This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R1012
Commission Regulation (EC) No 1012/2003 of 12 June 2003 amending for the 19th time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2003 tat-12 ta' Ġunju 2003 li jemenda għad-19-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2003 tat-12 ta' Ġunju 2003 li jemenda għad-19-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
ĠU L 146, 13.6.2003, pp. 50–51
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32002R0881 | Tlestija | anness 1 | 14/06/2003 |
Official Journal L 146 , 13/06/2003 P. 0050 - 0051
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1012/2003 tat-12 ta' Ġunju 2003 li jemenda għad-19-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' Al-Qaida u t-Taliban, u waqt li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jiprojbixxi l-esportazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta' titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta' Afganistan [1], kif l-aħħ1802_mt_32003r1012ar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 866/2003 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti bil-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. (2) Fl-10 ta' Ġunju 2003, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandha tapplika l-friża ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu hawnhekk emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Ġunju 2003. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 124, ta' l-20.5.2003, p. 19. -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif ġej: Il-punt li ġej għandu jiġu miżjud taħt it-titolu "Persuni Naturali" : "Abdelghani MZOUDI (jew (a) Abdelghani MAZWATI, (b) Abdelghani MAZUTI). Post tat-twelid: Marrakesh (il-Marokk). Data tat-twelid: 6 ta' Diċembru 1972. Nazzjonalità: Marokkina. Nru tal-Passaport: (a) Passaport Marokkin Nru F 879567, maħruġ fid-29 t'April 1992 il-Marrakesh, il-Marokk, validu sat-28 t'April 1997, imġedded sat-28 ta' Frar 2002; (b) Passaport Marokkin Nru M271392, maħruġ l-4 ta' Diċembru 2000 mill-Konsulat Marokkin f'Berlin, il-Ġermanja. Identifikazzjoni nazzjonali Nru: Identità personali Marokkina Nru E 427689, maħruġa fit-20 ta' Marzu 2001 mill-Konsulat Ġenerali tal-Marokk f'Düsseldorf, il-Ġermanja. Informazzjoni addizzjonali: intbagħat lura l-ħabs fil-Ġermanja (Ġunju 2003)." --------------------------------------------------