This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004L0102
Commission Directive 2004/102/EC of 5 October 2004 amending Annexes II, III, IV and V to Council Directive 2000/29/EC on protective measures against the introduction into the Community of organisms harmful to plants or plant products and against their spread within the Community
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal- 5 ta' Ottubru 2004 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE tal- 5 ta' Ottubru 2004 li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
ĠU L 309, 6.10.2004, p. 9–25
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 229–245
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 3 | 26/10/2004 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 4 | 26/10/2004 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 2 | 26/10/2004 | |
Modifies | 32000L0029 | Emenda | anness 5 | 26/10/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32004L0102R(01) | (LV) |
5.7.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea |
229 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/102/KE
tal-5 ta' Ottubru 2004
li temenda l-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/EC tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti u prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 14 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2000/29/KE tistipula li l-injam tal-koniferi (Coniferales), ħlief għal dak tat-Thuja L., fil-forma ta’ kaxxi ta’ l-ippakkjar, ċestuni, tankijiet, paliti, kaxxi tal-paliti jew twavel oħra tat-tagħbija, dunnage, spacers u bearers li jinkludu dawk li ma żammewx il-wiċċ tond naturali tagħhom, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Korea, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti għandha titneħħilhom il-qoxra, u l-ħofor tas-susa li jkunu ikbar minn 3 mm bejn naħa u oħra, u li jkollhom kontenut umduż espress bħala persentaġġ tal-materja niexfa, ta’ inqas minn 20%, milħuq fil-ħin tal-manifattura. |
(2) |
L-Istandards Internazzjonali tal-FAO għall-Miżuri tal-Fitosanitarji Nru 15 fuq Il-Linji ta’ Gwida li jirregolaw il-materjal ta’ l-ippakkjar ta' l-injam fil-kummerċ internazzjonali (2) fihom miżuri fitosanitarji fir-rigward tal-moviment tal-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam fil-forma ta’ kontenituri ta’ l-ippakkjar, ċestuni, tankijiet, paliti, twavel tat-tagħbija, għenuq tal-paliti u dunnage, immirati li jnaqqsu r-riskju ta’ l-introduzzjoni u/jew tixrid tal-parassiti tal-kwarantina assoċjati mal-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam, magħmul mill-injam mhux maħdum tal-koniferi jew le, li jintuża fil-kummerċ internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/29/KE fuq il-materjal ta’ l-ippakkjar ta’ l-injam għandhom jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-istess Linji ta’ Gwida. |
(3) |
Id-dispożizzjonijiet għall-injam li joriġina mill-pajjiżi fejn il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Bührer) Nickle et al. hija magħrufa li sseħħ ghandhom ikunu mmodifikati għal trattamenti tekniċi ġodda kontra l-patoġeni u jiġu disponibbli. |
(4) |
Id-dispożizzjonijiet għall-injam li joriġinaw mir-Russja, il-Każakstan, u t-Turkija u pajjiżi terzi oħrajn għandhom jiġu mtejba u aġġustati biex jipproteġu aħjar il-Komunità kontra l-introduzzjoni ta’ l-injam li jaffettwa l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara u jittieħdu in konsiderazzjoni trattamenti tekniċi ġodda, li ġew disponibbli riċentement kontra l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-injam. |
(5) |
Dawn il-miżuri mtejba għandhom jinkludu l-użu ta’ “ċertifikat fitosanitarju” għall-prodotti ta’ l-injam li joriġinaw minn pajjiżi terzi. |
(6) |
Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-Cryphonectria parasitica (Murrill.) Barr. għandhom jiġu mtejba biex tittieħed in konsiderazzjoni l-informazzjoni aġġornata tal-preżenza taghhom fil-Komunità, ir-riskju li tiġi introdotta u mxerda fil-Komunità b’injam u l-qoxra iżolata tal-Castanea Mill., billi jiġu ristretti għal żoni protetti fir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit fejn kien determinat li dan l-organiżmu m’huwiex preżenti. |
(7) |
Id-dispożizzjonijiet f’dak li jirrigwarda prodotti ta' l-injam li għandhom ikunu suġġetti għall-ispezzjoni tas-saħħa tal-pjanti fil-pajjiż ta' l-oriġini jew il-pajjiż li jikkunsinna li joriġina barra l-Komunità qabel ma jitħalla jidħol fil-Komunità jew jiċċaqlaq fil-Komunità, irid jiġi mmodifikat fid-dawl tat-tibdil magħmul fir-rekwiżiti tekniċi fuq injam bħal dan u tibdil fit-tariffa u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Komuni Doganali. |
(8) |
Id-dispożizzjonijiet f’dak li jirrigwarda r-riskju ta’ l-introduzzjoni ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara tal-qoxra iżolata tal-koniferi (Coniferales) li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi għandhom ikunu mmodifikati, hekk kif informazzjoni ġdida tkun disponibbli fuq it-trattament ta’ qoxra iżolata bħal din, li jagħmlu ovvju r-riskju msemmi hawn fuq. |
(9) |
L-organiżmu li jagħmel il-ħsara Ceratocystis virescens (Davidson) Moreau jista’ jiġi l-isem li jkun ġeneralment aċċettat għall-organiżmu Ceratocystis coerulescens (Münch) Bakshi. |
(10) |
L-Annessi rilevanti għad-Direttiva 2000/29/KE għandhom ghalhekk jiġu emendati kif xieraq. |
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih mal-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabelli ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2005.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha tkun din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam iggvernat minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara li tkun ippubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, nhar l-5 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
David BYRNE
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000,p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2004/70/KE (ĠU L 127,tad-29.4.2004, p. 97)
(2) ISPM Nru 15, Marzu 2002, FAO, Ruma
ANNESS
1. |
F’Anness II, Parti A, Sezzjoni I, punt (c) 4 jiġi sostitwit kif ġej:
|
2. |
F’Anness II, Parti A, Sezzjoni II, punt (c) 3, it-test fil-kolonna tal-lemin jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Pjanti tal- Castanea Mill u Quercus L., intenzjonati għaż-żriegħ, minbarra żrieragħ”. |
3. |
F’Anness II, Parti B(c), il-punt li ġej jiġi miżjud qabel punt 1:
|
4. |
F’Anness III, Parti A, punt 4 jiġi mneħħi. |
5. |
Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punti 1.1, 1.2, 1.3, 1.4 u 1.5 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
6. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 2:
|
7. |
F’Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 2.1 jiġi sostitwit kif ġej:
|
8. |
L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 2.2 jiġi sostitwit kif ġej:
|
9. |
F’Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 3 jiġi sostitwit kif ġej:
|
10. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I punt 4 jiġi mneħħi. |
11. |
L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 5 jiġi sostitwit kif ġej:
|
12. |
L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 6 jiġi sostitwit kif ġej:
|
13. |
L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 7 jiġi sostitwit kif ġej:
|
14. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 7.3:
|
15. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, jiżdied punt ġdid nru 8:
|
16. |
L-Anness IV, parti A, Sezzjoni I, punt 11.1 jiġi sostitwit kif ġej:
|
17. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni I, punt 12, it-test fil-kolonna tax-xellug jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
18. |
F’Anness IV, Parti A, Sezzjoni II punti 1 u 3 jiġu mneħħija. |
19. |
F’Anness IV, Parti B, jiġi miżjud punt ġdid 6.3:
|
20. |
F’Anness IV, Parti B, punt 14.1, il-kliem “bla ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-qoxra elenkati f’Anness III(a)(4)” fil-kolonna tan-nofs huma mneħħija. |
21. |
F’Anness IV, Parti B, il-punti 14.2, 14.3, 14.4, 14.5 u 14.6 il-kliem “Anness III(A)(4),” fil-kolonna tan-nofs huma mħassra. |
22. |
F’Anness IV, Parti B, jiġi miżjud punt ġdid 14.9:
|
23. |
F’Anness V, il-Parti A, Sezzjoni I, għandha tiġi emendata kif ġej:
|
24. |
F’Anness V, Parti A, Sezzjoni II, għandha tiġi emendata kif ġej:
|
25. |
L-Anness IV, parti B, Sezzjoni I, punt 2 jiġi sostitwit kif ġej:
|
26. |
Fl-Anness V, parti B, Sezzjoni I, punt 5 l-ewwel indent jiġi sostitwit kif ġej:
|
27. |
L-Anness IV, parti B, Sezzjoni I, punt 6 jiġi sostitwit kif ġej:
|
28. |
L-Anness V, parti B, Sezzjoni II, punt 7 jiġi sostitwit kif ġej:
|
29. |
F’Anness V, Parti B, Sezzjoni II, jiżdied punt ġdid nru 9: Qoxra iżolata tal-koniferi (Coniferales), li toriġina minn pajjiżi mhux Ewropej |
(1) ĠU L 256, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 1789/2003/KE (ĠU L 281,tad-29.4.2004, p. 1).