Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0931

    Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Eupol Kinshasa/1/2004 tad- 9 ta' Diċembru 2004 dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE f'Kinshasa (DRC), EUPOL KINSHASA

    ĠU L 396, 31.12.2004, p. 61–61 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 487–487 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/931/oj

    7.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    487


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL KINSHASA/1/2004

    tad-9 ta' Diċembru 2004

    dwar il-ħatra tal-Kap ta' Missjoni

    tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE f'Kinshasa (DRC),

    EUPOL KINSHASA

    (2004/931/PESK)

    IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 25(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/PESK tad-9 ta' Diċembru 2004 dwar it-tnedija tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE f'Kinshasa (DRC) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u 8 tagħha

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 5 u 8 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-TUE, inklużi s-setgħat li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' Missjoni.

    (2)

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli propona l-ħatra tas-Sur Adilio CUSTODIO,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Adilio CUSTODIO qiegħed hawn jiġi maħtur Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-UE f'Kinshasa (DRC) fir-rigward ta' l-Unità Integrata tal-Pulizija (IPU) (EUPOL KINSHASA) mill-jum li l-missjoni ser tiġi mnedija. Sa dik id-data, huwa għandu jaġixxi bħala l-Kap tat-Tim ta' l-Ippjanar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

    Hija għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2005.

    Magħmula fi Brussel, nhar id-9 ta' Diċembru 2004.

    Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

    Il-President

    A. HANER


    (1)  ĠU L 367, 14.12.2004, p. 30.


    Top