Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0122

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward l-influwenza ta’ l-għasafar f’ċerti pajjiżi Asjatiċi (notifikata bid-dokument numru K(2004) 389)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 36, 7.2.2004, p. 59–61 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2005; Imħassar b' 32005D0692

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/122(1)/oj

    32004D0122



    Official Journal L 036 , 07/02/2004 P. 0059 - 0061


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tas-6 ta’ Frar 2004

    li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni rigward l-influwenza ta’ l-għasafar f’ċerti pajjiżi Asjatiċi

    (notifikata bid-dokument numru K(2004) 389)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2004/122/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (6) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tal-18 ta’ Diċembru 1997 li tniżżel il-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1), (5) u (6) tagħha,

    Billi:

    (1) L-influwenza ta’l-għasafar hija marda infettuża virali fit-tjur u l-għasafar, li tikkawża l-mewt u distirbi li malajr jilħqu proporzjonijiet epiżotiċi li x’aktarx jippresentaw theddida serja għas-saħa ta’l-annimali u għas-saħħa pubblika u jnaqqsu sew il-profitibilità tat-trobbija tat-tjur.

    (2) L-influwenza ta’ l-għasafar ġiet konfermata f’diversi pajjiżi Asjatiċi inklużi l-Kambodja, l-Indoneżja, il-Ġappun, Laos, il-Pakistan, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina inkluż it-territorju ta’ Hong Kong, il-Korea ta’ Isfel, it-Tajlandja u l-Vjetnam.

    (3) Sa mit-3 ta’ Frar 2004 12-il każ ta’ bnedmin ta’ infezzjoni bil-karatteristika tal-virus ta’ l-influwenza ta’l-għasafar ġew rapportati fil-Vjetnem u fit-Tajlandja, li wħud minnhom kienu fatali.

    (4) L-importazzjoni ta’ tjur ħajjin u ratiti ħajjin inkluż il-bajd tagħhom għat-tfaqqis, ku tista’ toħ;oq riskju għall-introduzzjoni tal-marda fil-Komunità, mhix awtorizzata minn dawn il-pajjiżi.

    (5) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/984/KE [4] tipprovdi l-kondizzjonijiet u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk tat-tjur; it-Tajlandja u partijiet tat-territorju tar-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina huma nklużi f’din id-Deċiżjoni.

    (6) Id = Deċożjoni tal-Kummissjoni 2000/609/KE [5] tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u pubblika u ċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet ta’ laħam frisk ta’ ratiti mrobbija; it-Tajlandja hija nkluża f’din id-Deċiżjoni.

    (7) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/572/KE [6] tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ kapulljat u preparazzjonijiet tal-laħam minn pajjiżi terzi; it-Tajlandja u partijiet mit-territorju tar-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina huma awtorizzati għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ dawk il-prodotti.

    (8) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/585/KE [7] tniżżel il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u pubblika u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta’ laħam tal-kaċċa ferali u mrobbija u laħam tal-fenek minn pajjiżi terżi u t-Tajlandja hija inkluża f’din id-Deċiżjoni.

    (9) Importazzjonijiet miksuba minn għasafar maqtula wara l-1 ta’ Jannar 2004 mit-Tajlandja lejn il-Komunità tal-prodotti li ġejjin: (a) laħam frisk tat-tjur, ratiti, kaċċa bir-rix ferali u mrobbija; (b) preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li jkun fihom laħam ta’ dawk l-ispeċi; (ċ) materja prima għall-produzzjoni ta’ ikel għal annimali domestiċi u ta’ bakd għall-konsum mill-bniedem, kienu ġew sospiżi bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/84/KE [8], u l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti mhix awtorizzata minn xi wieħed mill-pajjiżi msemmija hawn fuq.

    (10) Skond il-Kapitolu 14(1)(B) ta’ l-Anness I li jinsab mad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (applikabbli biss sat-30 ta’ April 2004) u bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-importazzjoni ta’ demel mhux ipproċessat tat-tjur tista’ tiġi biss awtorizzata minn dawk il-pajjiżi terzi awtorizzati li jimportaw fil-Komunità laħam frisk tat-tjur u għalhekk dawk l-importazzjonijiet mhux sejrin ikunu jistgħu aktar jiġu awtorizzati b’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    (11) D-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE [9], tniżżel il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam u tistabbilixxi reġimi ta’ trattament sabiex jiġi prevenut ir-riskju ta’ trasmissjoni ta’ mard permezz ta’ dak il-prodotti. It-trattament li għandu jiġi applikat lill-prodotti jiddependi fuq l-istatus tas-saħħa tal-pajjiż ta’ l-oriġini b’relazzjoni ma’ l-ispeċi tal-laħam li minnu jinkiseb il-prodott; sabiex jiġi evitat piż żejjed fuq il-kummerċ, importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tjur li joriġina fit-Tajlandja ittrattat b’temperatura ta’l-anqas ta’ 70 °C mal-prodott kollu għandhom jibqgħu jkunu awtorizzati.

    (12) Fir-rigward tal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ annimali, l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur minn ċerti partijiet tat-territorju tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-Komunità kienet awtorizzata, iżda mbagħad ġiet sospiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/69/KE [10] minn kmieni fl-2002 fir-rigward ta’ ċerti ħtiġie tas-saħħa pubblika. Minħabba s-sitwazzjoni presenti ta’ l-influwenza ta’l-għasafar huwa xieraq għal raġunijiet ta’ kjarezza u ċertezza legali li tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ laħam frisk tat-tjur, ta’ preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsoistu fi jew li jkun fihom xi partijiet tat-tjur, u ikel nej ta’ annimali domestiċi u materjal ta’ l-għalf li jkun fih kull partijiet tat-tjur ukoll mill-punto di vista tas-sa-saħħa ta’ l-annimali.

    (13) Fir-rigward tal-ħtiġiettas-saħħa ta’ l-annimali, l-importazzjoni ta’ bajd għall-konsum mill-bniedem hija fil-prinċipju awtorizzata mit-Tajlandja, r-Repubblika tal-Poplu taċ-¬ina u l-Korea ta’ Isfel, iżda ebda wieħed minn dawn il-pajjiżi ma pprovda l-garanziji kollha meħtieġa għas-saħħa pubblika li huma meħtieġa biex jiġu permessi dawk l-importazzjonijiet. Madankollu, għal raġunijiet ta’ ċertezza u kjarezza legali huwa għalhekk xieraq li dawk l-importazzjonijiet ikunu projbiti wkollgħar-raġunijiet tas-saħħa ta’ l-annimali.

    (14) Skond id-Direttiva 92/118/KEE [11] (applikabbli biss sat-30 ta’ April 2004), u r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [12], l-importazzjonijiet ta’ trofej mhux ittrattati ta’ kaċċa minn għasafar li joriġinaw fit-Tajlandja, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Korea ta’ Isfel huma fil-present awtorizzati. Minħabba s-sitwazzjoni presenti ta’ l-influwenza ta’l-għasafar dawn l-importazzjonijiet għandhom jiġi sospiżi, u b’hekk jipprevjenu xi riskju ta’ l-introduzzjoni tal-marda fil-Komunità.

    (15) Skond id-Direttiva 92/118/KEE (applikabbli biss sat-30 ta’ April 2004) u r-Regolament (KE) Nru 1774/2002, l-importazzjoni ta’ rix mhux proċessat u partijiet tar-rix li joriġinaw mill-pajjiżi Asjatiċi effettwati bl-influwenza ta’ l-għasafar elenkati fil-premess 2 huma fil-present awtorizzati. Minħabba sistwazzjoni presenti ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar dawn l-importazzjonijiet għandhom jiġu sospiżi, b’hekk jipprevjenu xi riskju ta’l-introduzzjoni tal-marda fil-Komunità. Madankollu l-importazzjoni ta’ rix tista’ tiġi awtorizzata b’dokument kummerċjali li jakkumpanja li jiddikjara li l-rix ikun għadda minn ċertu trattament.

    (16) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE [13], l-importazzjoni ta’ għasafar minbarra tjur kienet awtorizzata mill-pajjiżi membri ta’ l-OIE (Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta’ l-Annimali), suġġetta għall-garanziji tas-saħħa ta’ l-annimali u għal miżuri stretti ta’ kwarantina wara l-importazzjoni fl-Istati Membri, b’hekk tiġi prevenula l-introduzzjoni possibbli ta’ mard tat-tjur fil-qatgħat tat-tjur tal-Komunità.

    (17) Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali tal-mard f’diversi pajjiżi Asjatiċi u l-konsegwenzi potenzali serji relatati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-virus involut ta’ l-influwenza ta’l-għasafar, bħala miżura addizzjonali ta’ prekawzjoni l-importazzjoni ta’ għasafar minbarra tjur, u wkoll ta’ għasafar domestiċi li jakkumpanjaw lil sidhom fil-Komunità mill-Kambodja, l-Indoneżja, il-Ġappun, Laos, il-Pakistan, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina inkluż it-territorju ta’ Hong Kong, il-Korea ta’ Isfel, it-Tajlandja u l-Vjetnaw ġiet sospiża permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/93/KE [14] sabiex jiġi eskluż kull riskju posibbli li l-marda sseħħ fi stazzjonijiet ta’ kwarantina taħt l-awtorità ta’ l-Istati Membri.

    (18) Sabiex jiġu konsolidati l-miżuri adottati fir-rigward ta’ l-influwenza ta’ l-għasafar fl-Asja u sabiex isiru l-adattazzjonijiet meħtieġa tekniċi u legali, id-Deċiżjonijiet 2004/84/KE u 2004/93/KE għandhom jiġu mħassra u Deċiżjoni ġdida adottata.

    (19) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    L-Artikolu 1

    1. L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-territorju tat-Tajlandja ta’:

    - laħam frisk tat-tjur, ratiti, kaċċa bir-rix imrobbija jew ferali,

    - preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li jkun fihom laħam ta’ dak l-ispeċi,

    - ikel nej għal annimali domestiċi u materjal ta’ għalf mhux ipproċessat li jkun fih kull partijiet ta’ dawk l-ispeċi, u

    - bajd għall-konsum mill-bniedem u trofej ta’ kaċċa mhux ittrattati minn kull għasafar.

    2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti koperti b’dan l-Artikolu li jkunu nkisbu minn għasafar maqtula qabel l-1 ta’ Jannar 2004.

    3. Fiċ-ċertifikati veterinarji/dokumenti kummerċjali li jakkumpanjaw il-kunsinni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 il-kliem li ġejjin kif xieraq għall-ispeċi għandhom jiġu nklużi:

    "Laħam frisk tat-tjur/laħam frisk tar-ratiti/laħam frisk ta’ kaċċa ferali bir-rix/laħam frisk ta’ kaċċa bir-rix imrobbija/prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li jkun fihom laħam tat-tjur, ratiti, laħam ta’ kaċċa ferali jew imrobbija bir-rix, ikel nej ta’ għal annimali domestiċi u metarjal ta’ għalf mhux ipproċessat li jkun fih kull partijiet ta’ tjur, ratiti, kaċċa mrobbija jew ferali [A] Ħassar kif xieraq. miksub minn għasafar maqtula qabel l-1 ta’ Jannar 2004 u skond l-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2004/122/KE."

    .

    4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li jkun fihom laħam ta’ tjur, ratiti, kaċċa mrobbija jew ferali bir-rix meta l-laħam ta’ dawn l-isġeċi jkun għadda minn wieħed mit-trattamenti speċifiċi msemmija taħt il-punti B, C jew D fit-taqsima IV ta’ l-Anness li jinsab mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/222/KE.

    L-Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ta’:

    - laħam frisk tat-tjur,

    - preparajjonijiet tal-laħam jew prodotti tal-laħam li jikkonsistu fi, jew li jkun fihom laħam tat-tjur,

    - ikel nej għal għal annimali domestiċi u materjal mhux ipproċessat ta’ għalf li jkun fih kull partijiet ta’ tjur, u

    - bajd għall-konsum mill-bniedem u trofej mhux ittrattati tal-kaċċa minn kull għasafar.

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Korea ta’ Isfel ta’:

    - ikel nej għal għal annimali domestiċi u materjal mhux ipproċessat ta’ għalf li jkun fih kull partijiet ta’ tjur, u

    - bajd għall-konsum mill-bniedem u trofej mhux ittrattati tal-kaċċa minn kull għasafar.

    L-Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mill-Kambodja, l-Indoneżja, il-Ġappun, Laos, il-Pakistan, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina inkluż it-territorju ta’ Honk Kong, il-Korea ta’ Isfel, it-Tajlandja u l-Vjetnam ta’:

    - rix mhux ipproċessat u partijiet tar-rix, u

    - "għasafar ħajjin minbarra tjur" kif imsemmija fid-Deċiżjoni 2000/666/KE, inklużi għasafar li jakkumpanjaw lil sidhom (għasafar domestiċi).

    2. Għall-importazzjoni ta’ rix ipproċessat jew partijiet tar-rix (eskluż rix dekorattiv ipproċessat, rix ipproċessar li jinġarr minn passiġġieri għall-użu privat tagħhom jew kunsinni ta’ rix ipproċessat mibgħuta lil individwi privati għal għanijiet mhux industrijali) dokument kummerċjali li jiddikjara li r-rix ipproċessat jew partijiet tiegħu ikun ġiet ttrattat b’kurrent ta’ fwar jew b’xi metodu ieħor li jassigura li ebda patoġeni ma jiġu trasmessi għandu jakkumpanja l-kunsinna.

    L-Artikolu 5

    Id-Deċiżjonijiet 2004/84/KE u 2004/93/KE huma mħassra.

    L-Artikolu 6

    L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-importazzjonijiet sabiex iġibuhom f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom minnufih jagħtu l-pubbliċità xierqa tal-miżuri adottati. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mill-ewwel dwarhom.

    L-Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd sal-15 ta’ Awissu 2004.

    L-Artikolu 8

    Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Frar 2004.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 268, ta’ l-24.9.1991, pġ 56.

    [2] ĠU L 162, 01.07.96, p. 1.

    [3] ĠU L 24, 31.01.98, p. 9.

    [4] ĠU L 378, tal-31.12.1994, p. 11, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/477/KE (ĠU L 164, tat-22.6.2002, p. 39).

    [5] ĠU L 258, tat-12.10.2000, p. 49, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/573/KE (ĠU L 194, ta’ l-1.8.2003, p. 89).

    [6] ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 19.

    [7] ĠU L 251, tas-6.10.2000, p. 1, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/646/KE (ĠU L 211, tas-7.8.2002, p. 23).

    [8] ĠU L 17, ta’ l-24.1.2004, p. 57.

    [9] ĠU L 89, ta’ l-4.4.1997, p. 39, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/826/KE (ĠU L 311, tas-27.11.2003, p. 29).

    [10] ĠU L 30, tal-31.1.2002, p. 50, sostitwita bid-Deċiżjoni 2002/994/KE (ĠU L 348, tal-21.1.2002, p. 154) kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/72/KE (ĠU L 26, tal-31.1.2003, p. 84).

    [11] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/721/KE (ĠU L 260, tal-11.10.2003, p. 21).

    [12] ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1.

    [13] ĠU L 278, tal-31.10.2000, p. 26, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, tas-16.4.2002, p. 17).

    [14] ĠU L 27, tat-30.1.2004, p. 55.

    --------------------------------------------------

    Top