Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0589

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 19 Lulju 2004 dwar in-notifika lir-Repubblika tal-Korea ta' l-irtirar tal-Komunità Ewropea mill-Ftehim dwar l-akkwisti fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

    ĠU L 260, 6.8.2004, p. 8–8 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 191–191 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/589/oj

    30.5.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    191


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-19 Lulju 2004

    dwar in-notifika lir-Repubblika tal-Korea ta' l-irtirar tal-Komunità Ewropea mill-Ftehim dwar l-akkwisti fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

    (2004/589/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 8(5) tal-Ftehim dwar l-akkwisti fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (1) (“il-Ftehim”) kif adottat mid-Deċiżjoni 97/784/KE (2),

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 8(5) tal-Ftehim kull parti tista' tirtira mill-Ftehim billi tinnotifika lill-parti l-oħra.

    (2)

    Il-Ftehim, ma' l-irtirar ta' l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet tal-Komunità, mal-liberalizzazzjoni tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet Korean u mal-privatizzazzjoni tal-Korea Telekom, tilef kull skop.

    (3)

    Il-Korea wkoll tikkunsidra li l-Ftehim tilef kull skop.

    (4)

    Huwa xieraq li l-Komunità għandha tirtira mill-Ftehim.

    (5)

    Il-Kunsill għandu jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnotifika l-irtirar mill-Ftehim.

    (6)

    Il-Memorandum dwar l-akkwisti ta' operaturi privati tat-telekomunikazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea (3) għandu jinżamm fis-seħħ,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Komunità tirtira b'dan mill-Ftehim dwar l-akkwisti fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Korea.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qed jiġi b'dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) li għandha s-setgħa biex tinnotifika lir-Repubblika tal-Korea bl-irtirar.

    Magħmula fi Brussell, fid-19 ta' Lulju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. H. DONNER


    (1)  ĠU L 321, tat-22.11.1997 p. 32.

    (2)  ĠU L 321, tat-22.11.1997 p. 30.

    (3)  ĠU L 321, tat-22.11.1997, p. 41.


    Top