Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0029

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/29/KE ta' l-4 ta' Marzu 2004 dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli

ĠU L 71, 10.3.2004, pp. 22–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

⏵Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/29/oj

32004L0029



Official Journal L 071 , 10/03/2004 P. 0022 - 0027


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/29/KE

ta' l-4 ta' Marzu 2004

dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propogazzjoni veġitattiva tad-dielja [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2003/61/KE, u partikolarment l-Artikolu 5d [2] tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/169/KEE ta' l-14 ta' April 1972 dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli [3] ġiet emendata b'mod sostanzjali [4]. Fl-interessi taċ-ċarezza u r-razzjonalità l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2) Skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 68/193/KEE, l-Istati Membri huma obbligati jagħmlu katalogu tal-varjetajiet aċċettati għal ċertifikazzjoni u spezzjoni ta' materjal tal-propogazzjoni standard fit-territorju tagħhom.

(3) L-aċċettanza ta' varjetajiet hi suġġetta għal kondizzjonijiet Komunitarji li għandhom jiġu nfurzati permezz ta' spezzjonijiet uffiċjali u partikolarment permezz ta' spezzjonijiet ta' prodotti tar-raba'.

(4) L-ispezzjonijiet għandhom ikopru numru suffiċjenti ta' karatteristiċi biex ikun possibbli li l-varjetajiet jiġu deskritti.

(5) Il-karatteristiċi minimi li għandhom jgħaddu minn spezzjoni għandhom jiġu ddeterminati fuq livell Komunitarju.

(6) 'Il fuq minn dan, il-kondizzjonijiet minimi għat-twettiq ta' l-ispezzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti.

(7) Dawn il-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl ta' l-istat preżenti ta' għarfien xjentifiku u teknoloġiku.

(8) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żriegħat u Materjal Propaganti għal Agrikoltura, Ortikoltura u Forestrija.

(9) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-direttivi stabbiliti fl-Anness III, il-parti B,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li spezzjonijiet uffiċjali mwettqin għall-aċċettanza ta' varjetajiet tad-dielja għandhom ikopru mill-inqas il-karatteristiċi mniżżlin fl-Anness I.

Għandhom jassiguraw li l-kondizzjonijiet minimi mniżżlin fl-Anness II huma miksubin fil-ħin ta' l-ispezzjonijiet.

Artikolu 2

Id-Direttiva 72/169/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness III, il-parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, il-parti B.

Referenzi għad-Direttivi mħassrin għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 3

Din id-Direttiva ghandha tidhol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, l-4 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 93, tas-17.4.1968, pġ. 15.

[2] ĠU L 165, tat-3.7.2003, pġ. 23.

[3] ĠU L 103, tat-2.5.1972, pġ. 25.

[4] Ara l-Anness III, il-parti A

--------------------------------------------------

ANNESS I

PARTI A KARATTERISTIĊI MORFOLOĠIĊI KKUNSIDRATI FL-EŻAMI GĦAL DISTINTIVITÀ, STABBILTÀ U OMOGENJETÀ

1. FORMAZZJONI TAL-BlANZUNI TAL-WERAQ FUQ FERGĦA LI QED TIKBER 10 SA 2 ĊM FIT-TUL

1.1. forma

1.2. kulur (mal-ftuħ biex titħalla osservazzjoni ta' l-anthocyanins)

1.3. pilożità

2. FERGĦA ERBAĊI FIL-ĦIN TA' L-GĦEMIL TA' FJURI

2.1. qasma tan-nofs transversali (forma u kontorn)

2.2. pilożità

3. ZOKK LINJUŻ

3.1. faċċata

3.2. merithallus

4. DISTRIBUZZJONI TAR-RIMJI

5. WERAQ ŻGĦAR TA' FUQ FERGĦA LI QED TIKBER 10 SA 30 ĊM FIT-TUL (L-EWWEL TLIET WERAQ DISTINTI MIL-FORMAZZJONI TAL-BLANZUNI TAL-WERAQ, MGĦODDIJIN MINN DAK IL-PUNT)

5.1. kulur

5.2. pilożità

6. WERQA MATURA (LI TINSAB BEJN IT-TMIEN U L-ĦDAX-IL GĦOQDA)

6.1. ritratt

6.2. tpinġija jew stampa diretta bl-iskala

6.3. forma ġenerali

6.4. numru ta' lobi bil-weraq

6.5. sinus taz-zokk

6.6. fond tas-sinus laterali ta' fuq u t'isfel

6.7. pilożità tal-faċċata ta' isfel

6.8. faċċata

6.9. serration laterali

7. FJURA

sess evidenti

8. GĦANQUD GĦENEB MAL-MATURITÀ INDUSTRIJALI (FIR-RIGWARD TA' VARJETAJIET TA' GĦENEB TA' L-INBIB U VARJETAJIET TA' GĦENEB TAL-MEJDA)

8.1. ritratt (bl-iskala)

8.2. forma

8.3. daqs

8.4. pedunkulu (tul)

8.5. piż medju fi grammi

8.6. ġbir

8.7. kumpattezza ta' l-għanqud

9. FROTTA MAL-MATURITÀ INDUSTRIJALI (FIR-RIGWARD TA' VARJETAJIET TA' GĦENEB TA' L-INBIB U GĦENEB TAL-MEJDA)

9.1. ritratt (bl-iskala)

9.2. forma

9.3. forma b'indikazzjoni ta' piż medju

9.4. kulur

9.5. qoxra (fir-rigward ta' varjetajiet ta' għeneb tal-mejda)

9.6. numru ta' zerriegħat (fir-rigward ta' varjetajiet ta' għeneb tal-mejda)

9.7. polpa

9.8. meraq

9.9. togħma

10. ŻERRIEGĦA (FIR-RIGWARD TA' VARJETAJIET TA' GĦENEB TA' L-INBIB U GĦENEB TAL-MEJDA)

ritratt taż-żewġ naħat u l-profil (bl-iskala).

PARTI B KARATTERISTIĊI FIŻJOLOĠIĊI KKUNSIDRATI FL-EŻAMI GĦAL DISTINTIVITÀ, STABBILTÀ U OMOGENJETÀ

1. FENOMENI VEĠETATTIVI

1.1. Stabbilixximent ta' dati fenoloġiċi

Id-dati fenoloġiċi huma stabbiliti b'paragun ma' waħda jew aktar mill-varjetajiet tal-kontroll.

1.1.1.fir-rigward tal-Ġermanja

1.1.1.1.varjetajiet ta' għeneb abjad | —Weißer Riesling, Weißer Gutedel, Müller-Thurgau |

1.1.1.2.varjetajiet ta' għeneb iswed | —Blauer Spätburgunder |

1.1.2.fir-rigward tal-Greċja

1.1.2.1.varjetajiet ta' għeneb abjad | —Savatiano, Zoumiatiko, Vilana, Assyrtiko, Chardonnay |

1.1.2.2.varjetajiet ta' għeneb iswed | —Mandilaria, Xynomavro, Cabernet Sauvignon, Korinthiaki |

1.1.2.3.varjetajiet ta' għeneb tal-mejda | —Razaki, Cardinal, Italia, Soultanina, Perlette |

1.1.3.fir-rigward ta' l-Ispanja

1.1.3.1.varjetajiet ta' għeneb abjad | —Airen, Palomino, Pedro Ximénez, Viura-Macabeo |

1.1.3.2.varjetajiet ta' għeneb iswed | —Bobal, Garnacha, Mazuela, Tempranillo |

1.1.3.3.varjetajiet ta' għeneb tal-mejda | —Moscatel, Roseti, Aledo, Ohanes |

1.1.4.fir-rigward tal-Franza

1.1.4.1.varjetajiet ta' għeneb abjad | —Riesling, Chasselas blanc, Müller Thurgau, Sauvignon, Ugni |

1.1.4.2.varjetajiet ta' għeneb iswed | —Grenache noir |

1.1.4.3.varjetajiet ta' għeneb tal-mejda | —Cardinal rouge, Chasselas blanc, Alphonse Lavallée, Servant |

1.1.5.fir-rigward ta' l-Italja

1.1.5.1.varjetajiet ta' għeneb abjad | —Trebbiano toscano, Pinot bianco, Chasselas dorato |

1.1.5.2.varjetajiet ta' għeneb iswed | —Barbera, Merlot, Sangiovese |

1.1.5.3.varjetajiet ta' għeneb tal-mejda | —Regina, Chasselas dorato, Cardinal |

1.1.6.fir-rigward tal-Lussemburgu

varjetajiet ta' għeneb abjad | —Riesling, Müller-Thurgau. |

1.2. Data tal-ftuħ

Data fuq liema l-għajnejn ta' dielja mqaċċta normalment infaqaw, u wrew il-polożità interna tagħhom fir-rigward ta' dik tal-varjetajiet tal-kontroll:

1.3. Data ta' l-għemil ta' fjuri sħiħ

Data fuq liema għal ċertu numru ta' pjanti nofs il-fjuri huma miftuħin bi paragun ma' varjetajiet tal-kontroll.

1.4. Maturità (fir-rigward ta' varjetajiet ta' għeneb ta' l-inbid u varjetajiet ta' għeneb tal-mejda)

Minn barra l-perjodu ta' maturità indikazzjoni għandha tiġi mogħtija tad-densità jew grad probabbli ta' l-għeneb magħsur (must), l-aċidità tiegħu u l-ġabra korrispondenti ta' għeneb espressa f'kilogrammi għal kull ettaru, b'paragun ma' waħda jew aktar varjetajiet tal-kontroll, li tagħti jekk possibbli ġabriet ta' daqs simili.

2. KARATTERISTIĊI TAL-KULTIVAZZJONI

2.1. Qawwa

2.2. Mod kif jikber (pożizzjoni ta' l-ewwel blanzuna li tagħti l-frott, daqs preferit)

2.3. Produzzjoni

2.3.1. regolarità

2.3.2. ġabra

2.3.3. anomaliji

2.4. Reżistenza jew sensittività

2.4.1. għal kondizzjonijiet mhux favorevoli

2.4.2. għal insetti jew annimali li jeqirdu

2.4.3. probabbiltà li tinfaqa' ta' l-għenba

2.5. Imġiba matul propagazzjoni veġitattiva

2.5.1. tlaqqim (grafting)

2.5.2. propagazzjoni permezz ta' biċċiet maqtugħin

3. UTILIZZAZZJONI

3.1. għal għeneb ta' l-inbid

3.2. għal għeneb tal-mejda

3.3. bħala ħażniet ta' l-għeruq

3.4. għal użi industrijali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

KONDIZZJONIJIET MINIMI GĦAT-TWETTIQ TA' SPEZZJONIJIET

1. INFORMAZZJONI EKOLOĠIKA

1.1. post

1.2. kondizzjonijiet ġeografiċi

1.2.1. lonġitudni

1.2.2. latitudni

1.2.3. altitudni

1.2.4. esposizzjoni u xaqliba

1.3. kondizzjonijiet klimatiċi

1.4. tip ta' ħamrija

2. PROĊEDURA TEKNIKA

2.1. Għal għeneb ta' l-inbid u għeneb tal-mejda

2.1.1. 24 dwieli jekk possibbli fuq bosta ħażniet ta' l-għeruq differenti

2.1.2. mill-inqas tliet snin ta' produzzjoni

2.1.3. mill-inqas żewġ postijiet li għandhom kondizzjonijiet ekoloġiċi differenti

2.1.4. it-teħid tat-tilqima għandu jiġi eżaminat bi mill-inqas tliet varjetajiet ta' ħażniet ta' l-għeruq

2.2. Għal varjetajiet ta' ħazniet ta' l-għeruq

2.2.1. ħames dwieli bi mill-inqas żewġ forom ta' modi kif jikbru

2.2.2. ħames snin wara t-tħawwil

2.2.3. tliet postijiet li għandhom kondizzjonijiet ekoloġiċi differenti

2.2.4. it-teħid tat-tilqima għandu jiġi eżaminat bi mill-inqas tliet varjetajiet ta' xitla (scion).

--------------------------------------------------

ANNESS III

PARTI A Id-Direttiva mħassra bl-emendi tagħha

(imsejħa fl-Artikolu 2)

—Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/169/KEE | (ĠU L 103, tat- 2.5.1972, pġ. 25) |

—Id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/267/KEE | (ĠU L 169, tas- 26.6.1986, pġ. 46) |

PARTI B Lista ta' limiti tal-ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsejħa fl-Artikolu 2)

Id-Direttiva | Limitu tal-ħin għal trasposizzjoni |

72/169/KEE | 1 Lulju 1972 |

86/267/KEE | 1 Jannar 1987 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TABELLA TAL-KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 72/169/KEE | Din id-Direttiva |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2 | — |

— | L-Artikolu 2 |

— | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 4 |

L-Anness I il-parti A | L-Anness I il-parti A |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1a | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1a.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1a.2 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.2 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1a.3 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.3 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1b | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3 |

L-Anness I il-Parti B il-punt 1.1.1b.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1b.2 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.2 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.1b.3 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.3 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.4 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.4.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.2 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.4.2 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.2.3 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.4.3 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.5 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.1 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.5.1 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.2 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.5.2 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.3.3 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.5.3 |

L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.4 | L-Anness I il-parti B il-punt 1.1.6 |

L-Anness I il-part B il-punt 1.2 | L-Anness I il-part B il-punt 1.2 |

L-Anness I il-part B il-punt 1.3 | L-Anness I il-part B il-punt 1.3 |

L-Anness I il-part B il-punt 1.4 | L-Anness I, il-part B il-punt 1.4 |

L-Anness I il-parti B il-punti 2 u 3 | L-Anness I il-parti B il-punti 2 u 3 |

L-Anness II | L-Anness II |

— | L-Anness III |

— | L-Anness IV |

--------------------------------------------------

Top