Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0016

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2004 tas-6 ta' Jannar 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) fejn għandha x'taqsam il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira marbuta mat-trasmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar

    ĠU L 4, 8.1.2004, p. 3–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/16/oj

    32004R0016



    Official Journal L 004 , 08/01/2004 P. 0003 - 0006


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 16/2004

    tas-6 ta' Jannar 2004

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) fejn għandha x'taqsam il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira marbuta mat-"trasmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar"

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' ħajja (EU-SILC) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 jistabbilixxi kwadru komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-ħajja, li tinkludi informazzjoni rappreżentattiva u tat-tul komparabbli u f'waqtha fuq l-introjtu u fuq il-livell u l-komposizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livell nazzjonali u dak ta' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Skond l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni dwar il-lista tas-setturi u tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li għandhom ikunu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv ta' l-EU-SILC. ta' influwenza fuq l-eskużjoni soċjali ta' l-adulti li jeffettwaw ir-riskju tal-faqar matul l-età adulta) inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-kodiċijiet tal-fatturi varjabbli u definizzjonijiet.

    (3) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatisika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet tal-fatturi varjabbli, u d-definizzjonijiet għall-Modulu 2005 dwar it-"Trasmissjoni inter-ġenerazzjonali tal-faqar" li jridu jkunu inklużi fil-komponent rappreżentattiv ta' l-istatistika tal-Komunità fuq l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-ħajja (EU-SILC) għandhom ikunu kif imniżżla fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, is-6 ta' Jannar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Pedro Solbes Mira

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 165, 03.07.03, p. 1.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unità, il-mod ta' ġbir ta' l-infor-mazzjoni, il-perijodu ta' referenza u d-definizzjonijiet li ġejjin.

    1. Unità

    Għandha timgżata onformazzjoni għall-membri kurrenti kollha tad-dar jew jekk jgħodd għall-interpellati kollha ta' l-eta 'il fuq min 24 sena u taħt is-66 sena

    2. Mod ta' ġbir ta' informazzjoni

    Minħabba l-karatteristiċi ta' l-informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (in-tervisti bil-prokura jkunu eċċezzjoni għall-persuni li jkunu nieqsa għal xi żmien jew ikunu inkapaċitati)

    3. Perijodu ta'referenza

    Il-perijodu ta' referenza għandu jkun ta' meta dak li jkun intervistat kien adoloxxenti, ta' età bejn it-12 u s-16-il sena. Jekk dak li se jwieġeb jeżita jew isaqsi dwar età speċifika, għandha tintuża l-età ta' 14-il sena.

    4. Definizzjonijiet

    (a) Missier: il-persuna maskili li min qed ikun intervistat kien/kienet jikkonsidra li hu missieru meta kien adoloxxenti

    (b) Omm: il-persuna feminila li min qed ikun intervistat kien/kienet jikkonsidra li hi ommuu meta kien adoloxxenti

    (ċ) Aħwa: aħwa subien u bniet li kienu jgħixu fl-istess dar bħal min ikun intervistat, meta dan ta' l-aħħar kien adoloxxenti.

    (d) Prinċipali: (fil-frażijiet; komposizzjoni prinċipali tal-familja, numru prinċipali ta' aħwa, status ta' l-attività prinċipali u xogħol prinċipali) tirreferi għas-sitwazzjoni li damet għall-itwal żmien meta min ikun intervistat kien adoloxxenti. Jekk dan ma jkunx ċert liema sitwazzjoni damet għall-itwal żmien, tkun is-sitwazzjoni li ħalliet l-ikbar impressjoni.

    SETTURI U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

    Isem il-fattur varjabbli | Modulu 2005 | Trasmissjoni interġenerazzjonali tal-faqar |

    Kodiċi | Fattur varjabbli fil-mira |

    Informazzjoni bażika

    RB030 | | Karta ta' Identità Personali |

    Nru tal-Karta ta' Identità | Numru ta' identifikazzjoni personali (NIP) |

    PM005 | | Piż rappreżentattiv interġenerazzjonali personali |

    0 + (Format 2.5) | Piż |

    Informazzjoni dwar il-familja

    PM010 | | Il-komposizzjoni prinċipali tal-familja |

    1 | Għexet maż-żewġ ġenituri |

    2 | Għexet ma' l-omm waħedha (familja b'ġenitur wieħed) |

    3 | Għexet mal-missier waħdu (familja b'ġenitur wieħed) |

    4 | Għexet ma' l-omm u ma' seħibha/żewġħa l-ġdid |

    5 | Għexet mal-missier u ma seħbitu/martu l-ġdida |

    6 | Għexet ġewwa familja privata oħra, familja ta' adozzjoni |

    7 | Għexet ġewwa familja kollettiva jew instituzzjoni |

    PM010_F | – 1 | Nieqes |

    1 | Jimtela l-Fattur Varjabbli |

    PM020 | | Is-sena li fiha twieled il-missier |

    Sena | L-erba' numri tas-sena |

    PM020_F | – 2 | N.a. (bla missier) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    1 | Varjabbli |

    PM030 | | Is-sena li fiha twieldet l-omm |

    Sena | L-erba' numri tas-sena |

    PM030_F | – 2 | N.a. (bla omm) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    1 | Varjabbli nieqes |

    PM035 | | Numru prinċipali ta' l-aħwa |

    Numru | Żewġ numri tan-numru |

    PM035_F | – 1 | Nieqes |

    1 | Jimtela l-Fattur Varjabbli nieqes |

    Informazzjoni dwar l-edukazzjoni

    PM040 | | L-ogħla livell ta' edukazzjoni ISCED milħuq mill-missier |

    0 | Inqas minn edukazzjoni primarja |

    1 | Edukazzjoni primarja |

    2 | Edukazzjoni sekondarja fi grad baxx |

    3 | Edukazzjoni sekondarja ogħla |

    4 | Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja |

    5 | L-ewwel grad ta' edukazzjoni tertjarja |

    6 | It-tieni grad ta' edukazzjoni terzjarja |

    PM040_F | – 2 | N.a. (bla missier) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    1 | Varjabbli nieqes |

    PM050 | | L-ogħla livell ta' edukazzjoni ISCED milħuq mill-omm |

    0 | Inqas minn edukazzjoni primarja |

    1 | Edukazzjoni primarja |

    2 | Edukazzjoni sekondarja fi grad baxx |

    3 | Edukazzjoni sekondarja ogħla |

    4 | Edukazzjoni post-sekondarja mhux terzjarja |

    5 | L-ewwel grad ta' edukazzjoni tertjarja |

    6 | It-tieni grad ta' edukazzjoni terzjarja |

    PM050_F | 2 | N.a. (bla omm) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    – 1 | Varjabbli nieqes |

    Informazzjoni dwar xogħol

    PM060 | | L-istatus ta' l-attività prinċipali tal-missier |

    1 | Impjegat |

    2 | Jaħdem għal rasu |

    3 | Jaħdem mal-familja bla ħlas |

    4 | Bla xogħol |

    5 | Irtirat, irtitat kmieni, |

    6 | Jagħmel xogħol tad-dar il-ħin kollu |

    7 | Ieħor |

    PM060_F | 2 | N.a. (bla missier) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    – 1 | Varjabbli nieqes |

    PM070 | | Ix-xogħol prinċipali tal-missier |

    Kodiċi ISCO | ISCO-88(COM) żewġ numri |

    PM070_F | 2 | N.a. (il-missier qatt ma kellu impieg, bla missier) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    – 1 | Varjabbli nieqes |

    PM080 | | L-status ta' l-attività prinċipali ta' l-omm |

    1 | Impjegata |

    2 | Taħdem għal rasha |

    3 | Taħdem mal-familja bla ħlas |

    4 | Bla xogħol |

    5 | Irtirata, irtitata kmieni, |

    6 | Tagħmel xogħol tad-dar il-ħin kollu |

    7 | Ieħor |

    PM080_F | 2 | N.a. (bla omm) |

    – 1 | Jimtela l-Fattur |

    – 1 | Varjabbli nieqes |

    PM090 | | Ix-xogħol prinċipali ta' l-omm |

    Kodiċi ISCO | ISCO-88(COM)żewġ numri |

    PM090_F | 2 | N.a. (l-omm qatt ma kellha xogħol, bla omm) |

    – 1 | Jimtela l-fattur |

    – 1 | varjabbli nieqes |

    --------------------------------------------------

    Top