Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1985

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1985/2003 tal-10 ta' Novembru 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 427/2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta' salvagwardja skond il-prodott għal importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    ĠU L 295, 13.11.2003, p. 43–44 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/06/2015; Imħassar b' 32015R0755

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1985/oj

    32003R1985



    Official Journal L 295 , 13/11/2003 P. 0043 - 0044


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1985/2003

    tal-10 ta' Novembru 2003

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 427/2003 dwar mekkaniżmu transitorju ta' salvagwardja skond il-prodott għal importazzjonijiet li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 427/2003 [1] jistabbilixxi kwoti kwantitattivi għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1351/2003 [2] stabbilixxa l-proċeduri amministrattivi għall-ewwel frazzjon tal-kwoti kwantitattivi ta' l-2004 għal ċerti prodotti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    (3) In vista tat-tkabbir tal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 hu xieraq li jiżdiedu l-kwoti skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 u l-Ftehim dwar l-interpretazzjoni ta' dan l-Artikolu.

    (4) Hu għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 427/2003,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 427/2003 għandu jiġi sostitwit bit-test ta' l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' Novembru 2003.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. Marzano

    [1] ĠU L 65, 08.03.2003, p. 1.

    [2] ĠU L 192, 31.07.2003, p. 8.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    "

    L-ANNESS I

    Kalendarju tat-tneħħija gradwali tal-kwoti industrijali (mhux tat-tessuti) fuq importazzjonijiet li joriġinaw fiċ-Ċina

    Deskrizzjoni tal-prodotti | KodiċI HS/NM | Jannar sa Diċembru 2003 | Jannar sa April 2004 | Mejju sa Diċembru 2004 | 2005 |

    Kalzaturi | ex640299 | 47480959 | 18201035 | 58538970 | tneħħija |

    640351640359 | 3712459 | 1423109 | 3183457 | tneħħija |

    ex640391ex640399 | 14698530 | 5634436 | 13992904 | tneħħija |

    ex640411 | 22106953 | 8474332 | 18901998 | tneħħija |

    64041910 | 38683955 | 14828849 | 33502413 | tneħħija |

    Oġġetti ta' l-ikel ta' fuq il-mejda u tal-kċina tal-porċellana jew taċ-china | 691110 | 73139 | 28036 | 67905 | tneħħija |

    Oġġetti ta' fuq il-mejda taċ-ċeramika, oġġetti tal-kċina ħlief tal-porċellana jew taċ-china | 691200 | 55334 | 21212 | 58124 | tneħħija |

    "

    --------------------------------------------------

    Top