This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003R0830
Commission Regulation (EC) No 830/2003 of 14 May 2003 amending Regulation (EC) No 2659/94 on detailed rules for the granting of private storage aid for Grana padano, Parmigiano-Reggiano and Provolone cheeses
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone
ĠU L 120, 15.5.2003, p. 13–13
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0826
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31994R2659 | Sostituzzjoni | artikolu 6.1 | 18/05/2003 | |
Implicit repeal | 32002R0779 | 18/05/2003 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32008R0826 | 28/08/2008 |
Official Journal L 120 , 15/05/2003 P. 0013 - 0013
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 830/2003 ta’ l-14 ta’ Mejju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2659/94 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone IL-KUMMISSJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 509/2002 [2], u partikolarment l-Artikolu 10(3) miġjub fih, Billi: (1) L-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2659/94 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 779/2002 [4], jippreskrivi l-ammonti ta’ għajnuna għall-ħażna privata tal-ġobon Grana padano, Parmigiano-Reggiano u Provolone. Dawk l-ammonti għandhom jiġu emendati biex jitqies l-iżvilupp fi spejjeż tal-ħażna u ta’ tbassir ta’ prezz tas-suq. (2) Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Halib u l-Prodotti mill-ħalib ma tax l-opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2659/94 il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej: "1. L-ammont ta’ għajnuna għall-ħażna privata għall-ġobon għandu jkun kif ġej: (a) 20 EUR kull tunnellata metrika għal spejjeż fissati; (b) 0,25 EUR kull tunnellata metrika kull ġurnata ta’ ħażna skond il-kuntratt għall-ispejjeż tal-magażinaġġ; (ċ) ammont għall-ispejjeż finanzjarji, f’euro kull tunnellata metrika kull jum ta’ ħażna skond il-kuntratt, kif ġej: - 0,40 għall-Grana padano - 0,58 għall-Parmigiano-Reggiano - 0,32 għall-Provolone." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Mejju 2003. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48. [2] ĠU L 79, tat-22.3.2002, p. 15. [3] ĠU L 284, ta’l-1.11.1994, p. 26. [4] ĠU L 123, tad-9.5.2002, p. 31. --------------------------------------------------