This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004L0005
Commission Directive 2004/5/EC of 20 January 2004 amending Directive 2001/15/EC to include certain substances in the Annex (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/5/KE ta' l-20 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2001/15/KE sabiex tinkludi ċerti sustanzi fl-AnnessTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/5/KE ta' l-20 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2001/15/KE sabiex tinkludi ċerti sustanzi fl-AnnessTest b'relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 14, 21.1.2004, p. 19–20
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0953
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001L0015 | Tlestija | anness | 10/02/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32009R0953 | 31/12/2009 |
Official Journal L 014 , 21/01/2004 P. 0019 - 0020
Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/5/KE ta' l-20 ta' Jannar 2004 li temenda d-Direttiva 2001/15/KE sabiex tinkludi ċerti sustanzi fl-Anness (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu nutrijenti partikolari [1], u partikolarment l-Artikolu 4(2) tiegħu, Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel jew l-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurta ta' l-Ikel, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/15/KE tal-15 ta' Frar 2001 dwar sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal għanijiet speċifiċi nutrittivi f'ikel għal użu nutrijenti partikolari [2] tispeċifika ċerti kategoriji ta' sustanzi u ssemmi għal kull waħda minnhom is-sustanzi li jistgħu jintużaw fil-fabbrikazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel għal użu nutrijenti partikolari. Tipprovdi li Stati Membri għandhom jipprojbixxu l-kummerċ fi prodotti li ma jikkonformawx mad-Direttiva b'effett mill-1 ta' April 2004. (2) Fil-ħin ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2001/15/KE numru ta' sustanzi kimiċi miżjuda għal għanijiet speċifiċi nutrittivi f'xi ikel għal użu nutrijenti partikolari, li jinbiegħu fis-suq f'xi Stati Membri, ma setgħux jiġu nklużi fl-Anness ma' dik id-Direttiva minħabba li ma kienux ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (KXI). (3) Dawk is-sustanzi kimiċi li minn dak in-nhar ġew evalwati mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel jew mill-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurta ta' l-Ikel u rċevew evalwazzjoni xjentifika favorevoli għandhom jiġu nklużi fl-Anness mad-Direttiva 2001/15/KE. (4) Minħabba li prodotti li jikkontjenu dawk is-sustanzi huma fis-suq f'ċerti Stati Membri, huwa meħtieġ li din id-Direttiva tiġi mibdula qabel l-1 ta' April 2004, sabiex jiġi evitat li l-projbizzjoni provvduta fid-Direttiva 2001/15/KE issir applikabbli għal dawk is-sustanzi għal perjodu ta' żmien limitat, li jista' jikkawża taħwid mhux mistħoqq tas-suq. (5) Id-Direttiva 2001/15/KE għandha tiġi emendata kif xieraq. (6) Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-Anness mad-Direttiva 2001/15/KE huwa emendat b'mod konformi ma' l-Anness ta' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu 2004. Għandhom jikkomunikaw fil-pront lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-riferenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-istati membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fl-20 ta' Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 186, tat-30.6.1989, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) No 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1). [2] ĠU L 52, tat-22.2.2001, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS L-Anness mad-Direttiva 2001/15/KE huwa emendat kif ġej: 1. Fit-Taqsima rigward Kategorija 2. Minerali, tiżdied il-linja li ġejja taħt l-intestatura KALĊJU: "Sustanza | Kondizzjonijiet ta' użu | Kollha FPNU | FSMP | —solfat | x" | | 2. Fit-Taqsima rigward Kategorija 3. Amino aċidi, jiżdiedu l-linji li ġejjin: "Sustanza | Kondizzjonijiet ta' użu | Kollha FPNU | FSMP | —L-serine | | x | —L-arginine-L-aspartate | | x | —L-lysine-L-aspartate | | x | —L-lysine-L-glutamate | | x | —N-acetyl-L-cysteine | | x | —N-acetyl-L-methionine | | x fi prodotti maħsuba għal persuna ta' eta ta' aktar minn sena" | 3. Fit-Taqsima rigward Kategorija 4. Carnitine u taurine , tiżdied il-linja li ġejja: "Sustanza | Kondizzjonijiet ta' użu | Kollha FPNU | FSMP | —L-carnitine-L-tartrate | x" | | --------------------------------------------------