Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0151

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 151/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jimponi imposta definittiva anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ grain oriented electrical sheets li joriġinaw ir-Russja

    ĠU L 25, 30.1.2003, p. 7–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2005; Imħassar b' 32005R1371

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/151/oj

    32003R0151

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 151/2003 tas-27 ta’ Jannar 2003 li jimponi imposta definittiva anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ grain oriented electrical sheets li joriġinaw ir-Russja

    Official Journal L 025 , 30/01/2003 P. 0007 - 0020
    CS.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    ET.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    HU.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    LT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    LV.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    MT.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    PL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    SK.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31
    SL.ES Chapter 11 Volume 46 P. 18 - 31


    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 151/2003

    tas-27 ta’ Jannar 2003

    li jimponi imposta definittiva anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tipi ta’ grain oriented electrical sheets li joriġinaw ir-Russja

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

    Wara li kkonsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma suġġett ta’ dumping minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1] (ir-Regolament Bażiku), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) u (3) tiegħu,

    Wara li kkonsulta ‘l-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    A. PROĊEDURA

    1. Investigazzjoni ta’ qabel u miżuri fis-seħħ

    (1) Bid-Deċiżjoni Nru 303/96/KEFA [2], il-Kummissjoni imponiet imposta definittiva anti-dumping fuq importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti tipi ta’ (GOES) li joriġinaw ir-Russja u jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 72251100 u 72261110. Ir-rata tal-imposta anti-dumping imposta kienet 40,1 %. Rabta offruta dwar dawn l-importazzjonijiet ġiet aċċettata.

    (2) In vista ta’ l-iskadenza tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fit-23 ta’ Lulju 2002, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 963/2002 [3], iddeċieda li l-proċeduri anti-dumping li kienu bdew skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2277/96/KEFA [4] (Deċiżjoni Bażika) u li għadha fis-seħħ f’dik id-data għandhom jitkomplew u jiġu regolati bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku b’effett mill-24 ta’ Lulju 2002. Bl-istess mod, miżuri anti-dumping li jirriżultaw minn investigazzjonijiet anti-dumping pendenti għandhom jiġu regolati bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku mill-24 ta’ Lulju 2002.

    2. Talbiet għar-reviżjoni

    (3) Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ l-iskadenza qrib tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-GOES li joriġinaw ir-Russja [5], il-Kummissjoni rċeviet talba biex tirrevedi l-miżuri skond l-artikolu 11(2) tad- Deċiżjoni Bażika.

    (4) It-talba saret mill-Konfederazzjoni Ewropea ta’ l-industrija tal-Ħadid u l-Azzar (Eurofer) (l-applikant) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjoni maġġuri tal-produzzjoni Komunitarja tal-prodotti in kwistjoni. It-talba kienet bażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzoni u/jew okkorrenza mill-ġdid ta’ dumping u inġurja għall-industrija tal-Komunità.

    (5) Wara li ddeterminat, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, li hemm biżżejjed prova għall-bidu ta’ reviżjoni, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni skond l-artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku [6].

    (6) Fl-stess ħin il-Kummissjoni ħadet deċiżoni li tiftaħ investigazzjoni taħt l-Artikolu 11(3) fuq inizzjattiva proprja sabiex teżamina jekk hijiex xierqa l-forma tal-miżuri [7]. Matul il-kors ta’ l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni rċeviet talba għat-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq (MET) skond l-artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku mill-Korporazzjoni tal-Ħadid u ta’ l-Azzar. Dawn it-talbiet saru fuq ir-raġuni li l-produtturi li jesportaw in kwistjoni issa ser jaderixxu għar-rekwiżiti u li l-marġins tagħhom ta’ dumping konsegwentament naqsu b’mod konsiderevoli. B’ riżultat ta’ dawn it-talbiet għall-MET il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda reviżjoni temporanja speċifika skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament Bażiku, b’skop limitat għall-investigazzjonijiet tad-dumping ta’ dawn il-produtturi li jesportaw. Għalhekk jitqies xieraq li jiġi deċiż biss dwar ir-riżultat tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza (li bdiet fl-20 ta’ Frar 2001) f’dan l-istadju. Ir-reviżjoni temporanja limitata għall-forma tal-miżuri min-naħa l-oħra tiġi konkluża flimkien mar-reviżjonijiet tal-MET, u b’hekk jittieħed kont taċ-ċirkostanzi ekonomiċi kurrenti ta’ l-esportaturi.

    3. Investigazzjonijiet preżenti

    (a) Proċedura

    (7) Il-Kummissjoni uffiċjalment irrakkmandat lill-produtturi tal-Komunità li talbu r-reviżjoni, lill-produtturi li jesportaw, l-importaturi, il-fornituri u l-utenti magħrufa li huma konċernati kif ukoll ir-rappreżentanti tal-pajjiż li jesporta, dwar il-bidu, u ta lill-partijiet interessati l-opportunitá li jgħarrfu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fit-termini stabbiliti fl-avviż tal-bidu.

    (b) Partijiet interessati u żjarat ta’ verifika

    (8) Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarji lill-partijiet magħrufa li huma konċernati u lill-produtturi kollha magħrufa tal-prodotti in kwistjoni fil-Brażil, fir-Repubblika Ċeka, fl-Indja, fil-Ġappun, fir-Repubblika tal-Korea, fil-Polonja u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, peress li dawn il-pajjiżi jitqiesu bħala pajjiżi potenzalment analogi fl-investigazzjoni preżenti. Il-Kummissjoni rċeviet risposti mill-erba’ produtturi tal-Komunità, li talbu r-reviżjoni, iż-żewġ produtturi li jesportaw fir-Russja, fornitur wieħed minn 10 kumpanniji utenti fil-Komunità. Barra dan, żewġ importaturi tal-Komunità, it-tnejn relatati ma’ wieħed mill-produtturi li jesportaw Russi rrispondew għall-kwistjonarju. Fl-aħħar, produttur wieħed tal-GOES fil-Brażil irrisponda għall-kwistjonarju.

    (9) Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġ għall-iskopijiet tal-kontinwazzjoni jew okkorrenza mill-ġdid potenzali tad-dumping u inġurja u d-determinazzjoni ta’ l-interess Komunitarju. Saru żjarat ta’ verifika fil-postijiet ta’ dawn il-kumpanniji li ġejjin:

    Produtturi tal-Komunitá li talbu reviżjoni:

    - Acciai Speciali Terni SpA, Terni, l-Italja

    - EBG Gesellschaft für elektromagnetische Werkstoffe mbH, Gelsenkirchen, il-Ġermanja

    - Orb Electrical Steels Limited, Newport, ir-Renju Unit

    - Ugo SA, Isbergues, Franza

    Provditur:

    - Thyssen Krupp Stahl AG, Duisburg, il-Ġermanja

    Utenti:

    - Alstom T & D SA, Saint-Ouen, Franza

    - Blum GmbH, Vaihingen, il-Ġermanja

    Produtturi li jesportaw fir-Russja:

    - Korporazzjoni tal-Ħadid u ta’ l-Azzar Novolipetsk (NLMK), Lipetsk

    - VIZ STAL, Ekaterinburg

    Kumpanniji oħrajn li jikkoperaw, li jinsabu f’pajjiżi terzi:

    - Duferco Investment SA, Lugano, Svizzera (Kordinatur ta’ l-importazzjoni fil-Grupp Duferco)

    Produttur f’pajjiż analogu:

    - ACESITA SA, Sao Paulo u Timoteo, il-Brażil.

    (10) Dawn il-kumpanniji li ġejjin ikkoperaw ukoll ma’ l-investigazzjoni iżda ma saritilhomx żjara:

    Utenti:

    - Alstom T & D SA, Le Petit Quevilly, Franza

    - Brush Transformers Limited, Loughborough, ir-Renju Unit

    - Cogent Power Ltd, Bilston, ir-Renju Unit

    - SA, Maizières-les-Metz, Franza

    - Hawker Siddeley Power Transformers Limited, London, ir-Renju Unit

    - Société Nouvelle Transfix SA, Toulon, Franza

    - South Wales Transformers Limited, Blackwood, ir-Renju Unit

    - Surahammars Bruks AB, Surahammar, l-Isvezja.

    (11) Il-partijiet kollha konċernati ġew informati dwar il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet li a bażi tagħhom ġie maħsub li jiġi rrakkmandat il-manteniment tal-miżuri. Ingħataw ukoll perjodu li fih kellhom jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dawn l-isvelazzjonijiet. Il-kummenti tal-partijiet ġew ikkonsidrati, u, fejn xieraq, is-sejbiet ġew modifikati f’dan is-sens.

    (ċ) Perjodu ta’ l-investigazzjoni

    (12) L-investigazzjoni fi u l-kontinwazzjoni jew okkorrenza mill-ġdid tad-dumping u l-inġurja kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sal-31 ta’ Diċembru 2000 (IP). L-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-stima tal-possibilitá ta’ kontinwzzjoni u/jew okkorrenza mill-ġdid ta’ inġurja kopriet il-perjodu mill-1997 sa l-aħħar tal-IP (perjodu ta’ analiżi).

    B. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

    1. Prodott konċernat

    (13) Il-prodotti konċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, i.e. u strippi ta’ b’ wesa’ ta’ aktar minn 500 mm li jorġinaw ir-Russja, li jaqgħt taħt il-kodiċijiet NK 72251100 u 72261110. Dan il-prodotti jintuża għal applikazzjonijiet elettromanjetiċi u istallazzjonijiet bħal transformaturi ta’ l-enerġija u tad-distribuzzjoni.

    (14) Fil-proċess tal-fabbrikar ikkumplikat tal-GOES, l-istrutturi tal-grain huma orjentati b’ mod uniformi fid-direzzjoni tar-rumblar tal-folja jew ta’ l-istrippa sabiex din tkun tista’ tikkonduċi magnetic field b’grad għoli ta’ effiċjenza. Il-prodott in kwistjoni għandu jħares l-ispeċifikazzjonijiet rigward l-induzzjoni manjetika, il-pile factor kif ukoll l-ogħla livell ammissibbli ta’ telf tar-re-magnetisation. Ġeneralment, iż-żewġ naħat tal-prodott huma koperti b’għata rqiq li jiżola.

    2. Prodott simili

    (15) GOES prodotti u mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi tal-Komunità li talbu r-reviżjoni u GOES prodotti fr-Russja u mibjugħa fil-Komunità mill-esportaturi li jesportaw jitqiesu prodotti simili. fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku. Ġie stabbilit ukoll li l-GOES prodotti u mibjugħa domestikament fil-pajjiż terz bl-ekonomija tas-suq (il-pajjiż analogu), i.e. il-Brażil (ara premessi 20 sa 28), kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi bħall-GOES prodotti fir-Russja u esportati lejn il-Komunità. Għalhekk tqiesu li hima prodotti simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Bażiku.

    Ċ. POSSIBILITA’ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING

    1. Rimarki preliminari

    (16) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku, l-iskop ta’ reviżjoni ta’ l-iskadenza hija li jiġi stabbilit jekk ipprevaliex id-dumping matul l-IP u jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew okkorrenza mill-ġdid tad-dumping.

    (17) F’dan ir-rigward, il-volumi esportati lejn il-Komunità matul l-IP preżenti ġew eżaminati. Matul l-IP oriġiniali, l-ishma ta’ l-esportazzjonijiet tal-GOES Russi lejn is-suq Komunitarju ammontaw għal 7,4 % tal-konsum fil-Komunità, filwaqt li s-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiiet Russi ta’ GOES lejn il-Komunità matul l-IP preżenti kien 2,2 %. Iżda dan għadu sinjifikanti, i.e. aktar mil-limitu de minimis threshold definit fl-Artikolu 5(7) tar-Regolament Bażiku.

    (18) Il-livell ta’ koperazzjoni fil-proċedura preżenti kien għoli. Ikkoperaw iż-żewġ produtturi Russi li jesportaw u rrispondew għall-kwistjonarju tal-Kummissjoni. Ir-risposti taż-żewġ kumpanniji ġew ivverifikati fuq il-post.

    2. Possibilitá ta’ kontinwazzjoni tad-dumping

    (19) Fil-kuntest tal-possibilitá ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, ġie investigat jekk id-dumping ta’ l-esportazzjonijiet mir-Russja kienx qiegħed isir preżentament. Dan kien għar-raġunijiet li, jekk qed isir issa d-dumping, dan jista’ jkun indikazzjoni importanti li d-dumping x’aktarx ikompli u jiżdied fil-futur, jekk il-miżuri jiġu permessi li jiskadu.

    (a) Pajjiż analogu

    (20) Il-marġinu tad-dumping kalkolat fl-investigazzjoni oriġinali rriżulta f’marġinu wieħed fuq pajjiż kollu dwar l-importazzjonijiet kollha lejn il-Komunità ta’ GOES li joriġinaw ir-Russja. Skond l-Artikolu 11(9) tar-Regolament Bażiku, l-istess metodoloġija intużat bħall-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, il-valur normali ġie determinat a bażi ta’ l-informazzjoni miksuba f’pajjiż analogu xieraq magħżul skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku.

    (21) Il-Brażil ingħażel bħala pajjiż analogu xieraq fl-investigazzjoni oriġinali. Kif indikat fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni ħasbet li tuża ‘l-Brażil bħala pajjiż analogu xieraq ukoll fl-investigazzjoni preżenti.

    (22) Produttur wieħed li jesporta oġġezzjona għall-għażla tal-Brażil, u argumenta li s-suq domestiku tal-GOES tar-Repubblika Ċeka jew tal-Polonja jkun aktar simili għas-suq Russu.

    (23) Il-produttur l-ieħor li jesporta oppona l-għażla tal-Brażil, u argumenta li minħabba l-eżistenza ta’ produttur wieħed biss tal-prodott in kwistjoni fil-Brażil il-livell ta’ kompetizzjoni fuq dak is-suq domestiku kien baxx.

    (24) Il-Kummissjoni, kif imsemmi fil-premessa 8, bagħat kwistjonarju lill-produtturi kollha magħrufa li jipproduċu l-prodott in kwistjoni f’pajjiżi terzi oħrajn, inkluża r-Repubblika Ċeka u l-Polonja. Dawn il-produtturi ġew mistiedna li jikkoperaw fil-proċeduri preżenti u jagħtu informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-bejgħ domestiku tal-GOES. Madankollu, l-ebda minn dawn il-produtturi ma kien preparati li jagħtu din l-informazzjoni u jikkoperaw f’din l-investigazzjoni.

    (25) Għalhekk għandu jiġi osservat illi, minkejja li l-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ produttur wieħed biss tal-GOES fil-Brażil, l-ebda koperazzjoni ma ngħatat minn produtturi oħrajn f’pajjiżi analogi potenzali oħrajn. Għalhekk.

    (26) Alternattivament, l-ewwel produttur imsemmi li jesporta argumenta illi f’każ ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni fiż-żewġ pajjiżi proposti, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni tal-prodott in kwistjoni minn dawn il-pajjiżi lejn il-Komunità għandu jintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament Bażiku. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ koperazzjoni, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ikollhom jiġu bażati fuq id-data ta’l-Eurostat minflok figuri attwali u vverifikatis. F’dan ir-rigward, ġie kkonsidrat li l-użu tad-data ta’l-Eurostat tirriżulta f’sejbiet inqas preċiżi, minħabba l-fatt li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni huma rreġistrati fuq bażi ġenerali mingħajr ebda distinzjoni bejn id-differenzi li għandhom influwnza fuq il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, bħal kwalitajiet differenti tal-prodotti jew livelli differenti ta’ kummerċ. Minħanna li l-produtturi fil-Brażil ikkoperaw fil-proċedura preżenti ġie meqjus aktar xieraq li tintuża data attwali u verifikata ta’ dan il-prodott, li rriżulta għalhekk f’sejbiet aktar preċiżi. Għaldaqstant, l-użu ta’ jew ir-Repubblika Ċeka jew il-Polonja kellu jiġi miċħud.

    (27) Aktar minn dan, instab li l-volum tal-produzzjoni u l-proċess tal-produzzjoni fil-Brażil kienu komparabbli ma’ dawk fir-Russja. Tassew, il-proċess tal-produzzjoni huwa virtwalment l-istess mad-dinja kollha. Kif imsemmi fil-premess 15, ġie wkoll stabbilit li l-prodott li ġie prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fil-Brażil kien prodott simili għall-GOES prodott fir-Russja u esportat lejn il-Komunità. Aktar minn dan, il-bejgħ domestiku ta’ GOES fis-suq tal-Brażil kien rappreżentanti meta kkomparat ma’ l-esportazzonijiet Russi lejn il-Komunità. Il-Brażil kien ukoll użat bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali.

    (28) Konsegwentament, il-Kummissjoni ma kellha ebda raġuni għaliex temmen li l-għażla tal-Brażil ma kinitx xierqa. B’ konsiderazzjoni ta’ dan t’hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ alternattivi, il-Brażil intgħażlet bħala l-pajjiż analogu l-aktar xieraq.

    (b) Valur normali

    (29) Skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Bażiku, ġie meqjus jekk il-bejgħ domestiku tal-GOES fil-Brażil jistax jitqies li sar bħala kummerċ ordinarju minħabba l-prezzijiet. Biex tagħmel dan il-Kummissjoni eżaminat jekk il-bejgħ domestiku kienx jagħmel profitt. Għal dan l-iskop l-ispiża sħiħa tal-produzzjoni għal kull unit matul l-IP ġie mqabbel mal-medja tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-units ta’ l-IP. Instab li l-bejgħ sar bi profitt. L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-bejgħ kollu sar lil klijenti indipendenti. B’riżultat, il-prezzijiet imħallsa jew dovuti għall-GOES minn klijenti indipendenti fuq is-suq domestiku tal-Brażil fil-kors tal-kummerċ ordinarju intużaw biex jiġi stabbilit il-valur normali skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Bażiku.

    (ċ) Prezzijiet ta’ l-esportazzjoni

    (30) Matul l-investigazzjoni oriġinali tliet esportaturi/produtturi, li wieħed minnhom kien kummerċjant, ikkoperaw. L-investigazzjoni preżenti żvelat li l-kummerċjant kien waqaf l-esport tal-prodott konċernat lejn il-Komunità qabel dan l-IP. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni fl-investigazzjoni preżenti ġie stabbilit a bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija miż-żewġ produtturi oħrakm li jifdal fir-Russja, li t-tnejn ikkoperaw.

    (31) Wieħed minn dawn il-produtturi Russi li jesportaw, esportaw il-prodott in kwistjoni lejn il-Komunità permezz ta’ żewġ kummerċjanti indipendenti, li t-tnejn ħadmu biss fil-ħruġ mill-ġdid tal-fatturi lill-aħħar utent fil-Komunità u f’pajjiżi terzi oħrajn. Għal dan il-produttur li jesporta, il-prezzi ta’ l-esportazzjoni ġie determinat a bażi tal-prezzijiet miżmuma lill-ewwel klijenti independenti, i.e. il-kummerċjanti mhux relatati. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ l-esport ġew stabbiliti a bażġ tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew dovuti għall-prodott konċernat meta mibjugħ għall-esport lejn il-Komunità skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

    (32) Il-produttur l-ieħor Russu li jesporta kien għall-parti l-kbira proprjetá ta’ u kkontrollat minn azjenda/kumpannija kummerċjali relatata fl-Isvizzera. L-esportazzjonijiet kollha saru permezz tal-kumpannija Svizzera lejn żewġ importaturi relatati fil-Komunità, li reġgħet biegħet il-prodott in kwistjoni lill-klijenti finali fil-Komunità. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ġew kostrutti a bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijenti indipendenti fil-Komunità skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament Bażiku.

    (33) Minbarra dan, il-kumpannija relatata fl-Isvizzera importat il-prodott konċernat lejn il-Komunità permezz tal-kumpanniji tagħha importaturi bażati fil-Komunità. Wettqet il-funzjonijiet ta’ kummerċjant u sar aġġustament għall-prezz ta’ l-esportazzjoni billi tnaqqset kummissjoni mill-prezz ta’ l-esportazzjoni biex jittieħed kont tal-funzjonijiet imwettqin minnha. Sa fejn huma konċernati ż-żewġ importaturi relatati fil-Komunità, ġew imnaqqsa l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattiv. Barra minn dan, għal kull importatur relatat tal-Komunità involut, tnaqqas marġinu raġjonevoli ta’ profitt. Ladarba l-ebda importatur mhux relatat ma kkopera fil-proċeduri u fin-nuqqas ta’ informazzjoni oħra aktar dipendibbli, marġinu ta’ profit ta’ 5 % tqies raġonevoli.

    (34) Matul l-investigazzjoni oriġinali, il-produttur li jesporta msemm fuq ma kien relatat għal ebda importatur fil-Komunità jew f’pajjiżi terzi u għalhekk, id-determinazzjoni tal-prezzi ta’ l-esportazzjoni ġiet oriġinalment bażata fuq prezzijiet attwalment imħallsa jew dovuti skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament Bażiku.

    (d) Paragun

    (35) Sabiex jiġi permezz paragun imparzjali bejn il-valur normali u l-valur ta’ l-esportazzjoni, ittieħed kont tad-differenzi fil-fatturi, li nstabu li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilitá tal-prezzijiet skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament Bażiku.

    (36) F’dan ir-rigward, instab li l-GOES prodotti u mibjugħa fil-Brażil kellhom kwalitajiet xi ftit differenti rigward ħxuna u l-massimu tat-telf ewlieni taħt xi kondizzjonijiet ta’ l-elettriku speċifiċi. Għalhekk saru aġġustamenti għal differenzi fiżiċi ħfief bejn il-GOES mibjguħa fuq is-suq Brażiljan domestiku u dawk esportati mir-Russja lejn il-Komunità. Barra dan, aġġustamenti relatati ma’ boll ta’ l-esportazzjoni u, fil-każ ta’ produtturi Russi li jesportaw mhux relatati, ukoll għal spejjeż ta’ kreditu, saru minħabba li affettwaw il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni stmati għall-produtturi li jesportaw.

    (e) Marġinu tad-dumping

    (37) Sar paragun bejn il-valur normali peżat u l-medja peżata tal-prezz ta’ l-esportazzjoni fuq bażi ex-works. Il-paragun wera li l-esportazzjonijiet mir-Russja ta’ GOES lejn il-Komunità ġew mixtrija taħt il-prezz b’marġinu sustanzjali matul l-IP. Il-marġinu tad-dumping kien daqs l-ammont li bih il-valur normali eċċeda l-prezzijiet għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-medja marġinu peżat uniku mal-pajjiż kollu tad-dumping eċċeda t-80 % u kien għalhekk anke xi ftit ogħla mill-marġinu tad-dumping li nstab matul l-investigazzjoni oriġinali.

    3. Żvilupp ta’ l-importazzjonjiet jekk jiskadu l-miżuri

    (38) Ġie eżaminat ukoll kif l-importazzjonijiet tal-GOES mir-Russja jiżviluppaw jekk jiskadu l-miżuri. Għal dak l-iskop l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità u lejn pajjiżi terzi kif ukoll fis-suq domestiku ġew eżaminati. Ingħatat konsiderazzjoni wkoll għall-imġieba tal-prezzijiet tal-produtturi Russi li jesportaw fuq is-swieq differenti.

    (a) Evoluzzjoni tal-volum ta’ l-esportazzjoni u l-prezzijiet lejn il-Komunità

    (39) Kif imsemmi fuq fil-premess 1, rabta li ġiet offruta mill-produtturi Russi li jesportaw fl-investigazzjoni oriġinali kienet ġiet aċċettata mill-Kummissjoni. Ir-rabta kkonsistiet l-aktar f’limitu kwantitattiv annwali, i.e. kwantitajiet ta’ l-esport tal-prodott in kwisthibu wara l-imposizzjoni tal-mmiżuri definittivi kienu limitati għal limitu fiss fir-rabta. Minkejja r-rabta, u l-fatt li l-volum ta’ l-esportazzjoni baqa’ stabbli, xorta komplew jinxtraw taħt il-prezz. Għalhekk ma kien hemm ebda raġuni għaliex wieħed jemmen li, fil-każ li jitħassru l-miżuri fis-seħħ, il-prezzijiet jiżdiedu għal prezzijiet mhux livell inqas milll-prezz levels. Bil-kontra, mingħajr il-limitazzjoni tal-kwota, il-volumi ta’ l-importazzjoni lejn il-Komunità x’aktarx jiżdiedu b’mod sinjifikanti, li x’aktarx iwassal għal pressjoni lejn prezzijiet aktar baxxi.

    (b) Evoluzzjoni tal-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet fis-suq domestiku u fis-suq f’pajjiżi terzi

    (40) Instab li parti kbira ta’ l-esportazzjonijiet x’aktarx jiġu diretti lejn il-Komunità għal raġunijiet tal-livelli differenti tal-prezzijiet fis-swieq rispettivi. Barra dan, instab li l-aċċess għal numru ta’ swieq ta’ esportazzjoni potenzali huwa ristrett minħabba l-eżistenza ta’ tariffi tad-dwana li huma konsiderevolment għoljin. Minkejja dawn ir-restrizzjonijiet, l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi kienu aktar minn dawk lejn Komunità u l-bejgħ domestiku matul l-IP. Ukoll, l-apprezzament ta’ l-euro għamel l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità aktar attraenti minn dawk lejn pajjiżi terzi. Dawn il-fatturi kollha jindikaw li kwalunkwe importazzjoni miżjuda x’aktarx jiġu diretti lejn is-suq Komunitarju jekk jitħassru l-miżuri li huma taħt l-investigazzjoni.

    (41) Il-bejgħ fis-suq domestiku Russu u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi żdiedu mill-1997, filwaqt li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità naqsu wara l-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping u baqgħu stabbli f’livell baxx ħafna minħabba r-rabta. It-talba fis-suq domestiku Russu, minkejja li żdiedet mill-1997, dejjem kienet dgħajfa wisq biex tassorbi l-volumi tal-produzzjoni tal-produtturu Russi li jesportaw. Il-volum totali tal-bejgħ domestiku Russu dejjem kien ċarament taħt il-volum totali ta’ l-esportazzjoni (lejn il-pajjiżi kollha). Kif imsemmi taħt fil-premess 82, il-produtturi Russi żiedu l-kapaċitajiet tagħhom tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ l-analiżi, li wassal għal kapaċitajiet żejda sinjifikanti u ħażniet akkumulati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kurrenti. Parti kbira tal-ħażniet disponibbli x’aktarx tiġi esportata lejn il-Komunità, jekk jiskadu l-miżuri. Barra minn dan, u minħabba l-livell għoli ta’ kapaċitajiet żejda, il-produtturi Russi jistgħu faċilment iżidu l-volum tal-produzzjoni tagħhom għal livell li jeċċedi dak li s-suq domestiku jew suq terz ieħor potenzali jkun jista’ jassorbi. Fil-fatt, kif imsemmi taħt fil-premess 82, il-kapaċitá istallata matul l-IP laħqet livell suffiċjenti li jilħaq it-talba kollha għall-GOES fil-Komunità. Għalhekk huwa raġjonevoli li jiġi konkluż li l-volum ta’ l-esportazzjonijiet jiżdiedu fil-futur, partikolarment lejn il-Komunità, jekk l-aċċess għas-suq ikun ħieles minħabba l-iskadenza tal-miżuri.

    (42) Kif imsemmi taħt fil-premess 83, il-produtturi Russi tal-GOES għandhom organizzazzjoni tal-bejgħ żviluppata tajjeb fil-Komunitá Ewropea, li tiffaċilita l-bejgħ u d-distribuzzjoni tal-prodott konċernat fis-suq Komunitarju.

    (43) Għalhekk, minħabba ż-żieda antiċipata fil-volum ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità fin-nuqqas ta’ miżuri u għahekk ta’ fornitura disponibbli, jista’ jiġi raġonevolment pretiż illi l-prezzijiet isegwu tendenza aktar ‘l isfel, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    4. Konklużjoni dwar il-probabilitá li jkompli d-dumping

    (44) L-importazzjonijiet ta’ GOES Russi matul l-IP kienu xorta mixtrija taħt il-prezz, minkejja l-miżuri imposti. Ġie stabbilit illi d-dumping kompla u li hemm probabilitá qawwija li xorta jkompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Oltre, l-esportazzjonijiet ta’ GOES Russi lejn il-Komunità x’aktarx jiżdiedu b’mod sinjifikanti u l-prezzijiet ta’ dawn il-kwantitajiet akbar ta’ importazzjonijiet fil-probabilitá kollha ikunu taħt il-prezz f’livelli sinjifikanti jekk il-miżuri anti-dumping jiskadu.

    D. INDUSTRIJA KOMUNITARJA

    (45) L-erba’ produtturi tal-Komunità li kkoperaw fl-investigazzjoni irrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-GOES matul l-IP. Għalhekk, jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament Bażiku.

    E. SITWAZZJONI TA’ L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

    1. Konsum Komunitarju

    (46) Il-konsum komunitarju ġie kalkolat a bażi tal-volum kumulat tal-bejgħ fis-suq Suq Komunitarju mill-industrija Komunitarja u tat-total tal-volumi ta’ l-importazzjoni rapportati mill-Eurostat jew minn produtturi Russi li jesportaw li kkoperaw.

    (47) Fuq bażi ta’ dan, il-konsum Komunitarju espress f’tunnellati metriċi żdied b’5 % bejn l-1997 u l-1999, minn madwar

    186000

    sa

    195500

    rispettivament. Imbagħad daqas b’4,9 % biex laħaq madwar

    186000

    fl-IP. Id-

    data

    dettaljati huma kif ġej.

    f’tunnellati | | Konsum | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    metriċi | 186087 | 183648 | 195601 | 186220 | |

    indiċjati | 100 | 99 | 105 | 100 | |

    2. Importazzjonijiet mir-Russja

    Volum ta’ importazzjonijiet

    (48) A bażi ta’ l-informazzjoni mill-Eurostat u mogħti mill-produtturi li jesportaw li kkoperaw, il-volumi ta’ l-esportazzjoni mir-Russja varjaw bejn

    3750

    tunnellata metrika u

    6701

    tunnellata metrika matul il-perjodu ta’ analiżi. Id-data dettaljati dwar l-importazzjoni huma kif ġej.

    f’tunnellati | | Volum | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    metriċi | 5238 | 6701 | 5899 | 3750 | |

    indiċjati | 100 | 128 | 113 | 72 | |

    Sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet

    (49) Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja kien bejn 2 % sa 3,6 % matul il-perjodu ta’ analiżi.

    Titjib tal-kwalitá tal-prodotti Russi u l-imġieba tal-prezzijiet ta’ l-esportaturi Russi

    (50) Fl-investigazzjoni oriġinali, il-GOES mir-Russja inbiegħu f’kwantitajiet sostanzjali bħala materjal tat-tieni għażla fis-suq Komunitarju, minħabba nuqqasijiet tal-kwalitá. Dan wassal lill-Kummissjoni tagħti aġġustamenti dwar prezzijiet meta għamlet stima tat-tniżżil taħt il-prezzijiet fil-bejgħ u marġinu ta’ eliminazzjoni ta’ l-inġurja. B’konsegwenza ta’ l-investimenti li saru mill-produtturi Russi biex itejbu l-faċilitajiet tagħhom, il-GOES li issa jiġu importati mir-Russja huma ta’ materjal ta’ l-aqwa kwalitá fil-maġġoranza l-kbira tal-każijiet.

    (51) A bażi tal-figuri ta’ l-Eurostat, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet, espressi f’EUR/tunnellata metrika, 200 EUR/tunnellata metrika f’termini assoluti fi żmien sentejn. Imbagħad il-prezzijiet irrikoveraw ftit, u laħqu 860 fl-2000, livell xorta taħt, b’xi 10 %, minn dakk milħqu fl-1997. Id-

    data

    dettaljati huma kif ġej:

    f’tunnellati | | Prezzijiet għal kull unit/importazzjonijiets | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    metriċi | 954 | 862 | 741 | 860 | |

    indiċjati | 100 | 90 | 78 | 90 | |

    (52) Il-Kummissjoni qabblet ukoll il-prezzijiet Russi ta’ l-importazzjoni, kif estratti mir-risposti għall-kwistjonnarji (bażi cif) mal-prezzijiet miżmuma mill-industrija Komunitarja għall-istess prodott (bażi ex-works). Sabiex jittieħed kont tal-varjetá ta’ GOES, il-prodotti mijbugħa mill-industrija Komunitarja u importati mir-Russja ġew klassifikati f’kategoriji, skond il-ħxuna u l-massimu tat-telf ewlieni taħt kondizzjonijiet elettriċi speċifiċi. Sar imbagħad tqabbil, f’kondizzjonijiet simili tal-kummerċ u fuq bażi skond il-kategorija, bejn il-medju peżat tal-prezz tal-bejgħ ta’ kemm il-prodotti importati u l-prodotti ta’ l-industrija Komunitarja. Fuq din il-bażi, il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet Russi instabu sinjifikatament aktar baxxi min dawk ta’ l-industrija Komunitarja.

    3. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    (53) It-total tal-volum ta’ importazzjonijiet ta’ GOES mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-Russja naqsu matul il-perjodu ta’ analiżi minn madwar 44300 tunnellata metrika fl-1997 għal madwar 38600 tunnellata metrika fl-IP. Kwantitajiet sustanzjali ta’ dawn l-importazzjonijiet jew oriġinaw fil-Ġappun jew ġew klassifikati mill-Eurostat bħala "dikjarati taħt oriġini sigrieta". Il-Kummissjoni vverifikat li dawn l-importazzjonijiet sigrieti ma oriġinawx fir-Russja. L-importazzjonijiet li fadal oriġinaw l-aktar fil-Polonja jew fir-Repubblika Ċeka. Importazzjonijiet mill-Polonja varjaw matul il-perjodu ta’ analiżi, bejn minimu ta’ madwar 1600 tunnellata metrika fl-1999 u massimu ta’ madwar 4800 tunnellata metrika fl-IP. Importazzjonijiet mir-Repubblika Ċeka naqsu f’daqqa matul il-perjodu ta’ analiżi kollu minn madwar 7000 tunnellata metrika fl-1997 għal inqas minn 2000 tunnellata metrika fl-IP.

    (54) Fl-IP, is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra r-Russja ammontaq għal 20,7 %; il-Ġappun, 11,2 %; il-Polonja, 2,6 % u r-Repubblika Ċeka, 1,1 %. Is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet taħt oriġini sigrieta laħaq 4,7 % fl-IP.

    (55) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Ġappun u ta’ importazzjonijiet "dikjarati taħt oriġini sigrieta" kif ukoll ta’ importazzjonijiet minn egħjun oħrajn kienu sostanzjalment ogħla minn dawk ta’ l-industrija Komunitarja.

    (56) Wara tendenza simili għal dik osservata għall-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju (ara premess 58), il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mill-Polonja naqsu bejn l-1997 u l-1999 u mbagħad żdiedu ftit fl-IP, biex jilħqu livell xorta taħt dak milħuq fl-1997. Dawn il-prezzijiet kienu ftit aktar baxxi minn dawk ta’ l-ndustrija Komunitarja iżda sinjifikantament ogħla mill-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja.

    (57) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet mir-Repubblika Ċeka baqgħu pju o meno stabbli fuq livell taħt dawk ta’ l-industrija Komunitarja u ta’ l-importazzjonijiet mill-Polonja iżda ogħla minn ta’ l-importazzjonijiet mir-Russja fl-istess sena.

    (58) Data

    dettaljati dwar volumi (espressi f’tunnellati metriċi) u dwar prezzijiet (espressi f’EUR/tunnellata metrika) ta’ l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi minbarra ir-Russja huma kif ġej:

    Importazzjonijiet terzi oħrajn | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (VI) |

    Ġappun

    Volumi | 15357 | 10730 | 15109 | 20859 |

    Prezzijiet | 1324 | 1428 | 1362 | 1348 |

    Żona Sigrieta

    Volumi | 18774 | 19303 | 18200 | 8801 |

    Prezzijiet | 1386 | 1471 | 1390 | 1359 |

    Polonja

    Volumi | 2455 | 3224 | 1588 | 4863 |

    Prezzijiet | 1101 | 1027 | 994 | 1070 |

    Repubblika Ċeka

    Volumi | 7038 | 5540 | 2724 | 1964 |

    Prezzijiet | 929 | 928 | 923 | 959 |

    Oħrajn

    Volumi | 676 | 1718 | 1800 | 2121 |

    Prezzijiet | 1739 | 1577 | 1481 | 1484 |

    Total

    Volumi | 44300 | 40515 | 39421 | 38608 |

    Prezzijiet | 1282 | 1355 | 1335 | 1303 |

    4. Sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

    Ristrutturar ta’ l-industrija Komunitarja

    (59) Huwa miftakar illi fl-investigazzjoni oriġinali, instab illi bejn l-1990 u l-aħħar tal-perjodu ta’ l-investigazzjoni (l-aħħar April 1994), l-industrija Komunitarja sofriet inġurja materjali li kkonsistiet l-aktar fi tnaqqis fil-bejgħ b’riżultat li kien hemm telf fl-ishma tas-suq kif ukoll depressjoni tal-prezzijiet. Dawn il-fatturi flimkien wasslu għal tnaqqis fil-profits u, ġeneralment, telf finanzjarju.

    (60) Ladarba l-miżuri anti-dumping preżenti ġew imposti, l-industrija Komunitarja għaddiet minn programm ta’ ristrutturazzjoni biex ittejjeb il-kompetititvitá tagħha. Wara għaqda approvata mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Ottubru 1999 [8], tlieta mill-erba’ produtturi Komunitarja saru parti mill-Grupp ta’ l-AzzarThyssen Krupp.

    Produzzjoni u ħażniet

    (61) Il-produzzjoni tal-GOES naqset ftit bejn l-1997 u l-1998 u mbagħad żdiedet għal livell ta’ madwar

    220000

    tunnellata metrika fl-IP. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 3 % fil-perjodu ta’ analiżi. Id-

    data

    dettaljati jidhru taħt:

    Produzzjoni | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    f’tunnellati metriċi | 212891 | 211655 | 220734 | 220176 |

    indiċjati | 100 | 99 | 104 | 103 |

    (62) Filwaqt li jitteħed kont tal-fatt li l-industrija Komunitarja ġeneralment użat sistema ta’ produzzjoni skond ordni li kellha l-effetti li tnaqqas il-livelli tal-ħażniet, huwa għalhekk meqjus li l-iżvilupp tal-livell tal-ħażniet mhuwiex fattur rilevanti li għandu effett fuq l-industrija Komunitarja. Tassew, il-ħażniet normalment ikkonsistew f’merkanzija li kellha biss tiġi kkonsenjata lill-klijenti li diġá kienu ordnaw il-prodotti.

    Kapaċitá

    (63) Minħabba li l-faċilitajiet tal-produzzjoni użati fil-fabbrikazzjoni tal-GOES jintużaw ukoll għall-produzzjoni ta’ prodotti oħrajn, ma kienx possibbli u lanqas ta’ sinjifikanza li tiġi stabbilita l-kapaċitá u l-utilizzazzjoni tal-kapaċitá relatata speċifikament mal-prodott in kwistjoni.

    (64) Madankollu, l-istima tal-livell totali ta’ kapaċitá tal-prodotti kemm tal-GOES u ta’ prodotti oħrajn uriet li l-industrija Komunitarja komplew ikollhom kapaċitá żejda disponibbli li kienet tippermettiha tipproduċi l-GOES f’kwantitajiet akbar.

    Bejgħ

    (65) Il-bejgħ tal-GOES fis-suq Komunitarju żdied b’madwar 10 % bejn l-1997/1998 u l-1999 minn livell ta’ madwar

    136500

    tunnellata metrika fl-1997 u fl-1998 għal madwar

    150000

    tunnellata metrika fl-1999. Waqgħu f’daqqa b’madwar 5 % fl-IP għal inqas minn

    144000

    tunnellata metrika, skond il-konsum Komunitarju. Il-figuri dettaljati huma rraportati hawn taħt:

    Bejgħ | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    f’tunnellata metrika | 136549 | 136432 | 150281 | 143862 |

    indiċjati | 100 | 100 | 110 | 105 |

    Sehem tas-suq

    (66) Is-sehem tas-suq ta’ l-industrija Komunitarja żdied b’3,4 punti ta’ perċentwal minn 73,4 % fl-1997 għal 76,8 % fl-1999 qabel żdied darb’oħra għal 77,3 % fl-IP, żieda addizzjonali ta’ 0,5 punti ta’ perċentwal f’dik is-sena. Id-

    data

    dettaljati huma rraportati hawn taħt:

    Sehem tas-suq | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    f’% | 73,4 | 74,3 | 76,8 | 77,3 |

    indiċjati | 100 | 101 | 105 | 105 |

    Prezzijiet

    (67) Il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żviluppaw kif ġej:

    Prezzijiet għal kull unit | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    f’EUR/tunnellata metrika | 1140 | 1122 | 1044 | 1089 |

    indiċjati | 100 | 98 | 92 | 96 |

    (68) Il-prezzijiet tal-GOES fil-Komunità naqsu b’madwar 8 % bejn l-1997 u l-1999 minn livell ta’ 1140 EUR/tunnellata metrika fl-1997 għal 1044 EUR/tunnellata metrika fl-1999, telf totali ta’ madwar 100 EUR/tunnellata metrika f’termini assoluti f’sentejn biss. Dan it-tnaqqis irid jiġi osservat fid-dawl ta’ l-instabilitá totali tas-suq dinji ta’ l-azzar, li rriżulta f’tnaqqis ġenerali tal-prezzijiet tal-prodotti ta’ l-azzar fis-snin 1998/1999. Madankollu, meta jittieħed kont tal-fatt li l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tar-Russja kienu l-aktar baxxi matul il-perjodi ta’ analiżi (ara premessi 51 u 58), huwa ċar illi l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet tar-Russja eżerċitaw ukoll pressjoni negattiva fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja f’dan il-perjodu.

    Profitabilitá

    (69) Il-profitabilitá totali ta’ l-industrija Komunitarja għall-bejgħ fis-suq Komunitarju naqset fil-perjodu ta’ analiżi, kif jidher taħt:

    Profitabilitá | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    f’% | 2,6 | 4,3 | 1,7 | 1,8 |

    (70) Filwaqt li jittieħed kont tal-livell ta’ sofistikazzjoni fil-proċess tal-fabbrikazzjoni li huwa neċessarju għall-produzzjoni tal-GOES, livell ta’ 8 % ta’ profit instab raġjonevoli biex din l-industrija żżomm il-viabbiltá tagħha. Il-livell milħuq fl-1997 ma jistax jitqies rappreżentanti minħabba li f’dik is-sena kien influwenzat l-aktar mit-telf kbir finanzjarju rreġistrati minn wieħedmill-produtturi Komunitarji li esperjenza d-diffikultajiet bil-provvista tiegħu ta’ materjal ewlieni. Fl-istess sena, il-produtturi Komunitarji l-oħrajn kollha rreġistraw profitti ta’ livell soddisfaċenti ta’ madwar medja ta’ 8 %. Rigward l-iżvilupp tal-profitabilitá u t-tnaqqis tiegħu mill-1998 sa l-IP, għandha ssir ukoll riferenza għall-ispjegazzjoni prevista fil-premessi 77 u 80.

    Cash flow, abilitá biex jinġabru l-kapital u l-pagi

    (71) Il-figuri għall-

    cash flow

    u l-pagi ġew żviluppati kif ġej:

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    Cash flow | n.r. | 100 | 80 | 103 |

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    Pagi | 100 | 98 | 94 | 103 |

    Ma nstabet ebda problema speċifika rigward l-abilitá li jinġabar il-kapital matul il-perjodu ta’ l-analiżi. Għandu jiġi miftakar ukoll li tlieta mill-produtturi Komunitarji jappartjenu għal grupp akbar.

    Investimenti u prospett fuq l-investimenti

    (72) Biex takkumpanja l-impriża ta’ ristrutturar qawwi, l-industrija Komunitarja għamlet investimenti sinjifikanti sabiex tirrazzjonaliżża l-produzzjoni u l-bejgħ.

    | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    Prospett fuq l-investiment (%) | n.r | 12,2 | 4,0 | 3,6 |

    Produttivitá u impieg

    (73) Id-

    data

    dettaljata dwar produttivitá u impieg kienu kif ġej:

    Indiċi 1997 = 100 | | | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    Productivitá | 100 | 106 | 115 | 115 | |

    Numru ta’ impjegati | 100 | 94 | 90 | 90 | |

    (74) Minħabba l-isforzi maġġuri tar-ristrutturazzjoni li għamlet l-industrija Komunitarja wara l-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping li bħalissa huma taħt reviżjoni, tjiebet il-produttivitá matul il-perjodu ta’ analiżi b’ 15 % in ġenerali.

    (75) Ir-ristrutturazzjoni wasslet ukoll għal tnaqqis ta’ 10 % fin-numru ta’ impjegati fl-istess perjodu.

    Attivitá ta’ esportazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja.

    (76) L-industrija Komunitarja kienet attiva ħafna fuq swieq ta’ pajjiżi terzi, fejn esportat madwar terz tal-produzzjoni tagħha tal-GOES. Dan juri li din l-industrija hija stabbilita tajjeb u tista’ tiffaċċja l-kompetizzjoni fuq bażi globali. Meta konfrontata mal-krisi internazzjonali ta’ l-azzar, l-esporti tagħha naqsu b’madwar 7 % minn madwar

    78000

    tunnellata metrika fl-1997 għal madwar

    73000

    tunnellata metrika fl-1999 u mbagħad żdiedu għal madwar

    76000

    tunnellata metrika fl-IP. Id-

    data

    dettaljata dwar il-volumi ta’ l-esport ta’ l-industrija Komunitarja kienu kif ġej

    Esportazzjoni | | | 1997 | 1998 | 1999 | 2000 (IP) |

    Volumi f’tunnellati metriċi | 78209 | 73774 | 72961 | 76345 | |

    indiċjati | 100 | 94 | 93 | 98 | |

    Kobor tad-dumping u rkupru minn dumping ta’ l-imgħoddi

    (77) Rigward l-impatt tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tad-daqs tal-marġinu attwali ta’ dumping misjub matul l-IP, għandu jiġi osservat li l-marġinu misjub għar-Russja huwa ogħla minn dak misjub fl-IP oriġinali (ara premess 37). Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tjiebet sa ċertu punt wara l-imposizzjoni ta’ miżuri, iżda ma rkupratx għal kollox. Għalhekk, jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tal-marġinu tad-dumping misjub fl-investigazzjoni kurrenti jkun sinjifikanti.

    Tkabbir

    (78) Huwa miftakar illi l-konsum Komunitarju żdied b’5 % bejn l-1997 u l-1999 u mbagħad waqa b’4,9 % fl-IP, u mar lura għal livel qrib dak milħuq fl-1997.

    Il-volum tal-bejgħ fl-industrija Komunitarja ġiet wara tendenza simili f’dan il-perjodu, it-tnaqqis bejn l-1999 u l-2000 madankollu inqas immarkati mit-tnaqqis tal-konsum f’dawn is-snin.

    5. Konklużjoni dwar is-siwtazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja

    (79) F’termini ta’ volumi, id-dħul tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċerrant mir-Russja ppermettew titjib fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija Komunitarja bejn l-1997 u l-1999. Dan ipperemetta ‘l-industrija Komunitarja ttejjeb il-produzzjoni tagħha b’3,7 % u l-bejgħ lis-suq Komunitarju b’10 %. Tejbet ukoll is-sehem tagħha tas-suq b’3,4 punti perċentwali fl-istess perjodu. Madankollu, din it-tendenza rreversjat ruħha fl-IP (Produzzjoni - 0,3 %, konsenji lill-Komunità - 4,3 % punti perċentwali) filwaqt li l-konsum naqas 4,9 % fl-istess żmien (ara premess 47).

    (80) Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija Komunitarja għall-ewwel tjiebet wara l-imposizzjoni tal-miżuri. Madankollu, minħabba l-instabbilitá ġenerali esperjenzata mis-suq dinji ta’ l-azzar, il-prezzijiet ta’ l-industrija Komunitarja, li kienu wkoll soġġetti għall-pressjoni ‘l isfel tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonjiet mir-Russja, naqsu b’madwar 8 % bejn l-1997 u l-1998. Minkejja l-isforzi sinjifikanti tar-ristrutturar li għamlu l-produtturi Komunitarji, iż-żidiet tagħhom fil-produttivitá kif ukoll is-sitwazzjoni mtejba tagħhom f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ, il-waqgħa fil-prezzijiet irriżultat, mill-1998 sa l-IP, f’tnaqqis kostanti fil-profitabilitá ta’ l-industrija Komunitarja.

    (81) Huwa għalhekk konkluż illi minkejja t-titjib osservat wara l-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping measures, l-industrija Komunitarja għadha f’sitwazzjoni mdgħajfa.

    F. PROBABBILITA TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW OKKORRENZA MILL-ĠDID TA’ L-INĠURJA

    (82) Filwaqt li jiġi miftakar illil-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-GOES jistgħu jintużaw ukoll għall-fabbrikazzjoni ta’ prodotti oħrajn (ara premess 63), ma kien ta’ ebda sinjifikanza li ssir stima tal-kapaċitá tal-produzzjoni għall-esportaturi Russi rigward il-prodott konċernat biss. Madankollu, kif imsemmi fil-premess 41, il-produtturi tal-GOES fir-Russja żiedu l-kapaċitá totali disponibbli (destinati kemm għall-prodott konċernat u għal prodotti oħrajn) b’madwar 1-% fil-perjodu ta’ analiżi. Il-livell milħuq issa jeċċedi sew dak li jista’ jassorbi s-suq domestiku tagħhom jew swieq oħrajn terzi potenzali. Tassew, il-livell ta’ kapaċitá issa milħuq ikun biżżejjed biex jilħaq it-talba totali għall-GOES fil-Komunità. Kif ġja indikat fil-premess 40, il-produtturi tal-GOES Russi għandhom kapaċitá żejda sinjifikanti disponibbli li jistgħu jużw biex jipprovdu lis-swieq ta’ l-esportazzjoni. Tassew, jekk dawn il-volumi addizzjonali jiġu diretti lejn is-suq Komunitarju, jistgħu jmorru ferm oltre l-livelli sinjifikanti li nstabu fl-investigazzjoni oriġinali.

    (83) Mil-1994, il-produtturi tal-GOES Russi żviluppaw l-organizzazzjoni tagħhom tal-bejgħ fil-Komunitá Ewropea. Per eżempju, wieħed mill-produtturi li jesportaw issa għandu l-organizzazzjoni proprja tal-bejgħ fil-Komunità. Filwaqt li jittieħed kont ta’ l-investimenti li saru għal dak l-iskop, huwa għalhekk ċar illi l-produtturi Russi ħasbu li jiżviluppaw il-bejgħ tagħhom fis-suq ta’ l-UE.

    (84) Minħabba li fl-IP, il-produtturi Russi għadhom qed ibiegħu l-GOES fis-suq Komunitarju bil-prezzijiet sostanzjalment inqas minn dawk tall-produtturi Komunitarji, din l-imġieba ta’ prezzijiet flimkien mal-kapaċitá tagħhom li jbiegħu aktar kwantitajiet x’aktarx tirriżulta f’depressjoni tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju, kif instab fl-investigazzjoni oriġinali, jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

    (85) Kif jidher fil-premessi 59 sa 81, l-industrija Komunitarja għadha f’sitwzzjoni prekarja, b’mod partikoarli rigward il-profitabilitá tagħha. Huwa probabbli li jekk l-industrija Komunitarja tiġi esposta għal volum akbar ta’ importazzjonijiet mir-Russja mixtrija taħt il-prezz, dan jirriżulta f’deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kif instab fl-investigazzjoni oriġinali. Bażat fuq dan, huwa għalhekk konkluż li t-tħassir ta dawn il-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni użjew okkorrenza mill-ġdid ta’ inġurja lill-industrija Komunitarja.

    G. INTERESS KOMUNITARJU

    1. Daħla

    (86) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament Bażiku, ġie eżaminat jekk titwila tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ tkunx kontra l-interessi tal-Komunità in ġenerali.

    Din l-analiżi kienet bażata fuq apprezzament ta’ l-interessi kollha varji involuti, i.e. dawk ta’ l-industrija Komunitarja, tal-provdituri tagħha tal-materjali ewlenin, ta’ l-importaturi u ta’ l-utenti tal-prodotti konċernat. Għall-iskop ta’ din l-analiżi, il-Kummissjoni talbet informazzjoni mill-partijiet interessati kollha li ġew identifikati.

    (87) Għandu jiġi osservat illi, fil-kuntest ta’ reviżjoni ta’ skadenza, l-iskrutinju ta’ sitwazzjoni fejn il-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ jippermetti stima ta’ impatt negattiv mhux dovut tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq il-partijiet konċernati.

    2. Interessi ta’ l-industrija Komunitarja

    (88) Kif jidher fl-analiżi tas-sitwazzjoni fuq, l-ta’ l-industrija Komunitarja setgħet fil-bidu tal-perjodu ta’ l-analiżi, ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha u tirrestawra, b’mod partikolari, livell soddisfaċenti tal-profitabilitá. Dan juri li din l-industrija hija kapaċi li tibbenefika mill-protezzjoni offerta mill-miżuri anti-dumping kontra prattiki inġusti fil-kummerċ.

    (89) L-industrija Komunitarja write ukoll il-volontá u r-risoluzzjoni tagħha li tikkonsolida l-preżenza kompetittiva tagħha kemm fis-suq Komunitarju u mad-dinja kollha. Mill-investigazzjoni oriġinali, l-industrija għaddiet minn programm maġġuri ta’ ristrutturazzjoni u issa hija kkontrollata minn żewġ gruppo finanzjarji indipendenti sabiex is-sourcing tal-materjal ewlieni tal-GOES huwa ċentraliżżat u żgurat mal-Thyssen Krupp u sabiex l-investiment huwa miġbur f’gradi tekniċi ogħla u f’titjib tal-ħidma (tnaqqis tat-telf ewlieni). Tassew, l-għaqda ta’ tlieta minn dawn li lmentaw fl-istess kumpannija ewlenija kienet intiża li toħloq entitá akbar li tista’ tikkompeti aktar effettivament ma’ produtturi oħrajn tal-GOES (madwar 11) fis-suq dinji.

    (90) Huwa ċar illi l-industrija Komunitarja kienet għadha f’sitwazzjoni vulnerabbli fil-perjodu ta’ l-analiżi u li kellha bżonn tmanti volum adegwat ta’ prodotti u ta’ konsenji jemm fis-suq domestiku tagħha kif ukoll fis-suq ta’ l-esportazzjoni biex iżżom l-ispejjeż fissi fuq livell sostenibbli u tibqa’ kompetittiva. Fi kliem ieħor, l-isforzi li għamlet l-industrija Komunitarja kemm biex tirrazzjonalizza l-produzzjoni tagħha u tirristruttura jiġu moħlija jekk id-dumping imġedded u miżjud jippreveniha milli tilħaq livell suffiċjenti ta’ bejgħ.

    (91) B’konklużjoni, filwaqt li jittieħed kont tal-vijabilitá kurrenti ta’ l-industrija Komunitarja u l-isforzi qawwijin tagħha biex tibqa’ kompetitttiva fuq livell Ewropew u dinji, huwa meqjus li jekk jiskadu l-miżuri, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja titqiegħed fil-periklu b’żieda sussegwenti mistennija fl-importazzjonijiet tal-GOES mir-Russja.

    3. Interessi ta’ l-industriji upstream

    (92) Irrisponda provditur wieħed biss għall-kwistjonnarju tal-Komunitá. Din il-kumpannija, li tappartjeni għall-istess kumpannija ewlenija bħat-tliet produtturi Komunitarji msemmija fuq (ara premess 60), tipproduċi kwalitajiet differenti ta’ azzar u b’mod partikolari l-materjal ewlieni għall-fabbrikazzjoni tal-GOES. Issa hija l-unika produttriċi importanti li fadal ta’ din il-kwalitá ta’ l-azzar fil-Komunitá Ewropea għaliex il-gruppi l-kbar ta’ l-azzar l-oħrajn abbandunaw il-produzzjoni tagħha.

    Din il-kumpannija għamlet investimenti sostanzjali sabiex tirrazzjonaliżża u tiżviluppa l-produzzjoni ta’ silicon electrical steel. Dan l-invesitment seħħ fl-istess ħin ta’ l-għaqda msemmija fuq (ara premess 60). Jista’ jiġi osservat bħala parti mill-isforzi totali tal-grupp li jtejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tiegħu.

    Minn dan t’hawn fuq, huwa ċar illi dan il-provditur ta’ silicon electrical steel huwa dipendenti fil-qrib fuq is-sitwaajoni ta’ l-industrija Komunitarja. Minbarra dan, minħabba li huwa diffiċli li jsir tibdil mill-produzzjoni ta’ l-silicon electrical steel għall-produzzjoni ta’ kwalitajiet oħrajn ta’ azzar mingħajr ma jintefqu spejjeż sinjifikanti, kwalunkwe tnaqqis fil-produzzjoni tal-GOES twassal għall-effett knock-on fuq l-impieg.

    (93) Huwa għalhekk konkluż li huwa wkoll fl-interess tal-fornituri li l-miżuri jibqgħu fis-seħħ

    4. Interess ta’ l-importaturi tal-GOES

    (94) L-ebda importatur indipendenti ma kkopera f’din l-investigazzjoni. Bażat fuq l-informazzjoni disponibbli, għandu jiġi osservat li l-prodott konċernat, li huwa ġeneralment importat minn importaturi/negozjanti speċjaliżżati ta’ l-azzar, jirrappreżenta biss parti żgħira fl-iskala diversa tal-prodotti differenti ta’ l-azzar li jamministraw. Huwa għalhekk meqjus li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping ma jkollhiex aktar minn effett minimu, jekk ikun hemm, fuq is-sitwazzjoni totali ta’ l-importaturi/negozjanti in kwistjoni.

    5. Interessi ta’ l-industriji utenti

    (95) Madwar 40 utent tal-GOES irċevew kwistjonnarju mfassal fuq l-attivitá tagħhom.

    Il-Kummissjoni rċeviet disa’ reazzjonijiet, li koprew inqas minn 20 % tal-konsum totali tal-GOES fil-Komunità.

    (96) L-industrija downstream tista’ titqassam f’żewġ setturi ewlenin:

    - l-ewwel taqta’ l-GOES skond forom definiti minn qabel u tassembla dawn il-biċċiet biex tiffabbrika kori tat-trasformaturi li mbagħad jerġgħu jinbiegħu lill-produtturi tat-trasformaturi għal proċessar ulterjuri,

    - l-ieħor jipproduċi t-trasformaturi. Din l-industrija jew tutiliżża l-kori fabbrikati mill-kumpanniji msemmija fuq jew tiffabbrika l-kori hija stess qabel ma tiffabbrika t-trasformaturi.

    (97) Is-settur ta’ fabbrikanti tal-kori tat-trasformaturi żviluppat reċentament. Hemm ftit operaturi u kumpannija waħda biss, relatati ma’ wieħed minn dawk li lmentaw, li kkoperaw fl-investigazzjoni. Minkejja li l-GOES huma l-oġġett l-aktar sinjifikanti f’termini ta’ spejjeż fil-fabbrikazzjoni tal-kori tat-trasformaturi, ma hemm ebda indikazzjoni li dan is-settur huwa soġġett għal pressjonijiet speċifiċi mmirati lejn it-tnaqqis tal-prezzijiet tiegħu. Fil-fatt, dawn l-operaturi li jipprovdu ‘l-fabbrikanti tat-trasformaturi huma dipendenti b’mod qrib fuq il-prezzijiet li l-fabbrikant tat-trasformaturi jista’ jġib fuq il-prodott finali.

    (98) B’kuntrast, is-settur tal-fabbrikanti tat-trasformaturi huwa industrija li ilha stabbilita li tradizzjonalment tipprovdi l-produtturi ta’ l-enerġija l-kbar. Din l-industrija tat-trasformaturi in ġenerali, tappartjeni għal gruppi kbar industrijali li għandhom preżenza mad-dinja kollha. Xi ftit minnhom stabbilixxew organizzazzjonijiet uniċi tax-xiri li jikkonċentraw l-ordnijiiet kollha għall-grupp sabiex itejbu l-pożizzjoni ta’ negozjati tagħhom mal-produtturi tal-GOES. Hemm ukoll xi gruppi jew kumpanniji iżgħar.

    Il-GOES jirrappreżentaw oġġett sustanzjali fl-ispiża totali tal-prodott finali ta’ din l-industrija (minn 10 % sa 30 %, skond it-tip ta’ trasformatur). Il-konċern ewlieni li ġie espress minn din l-industrija kien li jiġi operat suq imparzjali kompetittiv, li ppermettih li jipproduċi u jbiegħ prodotti ta’ kwalitá.

    (99) F’dan ir-rigward, xi utenti tal-GOES allegaw li fl-IP ġew konfrontanti b’nuqqas fil-provvista da parti ta’ xi produtturi Komunitarji minħabba nuqqas osservat ta’ kapaċitá disponibbli. Oħrajn argumentaw li ma kienx possibbli li l-GOES jiġi importat minn egħjun oħrajn. Madankollu, ma taw ebda prova li ssostni dawn l-allegazzjonijiet. F’kull każ, dan huwa kontradizzjoni ċara tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni kurrenti. Tassew, kif stabbilit fil-premess 64, l-industrija Komunitarja kellha kapaċitajiet disponibbli fil-perjodu ta’ analiżi, li ppermettewha tipproduċi kwantitajiet akbar ta’ GOES. Barra dan, kien ukoll possibbli li l-GOES jiġu importati minn egħjun oħrajn bħall-Polonja u r-Repubblika Ċeka (ara premess 58). Għalhekk dawn l-allegazzjonijiet mhumiex fondati.

    (100) Rigward is-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq Komunitarju tal-GOES, xi utenti argumentaw li l-kontinwazzjoni tal-miżuri, billi jillimitaw l-esportazzjonijiet mir-Russja, iżommu l-prezzijiet tal-GOES artifiċjalment għoljin. Dan jostakola l-kompetittivitá proprja fis-suq Komunitarju. Madankollu, a bażi tal-figuri ta’ l-Eurostat, il-volum ta’l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi deher x’aktarx limitat sabiex is-sehem tas-suq ta’ l-utenti Ewropej ma ddeterjorax u lanqas ma niżel il-volum tagħhom ta’ bejgħ fl-esport. Il-prezzijiet medji tat-trasformatur importati ukoll dehru kważi stabbli. Jidher għalhekk li l-miżuri anti-dumping eżistenti ma neħħewx il-kompetittivitá ta’ din l-industrija.

    (101) Barra dan, il-fatt li l-grupp Thyssen Krupp kien kemm l-uniku produttur ta’ l-silicon electrical steel fil-Komunità u proprjetarju ta’ tlieta mill-erba’ produtturi Komunitarji tal-GOES ġie kritikat ukoll.

    Is-sitwzzjoni speċifika tal-grupp Thyssen Krupp ġiet analiżżatta fid-dettall mill-Kummissjoni rigward id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KEFA dwar il-kompetizzjoni (ara premess 60 u premess 89). Ma kienet disponibbli ebda informazzjoni ġdida jew ulterjuri matul l-investigazzjoni li setgħet tindika li s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni kienet inbidlet mill-eżami msemmi fuq mill-Kummissjoni. Għalhekk dawn il-kritiċi huma infondati wkoll.

    (102) Fuq bażi ta’ dan t’hawn fuq, jidher li s-sitwazzjoni ta’ l-utenti mhix affettwata b’mod sinijfikanti mill-miżuri. Ma hemm ebda indikazzjoni barra din li l-kontinwazzjoni tagħhom ikollha impatt differenti fil-futur.

    (103) Kieku kellhom jitħassru l-miżuri, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija Komunitarja tirriskja li tiddgħajjef aktar b’kontinwazzjoni/okkorrenza mill-ġddi ta’ l-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping. Tassew, kif osservat fil-premess 92 fuq u meta jittieħed konti tan-natura speċifika u l-kumpessitá tal-fabbrikazzjoni tal-GOES, in-numru ta’ egħjun disponibbli ta’ fornitura tal-GOES huwa x’aktarx limitat fuq livell dinji. Jekk l-industrija Komunitarja tnaqqas l-attivitá tagħha, dan jagħmel ‘l-utenti tal-GOES progressivament aktar dipendenti fuq il-materjali importati.

    (104) F’dan ir-rigward għandu wkoll jiġi osservat li l-prodott in kwistjoni jista’ jitqies bħala prodott strateġiku għall-industrija ta’ l-utenti. Fil-fatt il-GOES huwa prodott uniku li ma jistax, fil-maġġoranza ta’ l-applikazzjonijiet tiegħu, jiġi sostitwit minn materjal alternattiv. Tassew, il-proċess kumplikat tal-fabbrikazzjoni jagħmel il-grain oriented steel differenti ħafna minn ħafna gradi oħrajn ta’ l-azzar. Il-GOES jintuża l-aktar fil-fabbrikazzjoni ta’ trasformaturi ta’ l-enerġija u tad-distribuzzjoni Għalhekk huwa element ewlieni f’settur strateġiku li jsaħħaħ l-infrastruttura tad-distribuzzjoni ta’ l-enerġija. Għalhekk huwa fl-interess ta’ l-industrija Ewropea ta’ l-utenti li l-għejun tal-provvista fil-Komunità ma jiġux imdgħajfa aktar bil-kontinwazzjoni jew okkorrenza mill-ġdid ta’ l-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping.

    6. Konklużjoni

    (105) Filwaqt li jittieħed kont tal-fatti u l-konsiderazzjonijet msemmija fuq, huwa konkluż li l-prolongazzjoni tal-miżuri mhijiex kontra l-interessi tal-Komunità in ġenerali

    H. FORMA TAL-MIŻURI

    (106) L-investigazzoni preżenti kienet limitata għall-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni Bażika [9]. Kif imsemmi fuq (ara premess 6), l-investigazzjonijeit fil-qafas ta’ l-Artikolu 11(3) dwar hijex xierqa l-forma tal-miżuri u l-istat tal-MET jitkomplew. F’dan il-kuntest, huwa miftakar li bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 303/96/KEFA tad-19 ta’ Frar 1996 il-Kummissjoni aċċettat rabta li għandha tinżamm sakemm joħroġ ir-riżultat tar-reviżjoni skond l-Artikolu 11(3).

    I. MIŻURI ANTI-DUMPING

    (107) Il-partijiet kollha konċernati ġew informati dwar il-fatti essenzali li fuq bażi tagħhom huwa maħsub li jiġi rrakkmandat li jinżammu l-miżuri eżistenti fil-forma preżenti tagħhom. Kienu wkoll mogħtija perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom wara dan l-iżvelar’. MA ġew irċevuti ebda argumenti ġodda.

    (108) Isegwi minn dan t’hawn fuq li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament Bażiku il-miżuri anti-dumping measures li jgħoddu għall-importazzjonijiet tal-GOES li joriġinaw ir-Russja, imposti bid-Deċiżjoni Nru 303/96/KEFA, għandhom jinżammu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1. Hija imposta bolla definittiva anti-dumping hija hawnhekk imposta fuq l-importazzjonijiet tal-grain oriented cold-rolled sheets u strippi ta’ silicon-electrical steel b’ wesgħa ta’ aktar minn 500 mm li joriġinaw ir-Russja u jaqgħu taħt il-kodiċijiet KN 72251100 (folji ta’ wesgħa ta’ 600 mm jew aktar) u 72261110 (folji ta’ wesgħa ta’ aktar minn 500 mm iżda inqas minn 600 mm).

    2. Ir-rata tal-bolla definittiva anti-dumping għandha tkun 40,1 % tal-prezz nett, ħieles-fuq-il-fruntiera tal-Komunità, qabel il-bolla (kodiċi addizzjonali TARIC 8877).

    3. Kemm-il darba ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar il-bolla tad-dwana klijent għandhom jgħoddu.

    Artikolu 2

    Minkejja l-Artikolu 1, il-bolla m’għandhiex tgħodd għall-importazzjonijiet tal-prodotti konċernati esportati u bil-fattura diretta lix-xerrejja fil-Komunità mill-kumpanniji li ġejjin (it-tnejn taħt il-kodiċi addizzjonali TARIC 8878):

    - Novolipetsk Iron and Steel Corporation (NLMK), Lipetsk,

    - Viz, Ekaterinburg.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-27 ta’ Jannar 2003.

    F’isem il-Kunsill

    Il-President

    G. Papandreou

    [1] ĠU L 56, 06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2238/2000 (ĠU L 257, 11.10.00, p. 2).

    [2] ĠU L 42, 20.02.96, p. 7.

    [3] ĠU L 149, 07.06.02, p. 3. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1310/2002 (ĠU L 192, 20.07.02, p. 9).

    [4] ĠU L 308, 29.11.96, p. 11.

    [5] ĠU C 216, 28.07.00, p. 2.

    [6] ĠU C 53, 20.02.01, p. 13.

    [7] ĠU C 53, 20.02.01, p. 13.

    [8] Ara website DG COMP (http://europa.eu.int/comm/Kompetizzjoni/għaqdiet/każijiet).

    [9] Sostitwit bir-Regolament Bażiku (Regolament (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995) wara l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA

    --------------------------------------------------

    Top