Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0882

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 882/2003 tad-19 ta' Mejju 2003 li jistabbilixxi sistema biex ikunu ntraċċati t-tonn u ta' verifika

ĠU L 127, 23.5.2003, pp. 1–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/882/oj

32003R0882



Official Journal L 127 , 23/05/2003 P. 0001 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 882/2003

tad-19 ta' Mejju 2003

li jistabbilixxi sistema biex ikunu ntraċċati t-tonn u ta' verifika

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi:

(1) Peress li l-Komunità għandha interessi tas-sajd fil-Paċifiku tal-lvant u bdiet il-proċedura biex tidħol fil-Kummissjoni InterAmerikana tat-Tonn Tropikali, minn issa 'l quddiem riferut bħala "IATTC" u skond l-obbligi tal-kooperazzjoni taħt il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar il-Liġi tal-Baħar, il-Komunità ddeċidiet li tapplika l-miżuri adottati mill-IATTC sakemm tidħol f'dik l-organizzazzjoni.

(2) Il-Komunità ffirmat il-Ftehim dwar il-Programm Internazzjonali tal-Konservazzjoni tad-Denfil [3], minn issa 'l quddiem riferut bħala "AIDCP", u ddeċidiet li tapplikah provvisorjament permezz tad-Deċiżjoni 1999/386/KE [4], sakemm ikun approvat kollu. Il-Komunità trid għalhekk tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, li s-Segretarjat tiegħu huwa provdut mill-IATTC.

(3) F'Lulju 19999 il-Partijiet Kontraenti ta' l-AIDCP iddeċidew li jistabbilixxu sistema biex jintraċċaw u jivverifikaw it-tonn maqbud fiż-żona ta' l-applikazzjoni tal-Ftehim. Għalhekk, il-Komunità għandha tistabbilixxi sistema biex tintraċċa u tivverifika t-tonn għat-tonn li nqabad fiż-żona tal-Ftehim mill-bastimenti li jistadu taħt l-AIDCP. L-iskop ta' din is-sitema hija li tippermetti li tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil jingħaraf minn tonn li huwa ta' ħsara fħad-denfil mill-mument meta jinqabad sal-mument meta lest għall-bejgħ bl-imnut. Is-sistema hija bbażata fuq il-premessa li tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil, mill-mument tal-qabda, matul il-ħatt, ħażna, trasferiment, u proċessar, ikun identifikat bħala tonn li mhux ta' ħsra għad-denfil.

(4) Peress li din id-Deċiżjoni saret vinkolanti fuq il-Partijiet tal-Ftehim, il-Komunità trid għalhekk timplimentaha.

(5) Is-superviżjoni tal-ħatt u t-trasport tal-qabda hija r-responsabilta’ ta' kull Stat Membru, iżda jista’ jiddelega din ir-responsabilta’ lill-Istati fejn isir il-ħatt b'arranġament jew ftehim amministrattiv.

(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 t'Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll applikabbli għall-politika tas-sajd komuni [5] japplika għall-attività kollha tas-sajd u l-attivitajiet relatati kollha li jsiru fit-territorju u fl-ibħra marittimi li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni jew is-sovranità ta' l-Istati Membri, inklużi l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li joperaw fl-ibħra ta' pajjiżi terzi jew f'ibħra qawwijin, minkejja l-ftehim tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi jew konvenzjonijiet internazzjonali li tagħhom il-Komunità hija firmatarju.

(7) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tniżżel il-proċeduri għall-eserċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [6],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Skop

Dan ir-Regolament iniżżel il-prinċipji u l-kondizzjonijiet ġenerali rigward l-applikazzjoni tal-Komunità tas-sistema li tintraċċa u tivverifika t-tonn adottati mill-Ftehim tal-Programm Internazzjonali tal-Konservazzjoni tad-Denfil (AIDCP).

Artikolu 2

Skop

Dan ir-Regolament għandu jgħodd għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrati fil-Komunità, minn issa ‘l quddiem riferut bħala "l-bastimenti tas-sajd tl-Komunità", li jistadu għat-tonn fiż-Żona tal-Ftehim.

Dan ir-Regolament għandu jgħodd ukoll għall-bastimenti kollha tal-Komunita, li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru u rreġistrati fil-Komunità, li jġorru t-tonn identifikat minn formula ta' ntraċċar. Għandu jgħodd ukoll għat-tonn maqbud fiż-Żona tal-Ftehim, imħott, maħżun, trasferit jew ipproċessat fil-Komunità.

Artikolu 3

Id-definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1. "tonn" ifisser l-ispeċi tas-subordni Scombridae, bl-eċċezzjoni tal-genus Scomber;

2. "denfil" ifisser l-ispeċi tal-familja Delphinidae, li għandhom x'jaqsmu mas-sajd tat-tonn tax-xewka safra fiż-Żona tal-Ftehim;

3. "żona tal-Ftehim" tfisser l-ibħra tal-Paċifiku tal-Lvant kif definit fl-Artikolu 3 ta' l-AIDCP;

4. "tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil" ifisser tonn maqbud f'settijiet li fihom m'hemmx qtil jew feriment serju lid-dniefel;

5. "tonn li hu ta' ħsara lid-denfil" huwa tonn maqbud f'settijiet li fihom isir il-qtil jew feriment serju tad-dniefel; kull tonn maqbud f'settijiet li fihom dniefel kienu mdawra ntenzjonalment minn bastimenti mingħajr limitu ta' qtil tad-dniefel (DML) jew li l-kaptan tagħahom m'huwiex fuq il-lista tal-kaptani kkwalifikati miżmuma mis-segretarjat, ma jkunx ikkunsidrat li mhux ta' ħsara għad-denfil;

6. "osservatur" huwa l-persuna assenjat għal fuq il-bastiment mill-IATTC jew il-programm ta' l-osservatur nazzjonali tal-Parti Kontraenti biex jirrekordja l-attivitjiet tas-sajd tal-bastiment;

7. "formula ta' ntraċċar" hija dokument ippreżentat skond il-mudell A fl-Anness I (tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil) u l-mudell B fl-Anness II (tonn li hu ta' ħsara għad-denfil) mehmuż hawnhekk;

8. "sett" huwa l-att li tintefa' u tinġabar lura x-xibka tat-tartarun sabiex jinqabad it-tonn;

9. "bin" huwa kull kontenitur użat biex jinħażen it-tonn wara l-ħatt, matul il-ħażna kiesħa jew għat-trasport għall-ipproċessar.

Artikolu 4

L-obbligi ta' l-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jintraċċaw u jivverifikaw, skond dan ir-Regolament, it-tonn maqbud, trasportat u nħatt għall-ipproċessar fit-territorju tagħhom.

2. L-obbligu fil-paragrafu 1 għandu jgħodd ukoll għat-tonn li nħatt barra ż-żona tal-Ftehim mill-bastimenti li joperaw f'dik iż-żona. Fil-każ ta' dawk il-bastimenti, is-sistema ta' l-intraċċar għandha tinvolvi l-konferma tat-toqol li nħatt.

3. Is-segretarjat ta' l-AIDCP għandu joħroġ il-formula ta' l-intraċċar tat-tonn lill-osservaturi abbord, ħlief meta l-Istat Membru li għandu ġurisdizzjoni fuq il-bastiment għandu programm ta' osservaturi nazzjonali fl-operazzjoni. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-osservatur abbord bil-formula ta' l-intraċċar għal kull wieħed mill-bastiment li jtajjar il-bandiera tagħhom u awtoriżżat li jistad għat-tonn fiż-żona tal-Ftehim.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-tonn maqbud fiż-żona tal-Ftehim, li huw maħżun, ipproċessat jew imqiegħed fis-suq fit-territorju tagħhom ikun identifikat fiċ-ċar sal-mument meta jkun lest għall-bejgħ bl-imnut, skond xi jkun il-każ, bħala tonn mhux ta' ħsara għad-denfil jew tonn li huwa ta' ħsara għad-denfil Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu l-ħtiġijiet li ġejjin, jiġifieri li:

(a) kull bidla fis-sid ta' tonn mhux ipproċessat kopert min-numru ta' formula ta' l-intraċċar għandha tittieħed ħsieb skond l-Artikolu 6(4), (5) u (7);

(b) matul l-ipproċessar, it-tonn mhux ta' ħsara għad-denfil u dak li hu ta' ħsara għad-denfil m'għandux ikun ipproċessat fl-istess linja ta' produzzjoni fl-istess ħin.

(ċ) il-proċessuri għandhom iżommu r-rekords li huma ċari biżżejjed biex jippermettu n-numri tal-lottijiet tat-tonn ipproċessati li jkunu ntraċċati lura għan-numru tal-formula ta' l-intraċċar li jikkorrospondi.

Artikolu 5

Obbligi matul l-operazzjonijiet tas-sajd

1. L-osservatur għandu jistabbilixxi jekk it-tonn maqbud hux "ta' ħsara għad-denfil" jew le u, ibbażat fuq din id-determinazzjoni, it-tonn għandu jitgħabba fl-imħażen ippreparati identifikati għal dan l-iskop.

2. Malli jitlestew dawn l-operazzjonijiet tat-tgħabija, l-ispeċi u l-kwantità stmata tat-tonn li tgħabba f'kull żamma, għal kull xibka, għandhom ikunu indikati mill-osservatur fuq il-formula ta' ntraċċar li tikkorrospondi, b'konsultazzjoni mal-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu. Il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu u l-osservatur għandhom jinizjalaw kull formula ta' ntraċċar mimlija.

3. It-trasferimenti tat-tonn fuq l-baħar minn xibka ta' bastiment tas-sajd wieħed għal bastiment ta-sajd ieħor iridu jkun indikati fuq il-formula ta' l-intraċċar mill-osservaturi taż-żewġ bastimenti, li jispeċifikaw il-kwantità involuta, l-ispeċi u l-istat tat-tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil li qed ikun ittrasferit.

4. Fl-aħħar tal-vjaġġ tas-sajda, il-kaptan u l-osservatur għandhom flimkien jirrevedu l-formula t' l-intraċċar, idaħħlu xi kummenti addizzjonali u jiffirmawha. Vjaġġ tas-sajda jispiċċa meta l-bastiment iħott żewġ terzi jew aktar mill-qabdiet tiegħu, matul ħatt wieħed jew matul serje ta' ħatt parzjali.

5. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 6

Operazzjonijiet ta' ħatt, trasport, ħażna u pproċessar

1. Mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel id-data stmata tal-ħatt, il-kaptan tal-bastiment, is-sid jew l-aġent tiegħu għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom bid-data u l-postijiet tal-ħatt tal-qabda kollha jew ta' parti minnha, bil-ħsieb tal-verifika tagħha.

2. Jekk il-vjaġġ tas-sajda jispiċċa meta l-bastiment inħatt, formula ġdida ta' l-intraċċar għandha tinħareġ għal dak il-bastiment għall-vjaġġ tas-sajda tiegħu li jmiss u kull tonn li jinżamm abbord għandu jkun rekordjat bħala l-ewwel entrata tal-formula l-ġdida.

3. Jekk vjaġġ tas-sajda ma jintemmx meta l-bastiment ikun inħatt, il-bastiment għandu jżomm il-formula ta' l-intraċċar oriġinali u kopja għandha tintbagħat, bil-firem oriġinali, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-port tal-ħatt.

4. Meta t-tonn jinħatt minn bastiment tas-sajd wieħed u mbagħad jitgħabba fuq bastiment tal-ġarr għat-trasport lejn post ta' l-ipproċessar, l-Istat tal-bandiera tal-bastiment tal-ġarr għandu jkun responsabbli biex jikseb il-formula relevanti ta' l-intraċċar tat-tonn, iżomm l-informazzjoni dwar il-ħatt (inkluż it-toqol totali li nħatt jekk kien iċċekkjat), jivverifika li t-tonn mhux ta' ħsara għad-denfil jinżamm separat mit-tonn li hu ta' ħsara għad-denfil matul it-tagħbija u t-trasport u jibgħat l-informazzjonijiet relevanti kollha lis-segretarjat ta' l-AIDCP, b'kopja lill-Kummissjoni. Iż-żewġ tipi ta' tonn jistgħu jinħażnu fl-istess post waqt it-trasport, sakemm jibqgħu separati fisikament bi xbieki jew materjal simili, u t-tonn li hu ta' ħsara għad-denfil huwa identifikat fiċ-ċar bħala tali.

5. Jekk it-tonn jinħatt għall-ipproċessar immedjat, l-Istat Membru fejn isir l-ipproċessar għandu jkun reponsabbli li jżomm id-dokumentazzjoni tal-ħatt u biex jirrekordja t-toqol konfermat tat-tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil u dak li hu ta' ħsara għad-denfil. L-Istat Membru in kwestjoni għandu juża l-formula oriġinali ta' l-intraċċar tat-ton biex idaħħal l-informazzjoni mitluba fid-database u biex jintraċċa t-tonn ipproċessat, u għandu jibgħat kopja ta' din il-formula lill-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li stad għat-tonn ikkonċernat.

6. It-tonn li nħatt għandu jitqiegħed f'kaxxi differenti, skond l-istat ta' kemm m'humiex ta' ħsara għad-denfil jew le. Kull kaxxa għandha tkun identifikata min-numru li jikkorrospondi tal-formula ta' l-intraċċar tat-tonn, l-istat tat-tonn u t-toqol konfermat.

7. Kull bejgħ minn parti tal-qabda irid ikun akkumpanjat min-numru tar-riferenza li jikkorrospondi matul l-istadji kollha ta' l-ipproċessar. Kull trasferiment tal-qabda jrid ikun identifikat lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tal-ħatt/ipproċessar, u jispeċifika n-numru tal-formula ta' l-intraċċar, l-ispeċi u l-kwantita tat-tonn involut, u l-kunsinnatarju.

8. Meta t-tonn jittella' f'portijiet ta' pajjiżi terzi, l-Istat Membru jista', taħt ftehim speċifiku, jiddelega s-superviżjoni tal-ħatt u t-trasport lill-awtoritajiet nazzjonali tal-port involut.

Meta l-Istat tal-port tal-pajjiż terz huwa Parti ta' l-AIDCP, ir-responsabbilta' tal-formula ta' l-intraċċar issir dik ta' l-Istat tal-port.

Meta l-Istat tal-port tal-pajjiż terz m'huwiex Parti ta' l-AIDCP, l-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment jibqa' responsabbli għall-formula ta' l-intraċċar, sakemm mhux miftiehem mod ieħor fi ftehim bilaterali speċifiku.

9. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 10(2).

Artikolu 7

Trasmissjoni ta' l-informazzjoni

1. Għall-implimentazzjoni ta' dawn ir-regoli l-Istati Membri għandhom joħolqu database tal-komputer li għalih l-Kummissjoni għandha jkollha aċċess komputeriżżat.

2. Fi żmien 10 ijiem mill-irċevuta tal-formula ta' l-intraċċar tat-tonn, l-Istati għandhom jibagħtu l-formula ta' l-intraċċar, iffirmata mill-osservatur u l-kaptan, lis-segretarjat ta' l-AIDCP, u kopja lill-Kummissjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jirraportaw lis-segretarjat ta' l-AIDCP, b'kopja lill-Kummissjoni, il-bidliet fis-sidien tat-tonn mhux ipproċessat skond l-Artikolu 4(4).

4. Qabel l-1 ta' Mejju ta' kull sena, l-Istati Membri għndhm jibagħtu rapport dwar l-implimentazzjoni tagħhom tas-sistema ta' l-intraċċar u tal-verifika tat-tonn lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat rapport fuq din il-bażi lis-segretarjat ta' l-AIDCP qabel kull laqgħa annwali.

5. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-uffiċjali responsabbli mill-implimentazzjoni tas-sistema ta' l-intraċċar u l-verifika tat-tonn kif stabbilita minn dan ir-Regolament.

6. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lis-segretarjat ta' l-AIDCP l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-uffiċjali responsabbli tal-Kummissjoni mill-implimentazzjoni tas-sistema ta' l-intraċċar u l-verifika tat-tonn kif stabbilita minn dan ir-Regolament.

Artikolu 8

L-Annessi

L-Annessi I u II jistgħu jkunu emendati biex japplikaw il-miżuri tal-konservazzjoni ta' l-AIDCP li jsiru obbligatorji għall-Komunità, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 9

Implimentazzjoni

Il-miżuri meħieġa għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(9) għandhom ikunu adottati skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 10(2).

Il-miżuri li għandhom jittieħdu skond l-Artikolu 8 għandhom ikunu adottati skond il-proċedura riferuta fl-Artikolu 10(3).

Artikolu 10

Proċeduri tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 [7].

2. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

3. Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu.

4. Il-perjodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) u 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ikun iffissat għal tlett xhur.

5. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

A.-A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 304 E, tat-30.10.2001, p. 212.

[2] Opinjoni li twasslet fis-27 ta' Marzu 2003 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 132, tas-27.5.1999, p. 3.

[4] ĠU L 147, tat-12.6.1999, p. 23.

[5] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1; Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2846/98 (ĠU L 358, tal-31.12.1998, p. 5).

[6] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[7] ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Dokument ta' l-intraċċar (mudell A) għat-tonn li mhux ta' ħsara għad-denfil

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Dokument ta' l-intraċċar (mudell B) għat-tonn li hu ta' ħsara għad-denfil

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top