This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004D0664
2004/664/EC: Council Decision of 24 September 2004 adapting Decision 2004/246/EC by reason of the accession of the Czech Republic, Estonia, Cyprus, Latvia, Lithuania, Hungary, Malta, Poland, Slovenia and Slovakia
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Settembru 2004 li tadatta d-Deċiżjoni 2004/246/KE minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Settembru 2004 li tadatta d-Deċiżjoni 2004/246/KE minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja
ĠU L 303, 30.9.2004, p. 28–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 346–347
(MT)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004D0246 | Sostituzzjoni | artikolu 2.3 | 01/05/2004 | |
Modifies | 32004D0246 | Sostituzzjoni | artikolu 2.1 | 01/05/2004 | |
Modifies | 32004D0246 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 01/05/2004 |
30.5.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
346 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-24 ta' Settembru 2004
li tadatta d-Deċiżjoni 2004/246/KE minħabba l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' l-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tas-Slovenja u tas-Slovakkja
(2004/664/EK)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003”),
Wara li kkunsidra l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (“Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-2003”), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Għal ċerti atti li jibqgħu validi wara l-1 ta' Mejju 2004 u li jeħtieġu li jkunu adattati minħabba l-adeżjoni, ma sarx provvediment għal dawn l-adattamenti neċessarji fl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, jew kienu previsti, iżda aktar adattamenti huma meħtieġa. |
(2) |
Skond l-Artikolu 57(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, dawn l-adattamenti għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn il-Kunsill adotta l-att oriġinali waħdu jew flimkien mal-Parlament Ewropew. |
(3) |
Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/246/KE, (1) l-Istati Membri huma awtorizzati li, fl-interessi tal-Komunità Ewropea, jiffirmaw, jirratifikaw jew jaderixxu mall-Protokoll ta' l-2003 għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Istabbiliment ta' Fond Internazzjonali għal Kumpens għad–Danni minn Tniġġiż miż-Żejt, 1992, u, fl-istess waqt, l-Awstrija u l-Lussemburgu huma awtorizzati, fl-interessi tal-Komunità Ewropea, li jaderixxu ma' l-istrumenti sottostanti. |
(4) |
Skond l-Artikolu 53 ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003, id-Deċiżjoni 2004/246/KE tapplika għall-Istati Membri ġodda mill-mument ta' l-adeżjoni. Madankollu, fil-każ ta' l-Istati Membri l-ġodda li mhumiex Partijiet Kontraenti ta' l-istrumenti sottostanti, jiġifieri r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, u s-Slovakkja, tinħtieġ awtorizzazzjoni speċifika mill-Kunsill li tippermetti lil dawn l-Istati li jaderixxu ma' l-istrumenti sottostanti u mal-Protokoll ta' l-2003 u li tistedinhom jaqblu li jintrabtu b'dawn l-istrumenti sottostanti u bil-Protokoll qabel l-aħħar ta' Diċembru 2005. |
(5) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (2) u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Id-Deċiżjoni 2004/246/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2004/246/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b'li ġej: “2. Barra minn hekk, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, l-Awstrija u s-Slovakkja huma b'dan awtorizzati jaderixxu ma' l-istrumenti sottostanti”; |
2) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.
Hi għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2004.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.
Magħmula fi Brussell, nhar l-24 ta' Settembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
L. J. BRINKHORST
(1) ĠU L 78, tas-16.3.2004, p. 22.
(2) ĠU L 12, tas-16.1.2001, p.1.