Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0124

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE tat-22 ta' Diċembru 2003 li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq.Test b’rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 339, 24.12.2003, p. 70–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/07/2016; Imħassar b' 32014R0596

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/124/oj

    32003L0124



    Official Journal L 339 , 24/12/2003 P. 0070 - 0072


    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/124/KE

    tat-22 ta' Diċembru 2003

    li timplimenta d-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-definizzjoni u l-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa u d-definizzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq.

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar in-negozju minn ġewwa u l-manipulazzjoni tas-swieq (l-abbuż tas-swieq) [1], u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 u l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 6(10) tagħha,

    Wara li kkonsultat lill-Kumitat tar-Regolaturi tat-Titoli Ewropej (CESR) [2] għal parir tekniku,

    Billi:

    (1) L-investituri raġjonevoli isejsu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment fuq it-tagħrif diġà disponibbli għalihom, jiġifieri fuq it-tagħrif disponibbli ex ante. Għalhekk, il-kwistjoni jekk, meta jkun qiegħed jieħu deċiżjoni dwar l-investiment, investitur raġjonevoli x'aktarx li jqis biċċa tagħrif partikolari għandhiex tiġi vvalutata fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli ex ante. Din l-istima trid tqis l-impatt antiċipat tat-tagħrif fid-dawl tat-totalità ta' l-attività relatata ta' min joħroġ it-titoli, rigward kemm ikun ta' min joqgħod fuqu s-sors tat-tagħrif u kull varjanti oħra tas-suq li x'aktarx jaffettwaw l-istrument finanzjarju rrelatat jew l-istrunent finanzjarju derivattiv irrelatat miegħu fiċ-ċirkostanzi mogħtija.

    (2) It-tagħrif ex post jista' jintuża sabiex tiġi ċċekkjata l-preżunzjoni illi t-tagħrif ex ante kien sensittiv għall-prezz, imma ma għandux jintuża għalbiex tittieħed azzjoni kontra xi ħadd li jkun wasal għal konklużjonijiet raġjonevali mit-tagħrif disponibbli lilu ex ante

    (3) Iċ-ċertezza legali għall-parteċipanti tas-suq għandha tiġi mtejba permezz ta' definizzjoni iktar mill-qrib ta' tnejn mill-elementi essenzjali għad-definizzjoni ta' tagħrif minn ġewwa, jiġifieri n-natura preċiża ta' dan it-tagħrif u s-sinifikat ta' l-effett potenzjali tiegħu fuq il-prezzijiet ta' l-istrumenti finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji derivattivi rrelatati.

    (4) Mhux biss il-protezzjoni ta' l-investituri teħrieġ żvelar pubbliku f'waqtu tat-tagħrif minn ġewwa minn dawk li joħorġu t-titoli, imma jeħtieġ ukoll illi dan l-iżvelar ikun rapidu u ssinkronizzat kemm jista' jkun bejn il-kategoriji kollha ta' l-investituri fl-Istati Membri kollha li fihom dak li joħroġ it-titoli jkun talab jew approva l-ammissjoni ta' l-instrumenti finanzjarji tiegħu għall-kummerċ f'suq irregolat, sabiex jiġi ggarantit fil-livell Komunitarju aċċess indaqs għal dan it-tagħrif lill-investituri u sabiex jiġu pprevenuti n-negozjati minn ġewwa. Għal dan il-fini, l-Istati Membri jistgħu jaħtru uffiċjalment il-mekkaniżmi li jridu jintużaw għal dan l-iżvelar.

    (5) Sabiex jiġu protetti l-interessai leġittimi ta' dawk li joħorġu t-titoli, għandu jkun permissibbli li, f'ċirkostanzi speċifiċi ddefiniti mill-qrib, jiddewwem l-iżvelar lill-pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa. Madankollu, il-protezzjoni ta' l-ivestituri teħtieġ illi f'dawn il-każijiet it-tagħrif jinżamm sigriet sabiex jiġu pprevenuti n-negozjati minn ġewwa.

    (6) Sabiex jiġu ggwidati kemm il-parteċipanti tas-swieq u l-awtoritajiet kompetenti, iridu jitqiesu s-sinjali meta jkunu qegħdin jiġu eżaminati l-imġibiet possibbli tal-manipulazzjoni.

    (7) Il-miżuri pprovvduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinoni tal-Kumitat tat-Titoli Ewropej,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    It-Tagħrif minn ġewwa

    1. Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat il-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, it-tagħrif għandu jitqies li jkun ta' natura preċiża jekk jindika sett ta' ċirkostanzi li jeżisti jew li jista' b'mod raġjonevoli jiġi mistenni li jiġi fl-eżistenza jew okkażjoni li tkun ġrat jew tiġi mistennija b'mod raġjonevoli li tiġri u jekk ikunu speċifiċi biżżejjed sabiex jgħinu li tinħareġ konklużjoni dwar l-effett possibbli ta' dan is-sett ta' ċirkostanzi jew ta l-okkażjoni fuq il-prezzijiet ta' l-istrumenti finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji derivattivi rrelatati.

    2. Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat il-punt 1 ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, il-frażi "it-tagħrif li, li kieku jintgħamel pubbliku, x'aktarx li jkollu effett sinifikattiv fuq il-prezzijiet ta' l-istrumenti finanzjarji jew l-istrumenti finanzjarji derivattivi rrelatati" għandha tfisser it-tagħrif li investitur raġjonevoli x'aktarx li juża bħala parti mill-bażi tad-deċiżjonijiet tiegħu ta' l-investiment.

    Artikolu 2

    Il-mezzi u l-limiti taż-żmien għall-iżvelar pubbliku tat-tagħrif minn ġewwa

    1. Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/6/KE, għandhom japplikaw l-Artikoli 102(1) u 103 tad-Direttiva 2001/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3].

    Iktar minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif minn ġewwa jintgħamel pubbliku minn dak li joħroġ it-titoli f'manjiera li tippermetti l-aċċess rapidu u l-istima kkompletata, korretta u f'waqtha tat-tagħrif mill-pubbliku.

    B'żieda ma' dan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi min joħroġ it-titoli ma jgħaqqadx, f'manjiera li x'aktarx tqarraq, id-disposizzjonijiet tat-tagħrif minn ġewwa lill-pubbliku mal-marketing ta' l-attivitajiet tiegħu.

    2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dawk li joħorġu t-titoli jitqiesu li jkunu ħarsu l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/6/K meta, mas-seħħ ta' sett ta' ċirkostanzi jew l-okkażjoni ta' eventwalità, minkejja li ma jkunux għadhom ifformalizzati, dawk li joħorġu t-titoli jkunu għarrfu minnufih lill-pubbliku bihom.

    3. Kull bdil sinifikanti li jirrigwarda t-tagħrif minn ġewwa diġà żvelat pubblikament għandu jkun żvelat minnufih wara li jiġru dawn il-bidliet, permezz ta' l-istess kanal bħal dak użat għall-iżvelar pubbliku tat-tagħrif oriġinali.

    4. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil dawk li joħorġu t-titoli jagħtu attenzioni raġjonevali illi l-iżvelar tat-tagħrif minn ġewwa lill pubbliku jkun issinkronizzat mill-qrib kemm jista' jkun bejn il-kategoriji kollha ta' l-investituri fl-Istati Membri kollha rigward il-kummerċ ta' l-istrumenti finanzjarji tagħhom f'suq irregolat.

    Artikolu 3

    L-interessi leġittimi sabiex jiddewmu l-iżvelar pubbliku u s-segretezza

    1. Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/6/KE, l-interessi leġittimi għandhom x'jaqsmu b'mod partikolari maċ-ċirkostanzi mhux eżawrjenti li ġejjin:

    (a) in-negozjati li jkunu għaddejjin, jew l-elementi relatati, meta r-riżultat jew ix-xejra normali ta' dawn in-negozjati x'aktarx li jiġu affettwati mill-iżvelar pubbliku. B'mod partikolari, fl-eventwalità illi l-vijabbiltà finanzjarja ta' min joħroġ it-titoli tkun gravi u f'periklu iminenti, għalkemm mhux fl-iskop tal-liġi applikabbli tal-falliment, it-tagħrif dwar l-iżvelar pubbliku jista' jiddewwem għal perjodu limitat taż-żmien meta żvelar pubbliku jipperikola serjament l-interess ta' l-azzjonarji eżistenti u potenzjali billi tiġi ttorpedinata l-konklużjoni tan-negozjati speċifiċi ddisinjati għalbiex jiżguraw l-irkupru finanzjarju fuq skond fit-tul ta' min joħroġ it-titoli;

    (b) id-deċiżjonijiet meħuda jew il-kuntratti magħmula mill-korp tal-ġestjoni ta' min joħroġ it-titoli li jeħtieġu l-approvazzjoni ta' korp ieħor ta' min joħroġ it-titoli għalbiex isiru effettivi, meta l-organizzazzjoni ta' dak li joħroġ it-titoli teħtieġ is-separazzjoni bejn dawn il-kopri, sakemm żvelar pubbliku tat-tagħrif qabel din l-approvazzjoni flimkien mat-taħbira simultanja ta' din l-approvazzjoni jkunu għadhom pendenti jipperikolaw l-istima korretta tat-tagħrif mill-pubbliku.

    2. Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2003/6/KE, l-Istati Membri għandhom jeħtieġu illi, sabiex ikunu kapaċi jiżguraw is-segretezza tat-tagħrif minn ġewwa, dak li joħroġ it-titoli jikkontrolla l-aċċess għal dan it-tagħrif u, b'mod partikolari, li:

    (a) min joħroġ it-titoli jkun stabbilixxa l-arranġamenti effettivi sabiex jiċħad l-aċċess għal dan it-tagħrif lil persuni oħra għajr dawk li jeħtiġuh sabiex jeżerċitaw il-funzjonijiet fi ħdan min joħroġ it-titoli;

    (b) min joħroġ it-titoli jkun ħa l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura illi kull persuna b'aċċess għal dan it-tagħrif tagħraf id-dmirijiet legali u regolatorji intitolati u tkun konxja mis-sanzjonijiet annessi ma' l-użu ħażin jew iċ-ċirkolazzjoni improprja ta' dan it-tagħrif;

    (ċ) min joħroġ it-titoli jkollu f'posthom il-miżuri li jippermettu l-iżvelar pubblika fil-każ li min joħroġ it-titoli ma jkunx kapaċi jiżgura s-segretezza tat-tagħrif minn ġewwa rilevanti, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2003/6/KE.

    Artikolu 4

    L-imġiba manipulattiva li jkollha x'taqsam ma' sinjali foloz jew qarrieqa u rigward kif jiġi żgurat il-prezz

    Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat il-punt 2(a) ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, u mingħajr preġudizzju għall-eżempji ddikjarati fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-sinjali mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu l-manipulazzjoni tas-swieq, jitqiesu meta jiġu eżaminati t-transazzjonijiet jew l-ordnijiet għall-kummerċ mill-parteċipanti fis-swieq u l-awtoritajiet kompetenti:

    (a) safejn u sakemm l-ordnijiet għall-kummerċ mogħtija jew it-transazzjonijiet midħula għalihom jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum tat-transazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fis-suq irregolat interessat, b'mod partikolari meta dawn l-attivitajiet iwasslu għal bidla sinifikanti fil-prezz ta' l-istrument finanzjarju.

    (b) safejn u sakemm l-ordnijiet għall-kummerċ mogħtija jew it-transazzjonijiet midħula għalihom mill-persuni f'posizzjoni sinifikanti tax-xiri jew tal-bejgħ fi strument finanzjarju jwasslu għal bidliet sinifikanti fil-prezz ta' l-istrument finanzjarju jew attiv derivattiv relatat jew ta' sostenn ammess għall-kummerċ f'suq irregolat;

    (ċ) jekk it-transazzjonijiet midħula għalihom ma jwasslu għall-ebda bidla fil-pussess benefiċjarju ta' strument finanzjarju ammess għall-kummerċ f'suq irregolat, jew le;

    (d) safejn u sakemm l-ordnijiet għall-kummerċ mogħtija jew it-transazzjonijiet midħula għalihom jinkludu taqlib għall-oppost tal-posizzjoni f'perjodu qasir taż-żmien u jirrappreżentaw proporzjon sinifikanti tal-volum ta' kuljum tat-transazzjonijiet fl-istrument finanzjarju rilevanti fis-suq irregolat interessat, u jistgħu jkunu assoċjati ma' bdil sinifikanti fil-prezz ta' strument finanzjajrju ammess għall-kummerċ f'suq irregolat.

    (e) safejn u sakemm l-ordnijiet għall-kummerċ mogħtija jew it-transazzjonijiet midħula għalihom ikunu kkonċentrati f'firxa qasira taż-żmien f'sessjoni tal-kummerċ u jwasslu għall-bidla fil-prezz li jkun susseggwentwment maqlub għall-oppost;

    (f) safejn u sakemm l-ordnijiet għall-kummerċ mogħtija jbiddlu r-rappreżentazzjoni ta' l-aħjar prezzijiet ta' l-offerta jew li jiġu offruti fi strument ammess għall-kummerċ f'suq irregolat, jew b'mod iktar ġenerali r-rappreżentazzjoni tal-ktieb ta' l-ordnijiet disponibbli għall-parteċipanti tas-swieq, u jiġu mneħħija qabel ma jitwettqu;

    (g) safejn u sakemm jingħataw l-ordinijiet għall-kummerċ jew jiġu midħula għalihom it-transazzjonijiet fi jew madwar żmien speċifiku meta jiġu kkalkolati l-prezzijiet tar-riferiment, il-prezzijiet tal-qbil u l-valutazzjonijiet u jwasslu għal bidliet fil-prezzzijiet li jkollhom effett fuq dawn il-prezzijiet jew valutazzjonijiet.

    Artikolu 5

    L-imġibiet manipulattivi li jkollhom x'jaqsmu ma' l-impjieg ta' mezzi fittizji jew kull għamla oħra ta' qerq jew invenzjoni

    Għall-għanijiet sabiex jiġi applikat il-punt 2(b) ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/6/KE, u mingħajr preġudizzju għall-eżempji ddikjarati fit-tieni paragrafu tal-punt 2 tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi s-sinjali mhux eżawrjenti li ġejjin, li mhux neċessarjament għandhom jitqiesu fihom infushom li jikkostitwixxu l-manipulazzjoni tas-swieq, jitqiesu meta jiġu eżaminati t-transazzjonijiet jew l-ordnijiet għall-kummerċ mill-parteċipanti fis-swieq u l-awtoritajiet kompetenti:

    (a) jekk l-ordnijiet għall-kummerċ jew it-transazjonijiet midħula għalihom minn persuni jiġux preċeduti jew segwiti bit-tixrid ta' tagħrif falz jew qarrieqi mill-istess persuni u persuni marbuta magħhom, jew le;

    (b) jekk l-ordnijiet għall-kummerċ jew it-transazzonijiet midħula għalihom minn persuni qabel jew wara li l-istess persuni jew il-persuni marbuta magħhom jipproduċu jew ixerrdu r-rakkomandazzjonijiet tar-riċerka jew ta' l-investiment li jkunu żbaljati jew imxaqilba jew influwenzati b'mod li jista' jidher b'interess materjali, jew le.

    Artikolu 6

    It-Trasposizzjoni

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-iktar tard sat-12 ta' Ottubru 2004. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta Stati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

    Artikolu 7

    Id-Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 8

    Id-destinatarji

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003.

    Għall-Kummissjoni

    Frederik Bolkestein

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 96, tat-12.4.2003, pġ. 16.

    [2] Is-CESR kien stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/527/KE (ĠU L 191, tat-13.7.2001, pġ. 43).

    [3] ĠU L 184, tas-6.7.2001, pġ. 1.

    --------------------------------------------------

    Top