatur IRCS | X | X | X | X | X | X | X | X | IRCS | X | X | X | X | X | X | X | X | Indikatur VMS | X | X | X | X | X | X | X | X | --------------------------------------------------