Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0060

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar l-issoktar fis-sena 2004 ta’ provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdijin fl-2003

    ĠU L 12, 17.1.2004, p. 52–52 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/60(1)/oj

    32004D0060



    Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0052 - 0052


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tat-23 ta’ Diċembru 2003

    dwar l-issoktar fis-sena 2004 ta’ provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdijin fl-2003

    (2004/60/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar it-tqegħid fis-suq (marketing) ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali [1],

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/744/KE tal-5 ta’ Settembru 2002 li tiġbor l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil għal pjanti ornamentali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1) Id-Deċiżjoni 2002/744/KE tiġbor l-arranġamenti għall-provi u testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu taħt id-Direttiva 98/56/KE fir-rigward ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) mill-2003 sa l-2005.

    (2) Testijiet u provi mwettqa fl-2003 għandhom jissoktaw fl-2004,

    IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu uniku

    Provi u testijiet komparattivi Komunitarji li bdew fl-2003 fuq materjal ta; tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) għandhom jissoktaw fl-2004 skond id-Deċiżjoni 2002/744/KE.

    Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    David Byrne

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

    [2] ĠU L 240, 07.09.02, p. 63.

    --------------------------------------------------

    Top