This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004L0108
Directive 2004/108/EC of the European Parliament and of the Council of 15 December 2004 on the approximation of the laws of the Member States relating to electromagnetic compatibility and repealing Directive 89/336/EEC Text with EEA relevance
Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE(1)
Direttiva 2004/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE(1)
ĠU L 390, 31.12.2004, p. 24–37
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2016; Imħassar b' 32014L0030
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31989L0336 | ||||
Implicit repeal | 31992L0031 | 20/07/2007 | |||
Implicit repeal | 31993L0068 | Revoka parzjali | 20/07/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32014L0030 |
31.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 390/24 |
DIRETTIVA 2004/108/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Diċembru 2004
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-kompatibilità elettromanjetika u li tħassar id-Direttiva 89/336/KEE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-kompatibilità elettromanjetika (3) kienet is-suġġett ta' reviżjoni taħt l-inizjattiva magħrufa bħala Leġislazzjoni Aktar Sempliċi għas-Suq Intern (SLIM). Kemm il-proċess SLIM kif ukoll konsultazzjoni fil-fond suċċessiva wrew il-bżonn li jiġi kompletat, rinfurzat u ċċarat il-qafas stabbilit bid-Direttiva 89/336/KEE. |
(2) |
L-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw li l-komunikazzjonijiet bir-radju, inklużi r-riċezzjoni ta' xandir bir-radju u s-servizz ta' radju dilettantesk li jopera skond ir-regolamenti tar-radju ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekommunikazzjoni (ITU), r-rettikolati ta' provvista elettrika u r-rettikolati ta' telekomunikazzjoni, kif ukoll tagħmir konness ma' dan, ikunu mħarsa kontra disturb elettromanjetiku. |
(3) |
Id-disposizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali li jiżguraw il-protezzjoni kontra disturb elettromanjetiku għandhom jiġu armonizzati sabiex il-moviment liberu ta' apparat elettriku u elettroniku jkun garantit mingħajr ma jnaqqas l-livelli ġustifikati ta' protezzjoni fl-Istati Membri. |
(4) |
Il-protezzjoni kontra d-disturb elettromanjetiku teħtieġ l-imposizzjoni ta' obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi diversi. Dawk l-obbligi għandhom jiġu applikati b'mod ġust u effettiv sabiex tintlaħaq tali protezzjoni. |
(5) |
Il-kompatibilità elettromanjetika tat-tagħmir għandha tiġi regolata bil-ħsieb li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern, jiġifieri, ta' żona mingħajr fruntieri interni li fiha l-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital huwa żgurat. |
(6) |
It-tagħmir kopert b'din id-Direttiva għandu jinkludi kemm apparat kif ukoll stallazzjonijiet fissi. Madankollu, disposizzjonijiet differenti għandhom jiġu adottati għal kull wieħed minn dawn. Dan minħabba li, filwaqt li apparat bħala tali għandu l-moviment liberu fil-Komunità, stallazzjonijiet fissi min-naħa l-oħra huma stallati għall-użu permanenti f'lok predefinit, bħala kompożizzjonijiet ta' tipi varji ta' apparat u, fejn xieraq, strumenti oħra. Il-komposizzjoni u l-funzjonament ta' tali stallazzjonijiet jikkorrispondu fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għar-rekwiżiti partikolari ta' l-operaturi tagħhom. |
(7) |
It-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva billi huma diġà regolati bid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (4). Ir-rekwiżiti ta' kompatibilità elettromanjetika fiż-żewġ Direttivi jilħqu l-istess livell ta' protezzjoni. |
(8) |
Inġenji ta' l-ajru jew tagħmir li għandu jiġi stallat f'inġenji ta' l-ajru ma għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva, billi huma diġà suġġetti għal regolamenti speċjali Komunitarji jew internazzjonali li jirregolaw il-kompatibilità elettromanjetika. |
(9) |
Ma hemmx bżonn li din id-Direttiva tirregola tagħmir li, fin-natura tiegħu, mhux ta' ħsara fir- rigward tal-kompatibilità elettromanjetika. |
(10) |
Din id-Direttiva ma għandhiex tittratta dwar is-sigurtà ta' tagħmir, billi din hija ttrattata minn leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali separata. |
(11) |
Fejn din id-Direttiva tirregola l-apparat, għandha tirreferi għal apparat lest li huwa disponibbli kummerċjalment għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità. Ċerti komponenti jew sotto-kompożizzjonijiet għandhom, taħt ċerti kondizzjonijiet, jiġu kkunsidrati bħala apparat jekk ikunu disponibbli għall-utent finali. |
(12) |
Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata din id-Direttiva huma dawk stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u ta' l-istandards (5). Skond dak l-approċċ, id-disinn u l-fabbrikazzjoni ta' tagħmir huma suġġetti għal rekwiżiti essenzjali fir-rigward tal-kompatibilità elettromanjetika. Dawk ir-rekwiżiti jsibu l-espressjoni teknika tagħhom fi standards armonizzati Ewropej, li għandhom jiġu adottati mid-diversi korpi Ewropej ta' istandardizzazzjoni, l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettro-teknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew għall-Istandards ta' Telekomunikazzjoni (ETSI). Is-CEN, Is-CENELEC u l-ETSI huma rikonoxxuti bħala l-istituzzjonijiet kompetenti fil-qasam ta' din id-Direttiva għall-adozzjoni ta' standards armonizzati li huma jfasslu skond il-linji gwida ġenerali għall-koperazzjoni bejnhom u l-Kummissjoni, u skond il-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informazzjoni (6). |
(13) |
Standards armonizzati jirriflettu t-teknika l-aktar moderna ġeneralment rikonoxxuta fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' kompatibilità elettromanjetika fl-Unjoni Ewropea. Huwa għalhekk fl-interess tal-funzjonament tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fuq il-livell Komunitarju għall-kompatibilità elettromanjetika ta' tagħmir. Ladarba r-referenza għal tali standard tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, il-konformità miegħu għandha tqajjem preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti, għalkemm mezzi oħra biex tintwera tali konformità għandhom ikunu permessi. Konformità ma' standard armonizzat tfisser konformità mad-disposizzjonijiet tiegħu u l-prova ta' dan permezz tal-metodi deskritti mill-istandard armonizzat jew li għalihom jirreferi. |
(14) |
Fabbrikanti ta' tagħmir intiż biex jiġi konness ma' rettikolati għandhom jibnu tali tagħmir b'mod li r-rettikolati ma jsofrux minn degradazzjoni inaċċettabbli tas-servizz meta użati taħt kondizzjonijiet normali ta' operat. Operaturi ta' rettikolati għandhom jibnu r-rettikolati tagħhom f'tali mod li l-fabbrikanti ta' tagħmir li jista' jiġi konness ma' rettikolati ma jsofrux piż sproporzjonat sabiex iżommu milli r-rettikolati jsofru degradazzjoni inaċċettabbli tas- servizz. L-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni għandhom jieħdu kont xieraq ta' dak il-għan (inkluż l-effetti kumulattivi tat-tipi rilevanti ta' fenomeni elettromanjetiċi) meta jkunu qed jiżviluppaw standards armonizzati. |
(15) |
It-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' apparat għandu jkun possibbli biss jekk ikun ġie stabbilit mill-fabbrikanti ikkonċernati li tali apparat ġie ddisinnjat u fabbrikat skond ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Apparat mqiegħed fis-suq għandu jkollu t-tikketta “CE” li turi l-konformità ma' din id-Direttiva. Għalkemm l-istima ta' konformità għandha tkun ir-responsabbiltà tal-fabbrikant, mingħajr il-ħtieġa li jiġi involut korp indipendenti ta' stima ta' konformità, l-fabbrikanti għandhom ikunu liberi li jużaw is-servizzi ta' tali korp. |
(16) |
L-obbligu ta' l-istima ta' konformità għandu jobbliga lill-fabbrikant biex jagħmel stima tal-kompatibilità elettromanjetika ta' l-apparat, ibbażata fuq il-fenomeni rilevanti, sabiex tiġi determinata jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni taħt din id-Direttiva jew le. |
(17) |
Fil-każijiet fejn apparat huwa kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni fil-konfigurazzjonijiet maħsuba mill-fabbrikant bħala rappreżentattiv ta' l-użu normali fl-applikazzjonijiet intiżi; f'tali każijiet għandu jkun biżżejjed li ssir stima fuq il-bażi tal-konfigurazzjoni li għandha l-ikbar ċans li toħloq l-akbar disturb u l-konfigurazzjoni l-iżjed suxxettibbli għal disturb. |
(18) |
Stallazzjonijiet fissi, inklużi magni kbar u rettikolati, jistgħu joħolqu disturb elettromanjetiku, jew jistgħu jkunu affettwati minnu. Jista' jkun hemm interface bejn stallazzjonijiet fissi u apparat, u d-disturbi elettromanjetiċi prodotti minn stallazzjonijiet fissi jistgħu jaffettwaw apparat, u viċe-versa. F'termini ta' kompatibilità elettromanjetika, huwa irrilevanti jekk id-disturb elettromanjetiku huwiex prodott minn apparat jew minn stallazzjoni fissa. Għaldaqstant, stallazzjonijiet fissi u apparati għandhom jiġu suġġetti għal sistema koerenti u komprensiva ta' rekwiżiti essenzjali. L-użu ta' standards armonizzati għal stallazzjonijiet fissi għandu jkun possibbli biex tkun ippruvata l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali koperti min tali standards. |
(19) |
Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, stallazzjonijiet fissi ma għandhomx jiġu suġġetti għat-tikkettar “CE” jew għad-dikjarazzjoni ta' konformità. |
(20) |
Mhuwiex utli li ssir l-istima ta' konformità ta' apparat mqiegħed fis-suq għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa speċifika, u li ma jkunx disponibbli kummerċjalment b'mod ieħor, separatament mill-istallazzjoni fissa li fiha ser jiġi nkorporat l-apparat. Għalhekk tali apparat għandu jiġi eżentat mill-proċeduri ta' stimar ta' konformità normalement applikabbli għal apparat. Madankollu, tali apparat ma għandhux jitħalla jikkomprometti l-konformità ta' l-istallazzjoni fissa li fiha jiġi nkorporat. Jekk apparat jiġi nkorporat f'iżjed minn stallazzjoni waħda fissa identika, l-identifikazzjoni tal-karatteristiċi ta' kompatibilità elettromanjetika ta' dawn l-istallazzjonijiet għandha tkun biżżejjed biex tkun żgurata l-eżenzjoni mill-proċedura ta' stima ta' konformità. |
(21) |
Perijodu transitorju huwa neċessarju biex jiġi żgurat li l-fabbrikant u l-partijiet konċernati l-oħra jkunu kapaċi jadattaw għas-sistema regolatorja l-ġdida. |
(22) |
Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern billi jkun hemm ir-rekwiżit li tagħmir jikkonforma ma' livell xieraq ta' kompatibilità elettromanjetika, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. |
(23) |
Id-Direttiva 89/336/KE għandha għalhekk tiġi mħassra, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
1. Din id-Direttiva tirregola l-kompatibilità elettromanjetika ta' tagħmir. L-għan tagħha hu li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern billi teħtieġ li tagħmir jikkonforma ma' livell adegwat ta' kompatibilità elettromanjetika. Din id-Direttiva tapplika għal tagħmir kif definit fl-Artikolu 2.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
(a) |
tagħmir kopert bid-Direttiva 1999/5/KE; |
(b) |
prodotti, partijiet u appliances aeronawtiċi msemmija fir-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (7); |
(ċ) |
tagħmir tar-radju utilizzat minn dilettanti tar-radju fit-tifsira tar-Regolamenti tar-Radju adottati fil-qafas tal-Kostituzzjoni u Konvenzjoni ta' l-ITU (8), sakemm it-tagħmir ma jkunx disponibbli kummerċjalment. Kitts ta' komponenti li għandhom jiġu mmuntati minn dilettanti tar-radju u tagħmir kummerċjali modifikat minn dilettanti tar-radju u għall-użu minnhom ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala tagħmir disponibbli kummerċjalment; |
3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal tagħmir li n-natura inerenti tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu hija tali li:
(a) |
mhux kapaċi li jiġġenera jew li jikkontribwixxi għal emissjonijiet elettromanjetiċi li jaqbżu livell li jippermetti lit-tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni u tagħmir ieħor li jaħdem kif intiż; u |
(b) |
jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli fil-preżenza tad-disturb elettromanjetiku li normalment iseħħ bl-użu intiż tiegħu. |
4. Fejn, għat-tagħmir imsemmi fil-paragrafu 1, parti jew it-totalità tar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I huma stabbiliti iżjed speċifikament minn direttivi Komunitarji oħra, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika, jew għandha tieqaf milli tapplika, għal dak it-tagħmir fir-rigward ta' tali rekwiżiti mid-data ta' l-implimentazzjoni ta' dawk id-direttivi.
5. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-applikazzjoni ta' leġislazzjoni Komunitarja jew nazzjonali dwar is-sigurtà ta' tagħmir.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“tagħmir” tfisser kwalunkwe apparat jew stallazzjoni fissa; |
(b) |
“apparat” tfisser kwalunkwe appliance lesta, jew kombinazzjoni ta' appliances lesti, li huma disponibbli kummerċjalment bħala unità funzjonali waħda, intiżi għall-użu mill-utent aħħari, u li x'aktarx joħolqu disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x'aktarx tkun affettwata minn tali disturb; |
(ċ) |
“Stallazzjoni fissa” tfisser kombinazzjoni partikolari ta' diversi tipi ta' apparat u, fejn applikabbli, strumenti oħra, li huma mmuntati, installati u intiżi biex jiġu wżati b'mod permanenti f'lok predefinit; |
(d) |
“kompatibilità elettromanjetika” tfisser il-kapaċità ta' tagħmir li jaħdem b'mod sodisfaċenti fl-ambjent elettromanjetiku tiegħu mingħajr ma jintroduċi disturb elettromanjetiku intollerabbli għal tagħmir ieħor f'dak l-ambjent; |
(e) |
“disturb elettromanjetiku” tfisser kwalunkwe fenomenu elettromanjetiku li jista' jiddegrada l-prestazzjoni tat-tagħmir. Disturb elettromanjetiku jista' jkun ħoss elettromanjetiku, sinjal mhux mixtieq jew bidla fil-mezz ta' propagazzjoni innifsu; |
(f) |
“immunità” tfisser il-kapaċità ta' tagħmir li jaħdem kif suppost mingħajr degradazzjoni fil-preżenza ta' disturb elettromanjetiku; |
(g) |
“għanijiet ta' sigurtà” tfisser l-għanijiet tal-ħarsien tal-ħajja umana jew tal-proprjetà; |
(h) |
“ambjent elettromanjetiku” tfisser il-fenomeni elettromanjetiċi kollha osservabbli f'lok determinat. |
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat bħala apparat fis-sens tal-paragrafu 1(b):
(a) |
“komponenti” jew “sotto-komposizzjonijiet” intiżi għall-inkorporazzjoni f'apparat mill-utent finali, li jistgħu jiġġeneraw disturb elettromanjetiku, jew li l-prestazzjoni tagħhom x'aktarx tkun affettwata minn tali disturb; |
(b) |
“stallazzjonijiet mobbli” tfisser kombinazzjoni ta' apparat, u fejn applikabbli, ta' mezzi oħra, intiż biex jiġi mċaqlaq u operat f'diversi lokalitajiet. |
Artikolu 3
Tqegħid fis-suq u/jew tqegħid fis-servizz
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li tagħmir jitqiegħed fis-suq u/jew fis-servizz biss jekk jikkonforma mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva meta jkun stallat, miżmum u wżat kif suppost għall-iskop intiż tiegħu.
Artikolu 4
Moviment liberu ta' tagħmir
1. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu, għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kompatibilità elettromanjetika, t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz fit-territorju tagħhom ta' tagħmir li jikkonforma ma' din id-Direttiva.
2. Ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma għandhomx jimpedixxu l-applikazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru tal-miżuri speċjali li ġejjin dwar it-tqegħid fis-servizz jew l-użu ta' tagħmir:
(a) |
miżuri sabiex tingħeleb problema ta' kompatibilità elettromanjetika eżistenti jew imbassra f'sit speċifiku; |
(b) |
miżuri meħudin għal raġunijiet ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' rettikolati pubbliċi ta' telekomunikazzjoni jew ta' stazzjonijiet li jirċievu jew li jittrasmettu meta wżati għal skopijiet ta' sigurtà f'sitwazzjonijiet ta' spettru definiti tajjeb. |
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 98/34/KE, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawn il-miżuri speċjali.
Il-miżuri speċjali li ġew aċċettati għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. L-Istati Membri ma għandhom joħolqu l-ebda ostakolu għall-wiri u/jew id-dimostrazzjoni f'fieri, f'esibizzjonijiet jew f'avvenimenti simili ta' tagħmir li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva, kemm-il darba sinjal viżibbli jindika biċ-ċar li tali tagħmir ma għandux jitqiegħed fis-suq u/jew jitqiegħed fis-servizz sakemm ma jkunx inġieb f'konformità ma' din id-Direttiva. Dimostrazzjoni tista' sseħħ biss bil-kundizzjoni li jittieħdu l-miżuri xierqa biex jiġu evitati disturbi elettromanjetiċi.
Artikolu 5
Rekwiżiti essenzjali
It-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 6
Standards armonizzati
1. “Standards armonizzati” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp Ewropew ta' standardizzazzjoni rikonoxxut taħt mandat mill-Kummissjoni skond il-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE bil-ħsieb li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew. Il-konformità ma' “standard armonizzat” mhix obbligatorja.
2. Il-konformità ta' tagħmir ma' l-istandards armonizzati rilevanti li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandha tqajjem preżunzjoni, min-naħa ta' l-Istati Membri, ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I li għalih jirreferu tali standards. Din il-preżunzjoni ta' konformità hija limitata għall-kamp ta' applikazzjoni ta' l-istandard(s) armonizzat(i) applikat(i) u r-rekwiżiti essenzjali rilevanti koperti minn tali standard(s) armonizzat(i).
3. Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkunsidraw li standard armonizzat ma jissodisfax għal kollox ir-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I, għandhom iġibu l-kwistjoni quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE (minn issa 'l quddiem “il-Kumitat”), u jagħtu r-raġunijiet tagħhom. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.
4. Wara li tirċievi l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin fir-rigward tar-referenzi għall-istandard armonizzat ikkonċernat:
(a) |
li ma tippubblikax; |
(b) |
li tippubblika b'restrizzjonijiet; |
(ċ) |
li żżomm ir-referenza fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea; |
(d) |
li tirtira r-referenza mill-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. |
Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri mingħajr dewmien bid-deċiżjoni tagħha.
KAPITOLU II
APPARAT
Artikolu 7
Proċedura ta' stima ta' konformità għall-apparat
Il-konformità ta' apparat mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I għandha tkun murija permezz tal-proċedura deskritta fl-Anness II (kontroll intern tal-produzzjoni). Madankollu, l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jistgħu jagħżlu li tiġi segwita l-proċedura deskritta fl-Anness III.
Artikolu 8
It-Tikketta “CE”
1. Apparat li l-konformità tiegħu ma' din id-Direttiva ġiet stabbilita permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 7 għandu jkollu t-tikketta “CE” li tagħti prova ta' dan il-fatt. It-twaħħil tat-tikketta “CE” għandha tkun ir-responsabbiltà tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità. It-tikketta “CE” għandha titwaħħal skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness V.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu t-twaħħil ma' l-apparat jew ma' l-imballaġġ tiegħu, jew ma' l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu, ta' tikketti li x'aktarx iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira u/jew tal-forma grafika tat-tikketta “CE”.
3. Kwalunkwe tikketta oħra tista' titwaħħal ma' l-apparat, ma' l-imballaġġ tiegħu, jew ma' l-istruzzjonijiet għall-użu tiegħu, kemm-il darba la tiġi mfixkla l-viżibbiltà u lanqas il-leġibbiltà tat-tikketta “CE”.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, jekk awtorità kompetenti tistabbilixxi li t-tikketta “CE” ġiet imwaħħla meta mhux suppost, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jġib l-apparat f'konformità mad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-tikketta “CE” taħt kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru ikkonċernat.
Artikolu 9
Tikketti oħra u informazzjoni
1. Kull apparat għandu jkun identifikat fir-rigward ta' tip, partita, numru tas-serje jew kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni ta' l-apparat.
2. Kull apparat għandu jkun akkumpanjat mill-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, jekk dan ma jkunx stabbilit fil-Komunità, mill-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tal-persuna fil-Komunità li tkun responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq tal-Komunità.
3. Il-fabbrikant għandu jipprovdi informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-apparat jiġi mmuntat, stallat, mantnut jew użat, sabiex jiġi żgurat li, meta jitqiegħed fis-servizz, l-apparat ikun konformi mar-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1.
4. L-apparat li għalih il-konformità mar-rekwiżiti ta' protezzjoni mhix żgurata f'żoni residenzjali għandu jkun akkumpanjat minn indikazzjoni ċara ta' din ir-restrizzjoni fl-użu, fejn xieraq fuq l-imballaġġ ukoll.
5. L-informazzjoni meħtieġa li tippermetti li apparat jista' jintuża skond l-iskop intiż tiegħu għandha tinstab fl-istruzzjonijiet li jiġu ma' l-apparat.
Artikolu 10
Salvagwardji
1. Fejn Stat Membru jaċċerta li apparat li għandu t-tikketta “CE” ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirtira l-apparat mis-suq, biex jipprojbixxi it-tqegħid tiegħu fis-suq jew fis-servizz, jew biex jirristrinġi l-moviment liberu tiegħu.
2. L-Istat Membru konċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra minnufih bi kwalunkwe tali miżura, waqt li jindika r-raġunijiet u jispeċifika, b'mod partikolari, jekk in-nuqqas ta' konformità tkunx minħabba:
(a) |
n-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I, fejn l-apparat ma jkunx jikkonforma ma' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6; |
(b) |
applikazzjoni inkorretta ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6; |
(ċ) |
nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6. |
3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet konċernati kemm jista' jkun malajr, u wara dan għandha tinforma lill-Istati Membri dwar jekk issibx li l-miżuri huma ġustifikati jew le.
4. Fejn il-miżura msemmija fil-paragrafu 1 hija attribwita għal nuqqas fl-istandards armonizzati, l-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet, għandha, jekk l-Istat Membru konċernat għandu l-ħsieb li jżomm il-miżura fis-seħħ, iġġib il-kwistjoni quddiem il-Kumitat u tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6(3) u (4).
5. Fejn l-apparat li ma jkunx konformi jkun ġie suġġett għall-proċedura ta' stima ta' konformità msemmija fl-Anness III, l-Istat Membru konċernat għandu jieħu l-azzjoni xierqa fir-rigward ta' l-awtur tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Anness III, punt 3, u għandu jinforma lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra b'dan.
Artikolu 11
Deċiżjonijiet ta' irtirar, projbizzjoni jew restrizzjoni tal-moviment liberu ta' apparat
1. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda b'applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-irtirar ta' apparat mis-suq, għall-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni tat-tqegħid tiegħu fis-suq jew fis-servizz, jew għar-restrizzjoni tal-moviment liberu tiegħu, għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata. Tali deċiżjonijiet għandhom jiġu notifikati mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi nfurmata dwar ir-rimedji li huma disponibbli lilha taħt il-liġi nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru in kwistjoni u dwar il-limiti ta' żmien li japplikaw għal dawn ir-rimedji.
2. Fil-każ ta' deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1, il-fabbrikant, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jew kwalunkwe parti oħra interessata għandhom ikollhom l-opportunità li jippreżentaw il-fehma tagħhom minn qabel, ħlief jekk tali konsultazzjoni ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza tal-miżura li għandha tittieħed kif ġustifikat b'mod partikolari fir-rigward ta' ħtiġiet ta' interess pubbliku.
Artikolu 12
Korpi notifikati
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi li huma nnominaw biex iwettqu l-inkarigi msemmija fl-Anness III. Meta jiddeterminaw il-korpi li għandhom jiġu nominati, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness VI.
Tali notifika għandha tiddikjara jekk il-korpi humiex nominati biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Anness III għal kull apparat kopert minn din id-Direttiva, u/jew ir-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Anness I jew jekk l-ambitu tan-nomina hux limitat għal ċerti aspetti speċifiċi u/jew kategoriji ta' apparat.
2. Korpi li jikkonformaw mal-kriterji ta' stima stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti għandhom jkunu preżunti bħala konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Anness VI koperti minn tali standards armonizzati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riferenzi ta' dawn l-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi notifikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tinżamm aġġornata.
4. Jekk Stat Membru isib li korp notifikat ma jkunx jissodisfa l-kriterji mniżżla fl-Anness VI, għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b'dan. Il-Kummissjoni għandha tirtira r-referenza għal dak il-korp mil-lista msemmija fil-paragrafu 3.
KAPITOLU III
STALLAZZJONIJIET FISSI
Artikolu 13
Stallazzjonijiet fissi
1. Apparat li jkun tqiegħed fis-suq u li jista' jiġi nkorporat fi stallazzjoni fissa huwa suġġett għad-disposizzjonijiet rilevanti kollha għal apparat stabbiliti f'din id-Direttiva.
Madankollu, d-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 5, 7, 8 u 9 ma għandhomx ikunu obbligatorji fil-każ ta' apparat li huwa intiż għall-inkorporazzjoni fi stallazzjoni fissa determinata u mhux disponibbli kummerċjalment b'mod ieħor. F'tali każijiet, id-dokumentazzjoni li tiġi miegħu għandha tidentifika l-istallazzjoni fissa u l-karatteristiċi ta' kompatibilità elettromanjetika tagħha u għandha tindika l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-inkorporazzjoni ta' l-apparat fl-istallazzjoni fissa sabiex il-konformità ta' dik l-istallazzjoni ma tiġix kompromessa. Għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) u (2).
2. Fejn hemm indikazzjonijiet ta' nuqqas ta' konformità ta' l-istallazzjoni fissa, b'mod partikolari, fejn hemm ilmenti dwar disturbi kkawżati mill-istallazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat jistgħu jitolbu evidenza ta' konformità ta' l-istallazzjoni fissa, u, fejn xieraq, jagħtu bidu għal stima.
Fejn jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu miżuri xierqa biex l-istallazzjoni fissa tinġieb f'konformità mar-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, il-punt 1.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-disposizzjonijiet neċessarji għall-identifikazzjoni tal-persuna jew persuni responsabbli għall-istabbiliment ta' konformità ta' stallazzjoni fissa mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti.
KAPITOLU IV
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 14
Revoka
Id-Direttiva 89/336/KEE hija b'dan revokata minn 20 ta' Lulju 2007.
Ir-referenzi għad-Direttiva 89/336/KEE għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond l-iskeda ta' korrelazzjoni stabbilita fl-Anness VII.
Artikolu 15
Disposizzjonijiet transitorji
L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' tagħmir li jikkonforma mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/336/KEE u li tqiegħed fis-suq qabel 20 ta' Lulju 2009.
Artikolu 16
Trasposizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 20 ta' Jannar 2007. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Għandhom japplikaw dawk id-disposizzjonijiet minn 20 ta' Lulju 2007. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 17
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tkun ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 18
Indirizzati
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 15 ta' Diċembru 2004.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
A. NICOLAÏ
(1) ĠU C 220, 16.9.2003, p. 13.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2004 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' Novembru 2004.
(3) ĠU L 139, 23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).
(4) ĠU L 91, 7.4.1999, p.10. Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(7) ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).
(8) Kostituzzjoni u Konvenzjoni ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni adottati mill-Konferenza Plenipotenzjarja Addizzjonali (Ġinevra, 1992) kif emendati mill-Konferenza Plenipotenzjarja (Kyoto, 1994).
ANNESS I
REKWIŻITI ESSENZJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5
1. Rekwiżiti ta' Protezzjoni
Tagħmir għandu jkun iddisinjat u fabbrikat, b'konsiderazzjoni għat-teknika l-aktar moderna, b'mod li jiġi żgurat li:
(a) |
id-disturb elettromanjetiku ġenerat ma jaqbiżx il-livell li 'l fuq minnu tagħmir tar-radju u tat-telekomunikazzjoni jew tagħmir ieħor ma jistax jopera kif intiż; |
(b) |
għandu livell ta' immunità għad-disturb elettromanjetiku li hu mistenni fl-użu intiż tiegħu li jippermettilu li jopera mingħajr degradazzjoni inaċċettabbli ta' l-użu intiż tiegħu. |
2. Rekwiżiti speċifiċi għal stallazzjonijiet fissi
Stallazzjoni u użu intiż ta' komponenti
Stallazzjoni fissa għandha tiġi stallata bl-użu ta' prattiċi tajbin ta' inġinerija u skond l-informazzjoni dwar l-użu intiż tal-komponenti tagħha, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fil-Punt 1. Dawk il-prattiċi tajbin ta' inġinerija għandhom jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni għandha tinżamm mill-persuna/i responsabbli għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għal skopijiet ta' spezzjoni sakemm l-istallazzjoni fissa tibqa' topera.
ANNESS II
PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7
(kontroll intern tal-produzzjoni)
1. |
Il-fabbrikant għandu jagħmel stima tal-kompatibilità elettromanjetika ta' l-apparat, fuq il-bażi tal-fenomeni rilevanti, bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1. L-applikazzjoni korretta ta' l-istandards armonizzati rilevanti kollha li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom ikunu ekwivalenti għat-twettieq ta' l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika. |
2. |
L-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tqis il-kondizzjonijiet normali kollha ta' l-operat li jkunu intiżi. Fejn l-apparat hu kapaċi jieħu konfigurazzjonijiet differenti, l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika għandha tikkonferma jekk l-apparat jissodisfax ir-rekwiżiti ta' protezzjoni stabbiliti fl-Anness I, punt 1, fil-konfigurazzjonijiet kollha possibbli identifikati mill-fabbrikant bħala rappreżentattivi ta' l-użu intiż tiegħu. |
3. |
Skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV, il-fabbrikant għandu jħejji dokumentazzjoni teknika li tipprovdi evidenza tal-konformità ta' l-apparat mar-rekwiżiti essenzjali ta' din id-Direttiva. |
4. |
Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jżomm id-dokumentazzjoni teknika għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal mhux inqas minn għaxar snin wara d-data li fiha tali apparat ġie fabbrikat l-aħħar. |
5. |
Il-konformità ta' apparat mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti kollha għandha tiġi attestata permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE maħruġa mill-fabbrikant jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità. |
6. |
Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għal perijodu ta' mill-inqas għaxar snin wara d-data li fiha tali apparat ġie fabbrikat l-aħħar. |
7. |
Jekk la l-fabbrikant u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma huma stabbiliti fil-Komunità, l-obbligu li d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE u d-dokumentazzjoni teknika tinżamm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ir-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed l-apparat fis-suq tal-Komunità. |
8. |
Il-fabbrikant għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodotti huma fabbrikati skond id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 3 u mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom. |
9. |
Id-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandhom jitħejjew skond id-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV. |
ANNESS III
PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7
1. |
Din il-proċedura tikkonsisti fl-applikazzjoni ta' l-Anness II, ikkompletat kif ġej: |
2. |
Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni teknika lill-korp notifikat msemmi fl-Artikolu 12 u jitlob lill-korp notifikat għal stima tagħha. Il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità għandu jispeċifika lill-korp notifikat liema aspetti tar-rekwiżiti essenzjali iridu jiġu stmati mill-korp notifikat. |
3. |
Il-korp notifikat għandu jirrevedi d-dokumentazzjoni teknika u jistma jekk id-dokumentazzjoni teknika tkunx turi b'mod tajjeb li r-rekwiżiti tad-Direttiva li għandu jistma jkunu ntlaħqu. Jekk il-konformità ta' l-apparat tiġi konfermata, il-korp notifikat għandu joħroġ dikjarazzjoni lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità li tikkonferma l-konformità ta' l-apparat. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun limitata għal dawk l-aspetti tar-rekwiżiti essenzjali li ġew stmati mill-korp notifikat. |
4. |
Il-fabbrikant għandu jżid id-dikjarazzjoni tal-korp notifikat mad-dokumentazzjoni teknika. |
ANNESS IV
DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-KE
1. Dokumentazzjoni Teknika
Id-dokumentazzjoni teknika trid tagħmilha possibli li tiġi stmata li l-konformità ta' l-apparat mar-rekwiżiti essenzjali. Għandha tkopri d-disinn u l-fabbrikazzjoni ta' l-apparat, b'mod partikolari:
— |
deskrizzjoni ġenerali ta' l-apparat; |
— |
evidenza ta' konformità, ma' l-istandards armonizzati, jekk dawn jeżistu, applikati għal kollox jew in parti; |
— |
fejn il-fabbrikant ma jkunx applika standards armonizzati, jew applikahom biss in parti, deskrizzjoni u spjegazzjoni tal-passi meħudin biex ir-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva jintlaħqu, inklużi deskrizzjoni ta' l-istima tal-kompatibilità elettromanjetika stabbilita fl-Anness II, il-punt 1 riżultati tal-kalkoli tad-disinn, eżaminazzjonijiet, rapporti ta' testijiet, eċċ.; |
— |
dikjarazzjoni mill-korp notifikat, fejn il-proċedura msemmija fl-Anness III ġiet segwita. |
2. Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-KE
Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-KE għandha ta' l-inqas tinkludi dan li ġej:
— |
referenza għal din id-Direttiva; |
— |
identifikazzjoni ta' l-apparat li għalih tirreferi, kif stabbilit fl-Artikolu 9(1); |
— |
l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant u, fejn applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità; |
— |
referenza datata għall-ispeċifikazzjonijiet li taħthom hija dikjarata l-konformità sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' l-apparat mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva; |
— |
id-data tad-dikjarazzjoni; |
— |
l-identifità u l-firma tal-persuna li għandha s-setgħa li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu. |
ANNESS V
TIKKETTA CE IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8
It-tikketta “CE” għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE” li jieħdu il-forma li ġejja:
It-tikketta “CE” għandha jkollha għoli ta' mill-inqas 5mm. Jekk it-tikketta “CE” tiċċekken jew titkabbar, il-proporzjonijiet li jidhru fil-grafika ta' hawn fuq iridu jiġu rispettati.
It-tikketta “CE” għandha titwaħħal ma' l-apparat jew mat-targa tad-data tiegħu. Fejn dan ma jkunx possibbli jew ma jkunx ġustifikat minħabba n-natuara ta' l-apparat, għandha titwaħħal ma' l-imballaġġ, jekk dan jeżisti, u mad-dokumenti li jakkumpanjaw l-apparat.
Fejn l-apparat huwa s-suġġett ta' Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-tikketta “CE”, din ta' l-aħħar għandha tindika li l-apparat jikkonforma wkoll ma' dawk id-Direttivi l-oħra.
Madankollu, fejn waħda jew iżjed minn dawk id-Direttivi jippermettu lill-fabbrikant, matul perijodu transitorju, li jagħżel liema arranġamenti japplika, t-tikketta “CE” għandha tindika biss il-konformità ma' dawk id-Direttivi applikati mill-fabbrikant. F'dak il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, hekk kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, fin-notifiki jew fl-istruzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw tali apparat.
ANNESS VI
KRITERJI GĦALL-ISTIMA TAL-KORPI LI GĦANDHOM JIĠU NOTIFIKATI
1. |
Il-korpi notifikati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi li ġejjin:
|
2. |
It-twettiq tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 għandu jiġi vverifikat perjodikament mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru. |
ANNESS VII
SKEDA TA' KORRELAZZJONI
Direttiva 89/336/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1, punt 1 |
Artikolu 2(1)(a), (b) u (ċ) |
Artikolu 1, punt 2 |
Artikolu 2(1)(e) |
Artikolu 1, punt 3 |
Artikolu 2(1)(f) |
Artikolu 1, punt 4 |
Artikolu 2(1)(d) |
Artikolu 1, punti 5 u 6 |
- |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 u Anness I |
Artikolu 5 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6 |
Artikolu 4(2) |
Artikolu 7(1)(a) |
Artikolu 6(1) u (2) |
Artikolu 7(1)(b) |
- |
Artikolu 7(2) |
- |
Artikolu 7(3). |
- |
Artikolu 8(1). |
Artikolu 6(3) u (4) |
Artikolu 8(2). |
- |
Artikolu 9(1). |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 9(2). |
Artikolu 10(3) u (4) |
Artikolu 9, (3). |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 9, (4). |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 10(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7, Annessi II u III |
Artikolu 10(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8 |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 7, Annessi II u III |
Artikolu 10(3) |
- |
Artikolu 10(4) |
- |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 7, Annessi II u III |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 14 |
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
Artikolu 13 |
Artikolu 18 |
Anness I, punt 1 |
Anness IV, punt 2 |
Anness I, punt 2 |
Anness V |
Anness II |
Anness VI |
Anness III, l-aħħar paragrafu |
Artikolu 9(5) |