This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R2011
Commission Regulation (EC) No 2011/2003 of 14 November 2003 amending Annexes I and III to Council Regulation (EEC) No 2377/90 laying down a Community procedure for the establishment of maximum residue limits of veterinary medicinal products in foodstuffs of animal origin (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimaliTest b’rilevanza ŻEE
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimaliTest b’rilevanza ŻEE
ĠU L 297, 15.11.2003, pp. 15–18
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)
No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31990R2377 | Emenda | ANN1 | 14/01/2004 | |
| Modifies | 31990R2377 | Emenda | anness 3 | 14/01/2004 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32009R0470 | 06/07/2009 |
Official Journal L 297 , 15/11/2003 P. 0015 - 0018
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2011/2003 ta’ l-14 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Annessi I u III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi l-proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ livelli massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali (Test b’rilevanza ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi l-proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fl-ikel li joriġina mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1873/1999 [2], u partikolarment l-Artikoli 6, 7 u 8 tiegħu, Billi: (1) Skond ir-regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimi ta’ residwi għandhom ikunu stabbiliti progressivament għas-sustanzi farmakoloġikament attivi kollha li huma wżat fi ħdan il-Komunità fi prodotti mediċinali veterenarji intiżi għall-amministrazzjoni ta’ l-annimali li jipproduċu l-ikel. (2) Il-limiti massimi ta’ residwi għandhom ikunu stabbiliti biss wara l-eżaminazzjoni fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni relevanti kollha li tikkonċerna s-sigurtà tar-residwi tas-sustanzi kkonċernati għal-konsumatur ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini mill-annimali u l-impatt tar-residwi fuq l-indistrija tal-ipproċċessar ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel. (3) Fl-istabbeliment tal-limiti tar-residwi massimi għal residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji fl-oġġetti ta’ l-ikel ta’ l-oriġini mill-annimali, huwa meħtieġ li jkunu speċifikati l-ispeċje ta’ l-annimali li fihom ir-residwi jistgħu jkunu preżenti, il-livelli li jistgħu jkunu preżenti f’kull waħda mill-insiġ taċ-ċelloli akwistati minn annimali ttrattati (iċ-ċelloli mmirati) u n-natura tar-residwi li hija relevanti għall-monitoraġġ tar-residwi (ir-residwi mmirati). (4) Għall-kontroll tar-residwi, kif hemm provvediment dwar dan fil-leġislazzjoni xierqa tal-Komunità, il-limiti massimi tar-residwi għandhom normalment ikunu stabbiliti għaċ-ċelloli mmirati tal-fwied jew tal-kliewi. B’dana kollu, il-fwied u l-kliewi ta’ spiss huma mneħħija mill-karkassi li jkunu ttrasportati f’kummerċ internazzjonali, u l-limiti massimi ta’ residwi għandhom għalhekk ikunu wkoll stabbiliti għall-muskoli u ċ-ċelloli tax-xaħam. (5) Fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji intiżi għall-użu fi tjur tal-bajd, annimali tal-ħalib jew naħal ta’ l-għasel, il-limiti massimi tar-residwi għandhom ukoll ikunu stabbiliti għal-bajd, għall-ħalib u għall-għasel. (6) Il-Alphacypermethrin u Metamizole għandhom ikunu miżjuda fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (7) Sabiex jippermetti għall-finalizzar tal-istudji xjentifi1i, il-Phoxim għandu jkun miżjud fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90. (8) Perijodu adekwat għandu jkun imħolli qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jwettqu xi aġġustamenti li jistgħu jkunu meħtieġa għall-awtorizzazzjonijiet li jseħħu fil-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati fis-suq li jkunu ġew mogħtija bi qbil mad-Direttiva 2001/82/KE [3] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu meqjusa d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. (9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) 2377/90 huma b’dan emendati kif stabbilit fl-Anness ta’ dan. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandu jkun japplika mis-60 jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Novembru 2003. Ghall-Kummissjoni Erkki Liikanen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1. [2] ĠU L 275, tal-25.10.2003, p. 9. [3] ĠU L 311, tat-28.11.2001, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A. L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 2. Aġenti antiparassitiċi 2.2 Aġenti li jaħdmu kontra l-ektoparassiti 2.2.3 Piretrojdi "Sustanza(i) faramkoloġikalment attivi | Residwi mmirati | Speċje ta' l-annimali | LRM | Celloli mmirati | Alphacypermethrin | Sipermetrin (total ta' l-isomeri) | Bovini, ovine | 20 µg/kg | Il-muskolu, | 200 µg/kg | x-Xaħam, | 20 µg/kg | il-Fwied, | 20 µg/kg | il-Kliewi, | 20 µg/kg | il-Ħalib | "Sustanza(i) faramkoloġikalment attivi | Residwi mmirati | Speċje ta' l-annimali | LRM | Celloli mmirati | Metamizole | 4-Methylaminoantipyrin | Bovini, | 100 µg/kg | Muskoli, | 100 µg/kg | Xaħam, | 100 µg/kg | Fwied, | 100 µg/kg | Kliewi, | 50 µg/kg | Ħalib, | Porċini, | 100 µg/kg | il-ġilda | 100 µg/kg | tal-muskoli u x-xaħam, | 100 µg/kg | fwied, | 100 µg/kg | il-muskolu | Ekwidi | 100 µg/kg | tal-kliewi, | 100 µg/kg | Xaħam, | 100 µg/kg | fwied, | 100 µg/kg | kliewi" | B. L-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa emendat kif ġej: 2. Aġenti antaparassitiċi 2.2 Aġenti li jaħdmu kontra l-ektoparassiti 2.2.4 Organofosfati "Sustanza(i) faramkoloġikalment attivi | Residwi mmirati | Speċje ta' l-annimali | LRM | Celloli mmirati | Phoxim | Phoxim | Tiġieġ | 50 µg/kg | Il-ġilda | 550 µg/kg | tal-muskolu | 25 µg/kg | u kliewi, | 50 µg/kg | bajd | 60 µg/kg | Bajd | --------------------------------------------------