Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0578

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju

    ĠU L 261, 6.8.2004, p. 63–63 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/578/oj

    Related international agreement

    32004D0578



    Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0063 - 0063


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tad-29 ta' April 2004

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kwadru bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju

    (2004/578/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 170, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagafu ta' l-Artikolu 300(2) u ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità, Ftehim ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju.

    (2) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità nhar il-25 ta' Novembru 2003 soġġett għall-possibilità ta' konklużjoni aktar tard.

    (3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b'hekk awtorizzat illi jaħtar l-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita, f'isem il-Komunità l-att ta' approvazzjoni, kif għalih hemm provdut fl-Artikolu 12(1) tal-Ftehim Kwadru, sabiex jesprimi l-kunsens tal-Komunità bħala marbuta.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-29 ta' April 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. McDowell

    [1] Opinjoni mogħtija nhar l-20 ta' April 2004 (għadha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    --------------------------------------------------

    Top