This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2344
Commission Regulation (EC) No 2344/2003 of 30 December 2003 amending Annex I to Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ĠU L 346, 31.12.2003, p. 38–40
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2004; Impliċitament imħassar minn 32004R1810
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31987R2658 | Emenda | anness 1 | 01/01/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003R2344R(01) | (DA, DE, EL, EN, ES, FR, IT, NL) | |||
Implicitly repealed by | 32004R1810 | 01/01/2005 |
Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0038 - 0040
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2344/2003 tat-30 ta' Diċembru 2003 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu, Billi: (1) In-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 ġiet sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003 tal-11 ta' Settembru 2003 li jemenda l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/97 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni [2], li għandu jibda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2004. (2) Il-Kummissjoni adottat ir-Regolamenti (KE) Nru 1871/2003 [3], (KE) Nru 1949/2003 [4] u (KE) Nru 2205/2003 [5] li jemendaw l-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill KE) Nru 1832/2002 [6]. (3) Biex jiġi żgurat li n-Nomenklatura Magħquda li għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004 tinkludi l-emendi magħmula minn dawn it-tliet Regolamenti, hu meħtieġ li jsiru l-emendi korrispondenti għall-Anness 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1789/2003. (4) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1789/2003, hu hawnhekk emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta' Diċembru 2003. Ghall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2205/2003 (ĠU L 330, tat-18.12.2003, p. 10). [2] ĠU L 281, tat-30.10.2003, p. 1. [3] ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 5. [4] ĠU L 287, 05.11.2003, p. 15. [5] ĠU L 330, tat-18.12.2003, p. 10. [6] ĠU L 290, tat-28.10.2002, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS 1. In-nota addizzjonali 7 tal-Kapitolu 2 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tinbidel b'dan li ġej: "7. Għall-finijiet ta' l-intestatura 0210, it-termini ‘laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu, immellħin jew fis-salmura’ ifissru laħam u interjuri tal-laħam li jittieklu mimlijin sew u omoġeneament bil-melħ fil-partijiet kollha u li jkun fihom kontenut totali ta' melħ ta' 1,2 % jew aktar f'dak li hu piż, basta li hu l-mili bil-melħ li jiżgura l-priservazzjoni fit-tul." 2. In-nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 15 tan-Nomenklatura Magħquda għandha tiġi emendata kif ġej: 1. fin-nota addizzjonali 2(A), it-Tabella 1 tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Tabella 1 Komposizzjoni ta' xaħam/aċidu bħala perċentwal tat-total ta' aċidi xaħmin Aċidu xaħmi | Perċentwal | aċidu miristiku | ≤ 0,05 | aċidu palmitiku | 7,5–20,0 | aċidu palmitoleiku | 0,3–3,5 | aċidu ettadekanoiku | ≤ 0,3 | aċidu ettadeċenoiku | ≤ 0,3 | aċidu steariku | 0,5–5,0 | aċidu oleiku | 55,0–83,0 | aċidu linoleiku | 3,5–2,10 | aċidu linoleniku | ≤ 1,0 | aċidu arakidiku | ≤ 0,6 | aċidu ejkosenoiku | ≤ 0,4 | aċidu beeniku | ≤ 0,3 | aċidu linjoċeriku | ≤ 0,2 | 2. in-nota addizzjonali 2(B) tiġi emendatal kif ġej: (a) il-paragrafu preliminari jinbidel b'dan li ġej: "Is-subintestatura 150910 tkopri biss iż-żjut taż-żebbuġa imfissra fit-Taqsimiet I u II t'hawn taħt, li jinkisbu biss b'mezzi mekkaniċi jew oħrajn fiżiċi f'kondizzjonijiet li ma jwasslux għal xi bidla fiż-żejt, u li ma jkunux għaddew minn xi trattament ieħor ħlief ħasil, tferriegħ, ċentrifugazzjoni jew filtrazzjoni,. Żjut taż-żebbuġa miksuba bl-użu ta' solventi, reaġenti kimiċi jew bijokimiċi, jew bi proċessi ta' riesterifikazzjoni, kif ukoll taħlitiet oħra ma' żjut oħra, huma esklużi minn din is-subintestatura." (b) in-nota addizzjonali 2(B)(I) tiġi emendata kif ġej: (i) it-terminu "żejt taż-żebbuġa lampante verġni" jinbidel bit-terminu; (ii) l-ittra (ċ) tinbidel b'dan li ġej: "(ċ) kontenut ta' aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,5 %;" (iii) l-ittra (g) tiġi emendata kif ġej: - il-punti 1 u 3 jitneħħew; - il-punt 4 jinbidel b'dan li ġej: - "4. karatteristiċi organolettiċi li juru medjan ta' difetti ta' aktar minn 2,5 skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91." (ċ) in-nota addizzjonali 2(B)(II) tiġi emendata kif ġej: (i) l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej: "(a) kontenut ta' aċidu, espress f'aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 2,0 g/100 g;" (ii) l-ittra (e) tinbidel b'dan li ġej: "(e) ko-effiċjent ta' estinzjoni K270 ta' mhux aktar minn 0,25;" (iii) l-ittra (g) tinbidel b'dan li ġej: "(g) karatteristiċi organolettiċi li juru medjan ta' difetti ta' mhux aktar minn 2,5, skond l-Anness XII tar-Regolament (KEE) Nru 2568/91;" (iv) l-ittra (ij) tinbidel b'dan li ġej: "ij) kontenut ta' aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,5 %;" 3. in-nota addizzjonali 2(Ċ) tiġi emendata kif ġej: (a) l-ittra (a) tinbidel b'dan li ġej: "(a) kontenut ta' aċidu, espress f'aċidu oleiku, ta' mhux aktar minn 1,0 g/100 g;" (b) l-ittri (ċ) u (d) jinbidlu b'dan li ġej: "(ċ) Koeffiċjent ta' estinzjoni K270 ta' mhux aktar minn 0,90; (d) varjazzjoni ta' koeffiċjent ta' estinzjoni (K), fiż-żona 270-nm, ta' mhux aktar minn 0,15;" (ċ) l-ittra (f) tinbidel b'dan li ġej: "(f) kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 1,8 %;" 4. in-nota addizzjonali 2(D) tiġi emendata kif ġej: (a) l-ittra (a) titneħħa; (b) l-ittra (ċ) tinbidel b'dan li ġej: "(c) kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 2,2 %;" 5. fin-nota addizzjonali 2(E), it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej: "Żjut ta' din is-subintestatura għandu jkollhom kontenut f'aċidi xaħmin saturati fil-posizzjoni 2 fit-trigliċeridi ta' mhux aktar minn 2,2 %, total ta' isomeri transoleiċi ta' inqas minn 0.40 %, total ta' isomeri (translinoleiċi + translinoleniċi) ta' inqas minn 0,35 %, u differenza bejn l-HPLC u l-kontenut teoretiku ta' trigliċeridi bl-ECN42 ta' mhux aktar minn 0,5." 3. Mal-kodiċi 15091010 tan-NM, id-deskrizzjoni ta' oġġetti fit-tieni kolonna għandha tinbidel b'dan li ġej: "żejt taż-żebbuġa lampante" 4. In-nota addizzjonali 1 tal-Kapitolu 21 tan-Nomenklatura Magħquda għandha titneħħa. --------------------------------------------------