EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2338

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2338/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jfassal regoli dettaljati dwar l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 inkwantu kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid

ĠU L 346, 31.12.2003, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2338/oj

32003R2338



Official Journal L 346 , 31/12/2003 P. 0028 - 0028


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2338/2003

tat-30 ta’ Diċembru 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2001 li jfassal regoli dettaljati dwar l-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 inkwantu kummerċ ma’ pajjiżi terzi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kommissjoni (KE) Nru 883/2001 [2] jinkludi ċerti derogi li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ liċenzi li bihom l-Awstralja u l-Istati Uniti jistgħu jibbenefikaw minn arranġamenti simplifikati ta’ liċenzi li se jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2003.

(2) Billi n-negozjati li għaddejjin ma’ dawn iż-żewġ pajjiżi mhux se jispiċċaw qabel it-tmiem tas-sena, biex ma jsir l-ebda qsim fil-kummerċ, dawn id-derogi għandhom jiġu estiżi għal perjodu limitat fid-dawl tal-progress fin-negozjati.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 għandu anki jiġi aġġornat biex jieħu ħsieb il-fatt li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 tad-29 ta’ April 2002 iniżżel ċerti regoli biex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar id-deskrizzjoni, d-disinn, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur ta’ l-inbid [3] li se japplikaw mill-1 ta’ Awissu 2003.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq.

(5) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolment huma b’mod koformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 883/2001 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 27(2) jiġi mibdul b’dan li ġej:

"2. L-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 26 għandhom jgħoddu sal-31 ta’ Diċembru 2005."

2. fl-Anness VIII.B, il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. Id-deskrizzjoni tal-prodott f’kaxxa 6 tal-formola VI 1 u kaxxa 5 tal-estratt VI 2 trid timtela’ bi qbil ma’ l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 753/2002."

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tieghu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 179, ta’ l-14.7.1999, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1795/2003 (ĠU L 262, ta’ l-14.10.2003, p. 13).

[2] ĠU L 128, ta’ l- 10.5.2001 p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1220/2003 (ĠU L 170, tad-9.7.2003, p. 3).

[3] ĠU L 118, ta’ l-4.5.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1205/2003 (ĠU L 168, tal-5.7.2003, p. 13).

--------------------------------------------------

Top