Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0021

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Diċembru 2003 li tiffissa allokazzjonijiet indikattivi lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanzija, għal miżuri dwar żvilupp rurali għall-perjodu 2004 sa’ 2006

    ĠU L 5, 9.1.2004, p. 87–88 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/21(1)/oj

    32004D0021



    Official Journal L 005 , 09/01/2004 P. 0087 - 0088


    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

    tad-29 ta’ Diċembru 2003

    li tiffissa allokazzjonijiet indikattivi lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja taħt il-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, Taqsima ta’ Garanzija, għal miżuri dwar żvilupp rurali għall-perjodu 2004 sa’ 2006

    (2004/21/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG)) [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

    Billi:

    (1) l-allokazzjoni ta’ approprijazzjoniet kommessi għal miżuri dwar żvilupp rurali integrat fi programmi ta’ Għan 1 għandha tkun ko-finanzjata mill-FAEGG Taqsima Gwida skond l-Artikolu 35(2), l-ewwel inċiż, ta’ Regolament (KE) Nru 1257/1999.

    (2) is-Sostenn mill-Komunità għal miżuri oħra dwar żvilupp rurali, għandhom ikunu ko-finanzjati mill-FAEGG Taqsima Garanzija skond l-Artikolu 47a(1) ta’ Regolament (KE) Nru 1257/1999.

    (3) il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu f’Kopenhagen f’Diċembru 2002 iffissa il-perspettiva finanzjarja li tappratjieni għal żvilupp rurali u miżuri finanzjarji magħhom mill-FAEGG Taqsima Garanzija għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, l-Polonja, l-iSlovenja u l-iSlovakkja għall-perjodu 2004 sa’ 2006 (L-Anness I tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza).

    (4) skond l-Artikolu 46(2) ta’ Regolament (KE) Nru 1257/1999, il-Kummissjoni għandha tagħmel allokazzjonijiet inizjali lil Stati Membri għal miżuri dwar żvilupp rurali ko-finanzjati taħt l-FAEGG Taqsima Garanzija, mqassma fuq bażi annwali u jintużaw kriterji oġġettivi li jieħdu in konsiderazzjoni sitwazzjonijiet partikolari u ħtiġiet, u l-impenni li għandhom jittieħdu għall-ambjent, ħolqien ta’ impjiegi u manutenzjoni tal-pajsaġġ.

    (5) L-allokazzjonijiet indikattivi espressi fil-prezzijiet ta’ l-1999 li jidhru fid-dikjarazzjoni annessa ma’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-iSlovenja u l-iSlovakkja [2] ġew konvertiti għal prezzijiet korrenti,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-allokazzjonijiet inizjali lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-iSlovenja u l-iSlovakkja għal sostenn ta’ żvilupp rurali ko-finanzjat mill-FAEGG Taqsima Garanzija għall-perjodu 2004 sa’ 2006 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ bla ħsara għal u fid-data tal-bidu tas-seħħ tat-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-iSlovenja u l-iSlovakkja.

    Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Diċembru 2003.

    Ghall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, 26.06.99, p. 80. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1783/2003 (ĠU L 270, 21.10.03, p. 70).

    [2] ĠU L 236, 23.09.03, p. 974.

    --------------------------------------------------

    L-ANNESS

    Sostenn għal żvilupp rurali (2004 sa’ 2006)

    Allokazzjoni annwali

    (f'EUR miljuni) |

    Allokazzjoni iniżjali f'termini ta' prezzijiet korrenti |

    | 2004 | 2005 | 2006 | 2004 sa' 2006 |

    Repubblika Ċeka | 163,3 | 182,0 | 197,5 | 542,8 |

    Estonja | 45,3 | 50,4 | 54,8 | 150,5 |

    Ċipru | 22,5 | 25,1 | 27,2 | 74,8 |

    Latvja | 98,7 | 110,0 | 119,4 | 328,1 |

    Lituwanja | 147,3 | 164,1 | 178,1 | 489,5 |

    Ungerija | 181,2 | 201,9 | 219,2 | 602,3 |

    Malta | 8,1 | 9,0 | 9,8 | 26,9 |

    Polonja | 862,4 | 961,0 | 1043,0 | 2866,4 |

    Slovenja | 84,7 | 94,4 | 102,5 | 281,6 |

    Slovakkja | 119,5 | 133,1 | 144,5 | 397,1 |

    --------------------------------------------------

    Top