Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0088

    Direttiva tal-Kummissjoni 2004/88/KE tas- 7 ta' Settembru 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-iskop li jiġi addattat l-Anness III tagħha għall-progress tekniku Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 287, 8.9.2004, p. 5–6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 118–119 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/88/oj

    5.7.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

    118


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2004/88/KE

    tas-7 ta' Settembru 2004

    li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, għall-iskop li jiġi addattat l-Anness III tagħha għall-progress tekniku

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u Prodotti Mhux ta’ l-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,

    Billi:

    (1)

    Minħabba li l-istima tar-riskju ma kinitx tlestiet skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 793/93 dwar l-evalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (2), il-perjodu ta’ l-inklużjoni fit-2 Parti ta’ l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE għall-musk xylene u l-musk ketone ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2004.

    (2)

    Fit-8 ta’ Jannar 2004, il-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent addotta opinjoni dwar ir-riżultati ta’ l-istima tar-riskju tal-musk xylene u l-musk ketone li saret skond ir-Regolament (KEE) 793/93.

    (3)

    Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u Prodotti Mhux ta’ l-Ikel (SCCNFP) ikkonferma li l-musk xylene jista’ jintuża b’sigurtà fil-prodotti kosmetiċi, minbarra l-prodotti tal-kura orali, sa konċentrazzjoni massima fil-prodott finali ta’ 1% fil-fwieħa fina, 0.4 % fl-eau de toilette u 0.03 % f’prodotti oħrajn u li l-musk ketone jista’ jintuża b’sigurtà fil-prodotti kosmetiċi, minbarra l-prodotti tal-kura orali, sa konċentrazzjoni massima fil-prodott finali ta’ 1.4 % fil-fwieħa fina, 0.56 % fl-eau de toilette u 0.042 % f’prodotti oħrajn.

    (4)

    Għalhekk huwa meħtieġ illi l-musk xylene u l-musk ketone jiġu inklużi fl-1 Parti ta’ l-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE filwaqt li r-reġistrazzjonijiet korrispondenti fit-2 Parti ta’ dak l-Anness għandhom jiġu mħassra.

    (5)

    Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata f’dan is-sens.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2004. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali riferenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula f’Brussel, nhar is-7 ta' Settembru 2004.

    Għall-Kummissjoni

    Olli REHN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2003/83/KE (ĠU L 238, 25.9.2003, P.26).

    (2)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


    ANNESS

    L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE huwa emendat kif ġej:

    1)

    Fit-2 Parti, in-noti taħt in-numri ta’ riferenza 61 u 62 huma mħassra.

    2)

    Fl-1 Parti, dawn in-noti li ġejjin huma miżjuda bħala numri ta’ riferenza 96 u 97:

    Numru ta’ Riferenza

    Sustanza

    Restrizzjonijiet

    Kundizzjonijiet ta’ l-użu u twissijiet li għandhom ikunu stampati fuq it-tikketta

    Qasam ta’ applikazzjoni u/jew użu

    Konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku lest

    Limitazzjonijiet u rekwiżiti oħrajn

    a

    b

    c

    d

    e

    f

    “96

    Musk xylene (CAS Nru 81-15-2)

    Il-prodotti kosmetiċi kollha, ħlief għall-prodotti tal-kura orali

    (a)

    1,0 % fil-fwieħa fina

    (b)

    0,4 % fl-eau de toilette

    (c)

    0,03 % f’prodotti oħrajn

     

     

    97

    Musk ketone (CAS Nru 81-14-1)

    Il-prodotti kosmetiċi kollha, ħlief għall-prodotti tal-kura orali

    (a)

    1,4 % fil-fwieħa fina

    (b)

    0,56 % fl-eau de toilette

    (c)

    0,042 % f’prodotti oħrajn”

     

     


    Top