This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003L0114
Directive 2003/114/EC of the European Parliament and of the Council of 22 December 2003 amending Directive 95/2/EC on food additives other than colours and sweeteners
Id-Direttiva 2003/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/EC dwar addittivi ta’ l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet
Id-Direttiva 2003/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/EC dwar addittivi ta’ l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet
ĠU L 24, 29.1.2004, p. 58–64
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32008R1333
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31967L0427 | ||||
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 3 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 2 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 5 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 4 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 1 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | artikolu 1.3 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Emenda | anness 6 | 29/01/2004 | |
Modifies | 31995L0002 | Żieda | artikolu 3.3 | 29/01/2004 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32003L0114R(01) | (IT) | |||
Implicitly repealed by | 32008R1333 | 21/01/2010 |
Official Journal L 024 , 29/01/2004 P. 0058 - 0064
Id-Direttiva 2003/114/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva 95/2/EC dwar addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw t-Tratta li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1], Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) L-addittivi ta' l-ikel jistgħu jiġu approvati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel biss jekk ikunu jikkonformaw ma' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar adittvi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem [3]. (2) Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 1995 dwar addittivi ta' l-ikel minbarra kuluri u ħlewwiet [4] tippreskrivi lista ta' addittivi ta' l-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. (3) Kien hemm żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-adozzjoni tad-Direttiva 95/2/KE. Dik id-Direttiva għandha tiġi adattata biex tagħti kont ta' dawk l-iżviluppi. (4) Id-Direttiva tal-Kunsill 88/388/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar togħmiet għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel u s-sors ta' materjali għall-produzzjoni tagħhom [5] tipprovdi għall-adozzjoni tal-lista ta' addittivi meħtieġa għall-ħażna u l-użu ta' togħmiet, u l-adozzjoni ta' xi kondizzjonijiet speċifiċi għall-użu ta' dawk l-addittivi li jistgħu ikunu meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u biex jiġi żgurat kummerċ ġust. (5) Huwa mixtieq li jiġu inkorporati fid-Direttiva 95/2/KE dawk il-miżuri dwar addittivi meħtieġa għall-ħażna u l-użu ta' togħmiet, sabiex jikkontribwixxu għat-trasparenza u l-konsistenza tal-leħislazzjoni tal-Komunità, u biex jiffaċilitaw il-konformità mal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar addittivi ta' l-ikel minn manifatturi ta' l-ikel, speċjalment minn intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. B'żieda, skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġiet tal-liġi dwar l-ikeL, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel u li jippreskrivi l-proċeduri fi kwistjonijiet tas-sigurezza ta' l-ikel [6], togħmiet jaqgħu fid-definizzjoni ta' "ikel". (6) Waqt li l-użu ta' addittivi li huma meħtieġa biex jassiguraw is-sigurezza u l-kwalità tat-togħmiet u biex tiġi faċilitata l-ħażna u l-użu tagħhom għandu ikun awtorizzat, il-livelli ta' addittivi presenti f'dawk it-togħmiet għandhom ikunu il-minimi meħtieġa biex jinkiseb l-għan maħsub. B'żieda, il-konsumaturi għandhom ikunu garantiti l-informazzjoni korretta, adegwata u li ma tqarraqx dwar l-użu ta' l-addittivi. (7) Il-presenza ta' addittiv f'oġġett ta' l-ikel, minħabba l-użu ta' togħma, hija ġeneralment baxxa u l-addittiv ma jkollux funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel. Iżda, jekk taħt ċerti ċirkostanzi, l-addittiv ikollu funzjoni tekonoloġika f'oġġett ta' l-ikel kompost, huwa għandu jiġi kunsidrat bħala addittiv fl-oġġett ta' l-ikel kompost u mhux bħala addittiv ta' togħma, u r-regoli relevanti li jirrelataw ma' l-addittiv f'dak l-oġġett partikolari ta' l-ikel għandhom japplikaw, inklużi r-regoli ta' tikkettjar preskritti fid-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' l-ittekkettjar, il-presentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [7]. (8) Skond id-Direttiva 88/388/KEE, il-manifattura ta' oġġetti ta' l-ikel għandhom ikunu informati dwar il-konċentrazzjonijiet ta' l-addittivi kollha fit-togħmiet sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Komunità. Din id-Direttiva teħtieġ ukoll tikkettjar kwantitattiv ta' kull komponent suġġett għall-limitazzjoni kwantitattiva f'oġġett ta' l-ikel. Limitazzjoni kwantitattiva hija espressa jew numerikament jew permezz tal-prinċipju "quantum satis". (9) Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq li sabiex jinkiseb l-għan bażiku li tiġi żgurata l-unità tas-suq u livell għoli ta' adittvi fit-togħmiet. Din id-Direttiva ma tmurx "l hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet imfittxija skond it-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 5 tat-Tratta." (10) Skond talba minn Stat Membru u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE tat-23 ta' Lulju 1997 li jistabblixxi l-Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur u s-sigurezza ta' l-ikel [8], hydrogenated poly-1-decene, li kien awtorizzat taħt fil-livell nazzjonali taħt id-Direttiva 89/107/KEE, għandu ikun awtorizzat fil-livell tal-Komunità. (11) Biphenyl (E 230), orthophenyl phenol (E 231) u sodium orthophenyl phenol (E 232) huma elenkati bħala preservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru fid-Direttiva 95/2/KE. Iżda, dawn jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' "prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti" fid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [9]. Għalhekk, dawn ma għandhomx jidħlu aktar fil-kamp ta' l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/2/KE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħu l-passi kollha possibbli biex jiżguraw li ma ikun hemm ebda vojt legali fir-rigward ta' dawn is-sustanzi. L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' dawn is-sustanza bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għandha tiġi ttrattata kemm jista' ikun malajr. (12) Fl-4 ta' April 2003, il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel iddikjara li d-doża temporanja aċċettabbli ta' kull jum għall-E 214 to E 219 p-hydroxybenzoic acid alkyl esters u melħ tas-sodju tagħhom għandha tiġi rtirata jekk ma jintbagħat ebda tagħrif aktar fir-rigward tad-doża u t-tossiċità. (13) Id-Direttiva 95/2/KE għandha għalhekk tiġi hekk emendata. (14) Id-Direttiva tal-Kunsill 67/427/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-użu ta' ċerti priservattivi għat-trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru u l-miżuri ta' kontroll li għandhom jintużaw għall-analżi kwalitattiv u kwantitattiv ta' priservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru [10] tippreskrivi l-miżuri tal-kontroll fuq priservattivi fi u fuq frott taċ-ċitru. Minħabba li dawk il-priservattivi ma għandhomx aktar awtorizzati għall-użu fi frott taċ-ċitru bid-Direttiva 95/2/KE, huwa meħtieġ li d-Direttiva 67/427/KEE tiġi revokata. (15) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ġie konsultat dwar l-adozzjoni ta' disposizzjonijiet li jista' ikollhom effett fuq is-saħħa pubblika, skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/107/KEE, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 95/2/EC hija b'dan emendata kif ġej: 1. L-Artikolu 1(3)(v) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "(v) stabilizzaturi' huma sustanzi li jagħmluha possibbli li jinżamm stat fiżiko-kimiku ta' oġġett ta' l-ikel; l-istabilizzaturi jinkludu sustanzi li jippermettu ż-żamma ta' dispersjoni omoġeneja ta' żewġ sustanzi jew aktar li ma jistgħux jitħalltu f'oġġett ta' l-ikel, sustanzi li jistabbilizzaw, li iżommu jew jintensifikaw kulur eżistenti ta' oġġett ta' l-ikel u sustanzi li iżidu il-kapaċità ta' taqgħid ta' l-ikel, inkluża l-formazzjoni ta' rabtiet bejn proteini li jippermettu it-taqgħid ta' bċejjeċ ta' ikel f'ikel rikostitwit;" 2. L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej: (a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "1. Il-presenza ta' addittiv ta' l-ikel hija permissibbli: (a) f'ikel kompost minbarra minn wieħed imsemmi fl-Artikolu 2(3), sal-limitu li għalih l-addittiv ta' l-ikel ikun permess f'wieħed mill-ingredjenti ta' l-oġġett ta' l-ikel kompost; (b) f'oġġett ta' l-ikel fejn togħma tkun miżjuda, sal-limitu li fih l-addittiv ikun permess fit-togħma b'konformità ma' din id-Direttiva u ikun inġarr fl-oġġett ta' l-ikel permezz tat-togħma, kemm-il darba l-addittiv ta' l-ikel ma ikollu ebda funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel finali; jew (ċ) jekk l-oġġett ta' l-ikel ikun destinat biex jintuża unikament fit-tħejjija ta' oġġett ta' l-ikel kompost u sal-limitu li dak l-oġġett ta' l-ikel kompost ikun jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva."; (b) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied: "3. Il-livell ta' addittivi f'togħmiet għandu ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jiggarantixxi s-sigurezza u l-kwalità tat-togħmiet u biex jiffaċilita l-ħażna tagħhom. B'żieda, il-presenza ta' addittivi f'togħmiet ma għandhiex tqarraq bil-konsumaturi jew tippresenta perokolu għas-saħħa tagħhom. Jekk il-presenza ta' addittiv f'oġġett ta' l-ikel, bħala konsegwenza ta' togħmiet miżjuda, ikollha funzjoni teknoloġika fl-oġġett ta' l-ikel, hija għandha titqies bħala addittiv fl-oġġett ta' l-ikel u mhux bħala addittiv ta' togħma."; 3. l-Annessi għandhom jiġu emendati kif stipulat fl-Anness li jinsab ma' din id-Direttiva. Artikolu 2 1. Qabel l-1 ta' Lulju 2004, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurezza ta' l-Ikel għandhom jirrevedu l-użu ta' l-addittivi E 214 sa E 219. 2. Qabel is-27 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-progress tar-rivalwazzjoni ta' addittivi. Din ir-rivalwazzjoni għandha b'mod partikolari tiffoka fuq E 432 sa E 436 (polysorbates) kif ukoll E 251 u E 252 (nitrati) u E 249 u E 250 (nitrati). Artikolu 3 Id-Direttiva 67/427/KEE għandha tiġi revokata. Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sabiex: - jawtorizzaw il-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li jikkonformaw ma' din id-Direttiva l-aktar tard sas-27 ta' Lulju 2005, - jipprojbixxu l-kummerċ fi u l-użu ta' prodotti li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva l-aktar sas-27 ta' Jannar 2006; iżda prodotti imqegħda fis-suq jew tikkettjati qabel dik id-data li ma jikkonformawx ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu marketed sakemm jintemmu l-ħażniet. Huma għandhom jinformaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir dik ir-referenza għandu ikunu preskritti mill-Istati Membri. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 2003. Għall-Parlament Ewropew Il-President P. Cox Għall-Kunsill Il-President A. Matteoli [1] ĠU C 208, 03.09.03, p. 30. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Lulju 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), u Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-1 ta' Diċembru 2003. [3] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, ta' l-10.9.1994, p. 1). [4] ĠU L 61, tat-18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva2003/52/KE (ĠU L 178, tas-17.7.2003, p. 23). [5] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 25). [6] ĠU L 184, tal-15.7.1988, p. 61. Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/71/KEE (ĠU L 42, tal-15.2.1991, p. 25). [7] ĠU L 109, tas-6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata bid-Direttiva2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15). [8] ĠU L 237, tat-28.8.1997, p. 18. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/443/KE (ĠU L 179, tat-18.7.2000, p. 13). [9] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 1). [10] ĠU C 148, tal-11.7.1967, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS L-Annessi li jinsabu mad-Direttiva 95/2/EC għandhom jiġu emendati kif ġej: 1. fl-Anness I: (a) In-Nota 2 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "2. Is-sustanzi elenkati taħt in-numri E 407, E 407a u E 440 jistgħu jiġu standardised ma' zokkor, bil-kondizzjoni li dan jiġi dikjarat b'żieda man-numru u t-tismija.'"; (b) fil-lista ta' l-addittivi: - id-daħla sħiħa għall-E 170 għandha tiġi sostitwita bi "E 170 Karbonat tal-kalċju", - fid-daħla sħiħa għall-E 466, l-isem "Gomma taċ-ċellulożi" għandu jiżdied, - fid-daħla għall-E 469, l-isem "Gomma taċ-ċellulożi enzymatically hydrolysed" għandu jiżdied; 2. fl-Anness II: (a) l-isem "E 170 Karbonati tal-Kalċju" għandu jiġi sostitwit kull fejn iseħħ bi "E 170 Karbonat tal-kalċju"; (b) dan li ġej għandu jiżdied fil-lista ta' l-addittivi u l-livelli massimi li jikkonċernaw "Il-prodotti tal-kawkaw u taċ-ċikkulata kif definiti fid-Direttiva 2000/36/KE" : | "E 472cEsteri ta' aċidu ċitriku ta' mono-u diglycerides ta' aċidi xaħmija | quantum satis" | (ċ) dan li ġej għandu jiddaħħal fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għall- "Frott u ħxejjex mhux ipproċessati ffriżati u ffriżati ħafna; frott u ħxejjex mhux ipproċessati, ppakkjati minn qabel lesti tajbin għall-konsum immedjat u patata mhux ipproċessata u mqaxxra, ppakkjata minn qabel" : | "E 296Malic acid | quantum satis (biss għall-patata mqaxxra)" | (d) dan li ġej għandu jiżdied fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għal "Frott ippriservat" : | "E 440PectinE 509Kloridu tal-kalċju | quantum satis (biss għal frott ippriservat minbarra tuffiegħ)" | (e) dan li ġej għandu jiddaħħal fil-lista ta' l-addittivi u l-livell massimu għall- "Mozzarella u ġobon tax-xorrox" : | "E 460iiċellulożi f'forma ta' trab | quantum satis (biss għal ġobon maħkuk u imfettet)" | (f) ir-ringieli li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-Anness: "UHT ħalib tal-mogħża | E 331Ċitrati tas-sodju | 4 g/l | Qastan f'likwidu | E 410Gomma tal-ħarrubE 412Gomma tal-gwarE 415Gomma tax-xanthane | quantum satis" | 3. fl-Anness III: A. it-taqsima A għandha tiġi emendata kif ġej: (a) it-tismija "Moħmi parzjalment, oġġetti tal-furnara ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut" għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Moħmi parzjalment, oġġetti tal-furnara ippakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut u ħobż bl-enerġija mnaqqsa maħsub għall-bejgħ bl-imnut"; (b) fl-aħħar ta' din it-taqsima għandhom jiżdiedu r-rinġieli li ġejjin: "Dnub tal-awwist, imsajjra u molluski msajjra marinati ppakkjati minn qabel | 2 000 | | | | | | Togħmiet | | | | 1500" | | | B. it-taqsima Ċ għandha tiġi emendata kif ġej: (a) ir-ringieli li ġejjin għandhom jitħassru:It-tħassir ta' E 231 orthophenyl phenol uE 232 sodium orthophenyl phenol għandu jidħol fis-seħħ malli l-ħtiġiet għall-ittekkettjar ta'l-oġġetti ta' l-ikel ittrattati b'dawn is-sustanzi isiru applikabbli bis-saħħa ta' leħislazzjoni tal-Komunità dwar limiti massimi residwi għall-pestiċidi.' "E 230 | Biphenyl, diphenyl | Trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru | 70 mg/kg | E 231 | Orthophenyl phenol | Trattament tal-wiċċ ta' frott taċ-ċitru | 12 mg/kg individwalment jew f'kombinazzjoni espressi bħala orthophenyl phenol | E 232 | Sodium orthophenyl phenol | (b) l-oġġett ta' l-ikel li ġej għandu jiżdied ma' E 1105: | | "Inbid skond ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u r-Regolament tiegħu ta' implimentazzjoni (KE) Nru 1622/2000 | Pro memoria | Ċ. it-taqsima D għandha tiġi emendata kif ġej: (a) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' din it-taqsima: "E 310 | Propyl gallate | Żjut essenzali | 1000 mg/kg (gallates u BHA, individwalment jew f'kombinazzjoni) | E 311 | Octyl gallate | E 312 | Dodecyl gallate | E 320 | Butylated hydroxyanisole (BHA) | Togħmiet oħra minbarra żjut essenzali | 100 mg/kg (gallates, individwalment jew f' kombinazzjoni) jew 200 mg/kg (BHA)'" | (b) fil-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel li tikkonċerna l-E 315 u E 316, it-tismija "Prodotti tal-laħam semi-priservati u priservati" għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej: "Prodotti tal-laħam iffumigati u prodotti tal-laħam ippriservati"; 4. fl-Anness IV: (a) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu li jikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandu jiżdied: | | "Togħmiet | 40 g/kg" | (b) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu li jikkonċerna l-E 338 sa E 452 għandu jitħassar: | | "Sidru u meraq imħemmer tal-lanġas | 2 g/l" | (ċ) l-oġġett ta' l-ikel li ġej u l-livell massimu għandu jiżdied mal-E 416: | | "Togħmiet | 50 g/kg" | (d) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi li jikkonċernaw E 432 sa E 436 għandhom jiżdiedu: | | "Togħmiet, minbarra togħmiet ta' duħħan likwidu u togħmiet ibbażati fuq ħwawar ta' l-oleoraża | 10 g/kg | | | Oġġetti ta' ikel li ikun fihom togħmiet ta' duħħan likwidu u togħmiet ibbażati fuq ħwawar ta' l-oleoraża | 1 g/kg | (e) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi li jikkonċernaw l-E 444 għandhom jiżdiedu: | | "Xorb spirituż imċajpar b'togħma li ikun fih anqas minn 15 % ta' alkoħol skond il-volum | 300 mg/l" | (f) id-daħla li ġejja li tikkonċerna l-E 551 għandha tiddaħħal wara l-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi għall-E 535 sa E 538: "E 551 | Diossidu tas-silikonju | Togħmiet | 50 g/kg" | (g) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimi għandhom jiżdiedu ma' l-E 900: | | "Togħmiet | 10 mg/kg" | (h) fil-lista ta' l-oġġetti ta' l-ikel u l-livelli massimi għall-E 901 saE 904, id-daħla: "E 903 Xama' tal-karnawba" għandha titħassar u d-daħla li ġejja li tikkonċerna l-E 903 għandha tiżdied wara d-daħla "E 904 xellak" : "E 903 | Xama' tal-karnawba | Biss bħala aġenti għall-ippriservar biz-zokkor: | | —oġġetti tal-ħelu (inkluża ċikkulata) | 500 mg/kg | 1200 mg/kg (biss għaċ-ċjuwing gumm) | —prodotti żgħar fini tal-furnara miksija biċ-ċikkulata | 200 mg/kg | —ikliet ħfief | 200 mg/kg | —ġewż | 200 mg/kg | —kafeni | 200 mg/kg | —supplimenti ta' ikel dietetiku | 200 mg/kg | —frott frisk taċ-ċitru, bettiegħ, tuffiegħ, lanġas, ħawħ u ananas (trattament tal-wiċċ biss) | 200 mg/kg" | (i) l-oġġetti ta' l-ikel li ġejjin u l-livelli massimu għandhom jiżdiedu ma' l-E 459: | | "Togħmiet inkapsulati f' | | | | —ta' bit-togħma u xorb ta' malajr bit-togħma f'forma ta' trab | 500 mg/l | | | —ikliet ħfief bit-togħma | 1 g/kg f'oġġetti ta' l-ikel ikkunsmati jew bħala rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur" | (j) ir-rinġieli li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-aħħar ta' l-Anness: "E 907 | Hydrogenated poly-1-decene | Bħala aġent għall-ippriservar biz-zokkor | | —ħelu | 2 g/kg | —frott imnixxef | 2 g/kg | E 1505 | Triethyl citrate | Togħmiet | 3 g/kg mis-sorsi kollha ta' oġġetti ta' l-ikel kif kunsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; individwalment jew f'kombinazzjoni. Fil-każ ta' xorb, il-livell massimu ta' E 1520 għandu ikun 1 g/l. | E 1517 | Glyceryl diacetate (diacetin) | E 1518 | Glyceryl triacetate (triacetin) | E 1520 | Propan-1,2-diol (propylene glycol) | E 1519 | Benzyl alcohol | Togħmiet għall | | —likuri, inbejjed aromatizzati, xorb aromatizzat ibbażat fuq l-inbid u koktejls aromatizzati prodotti mill-inbid | 100 mg/l | —ħelu inkluż ċikkulata u oġġetti fini tal-furnara | 250 mg/kg mis-sorsi kollha ta' oġġetti ta' l-ikel kif kunsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur" | 5. fl-Anness V: (a) ir-ringiela li ġejja għandha tiżdied fl-aħħar ta' l-Anness: "E 555 | Potassium aluminium silicate | Fl-E 171 titanium dioxide u E 172 ossidi tal-ħadid u idorssidi (mass 90 % relattiv għall-pigment)" | (b) għall-E 468, l-isem "Cross-linked cellulose gum" għandu jiżdied; 6. fl-Anness VI: (a) fin-nota ta' introduzzjoni, is-subparagrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu: "Il-formoli u ikel tal-ftim tat-trabi u tfal żgħar jista' ikun fihom l-E 1450 lamtu tas-sodju octenyl succinate li jirriżulta minn preparazzjonijiet tal-vitamini jew preparazzjonijiet ta' aċidu mxaħħah polyunsaturated. Iż-żejjed ta' E 1450 fil-prodott lest għall-konsum ma għandux ikun aktar minn 100 mg/kg minn preparazzjonijiet tal-vitamini u 1000 mg/kg minn preparazzjonijiet ta' aċidu mxaħħam polyunsaturated."; (b) fit-taqsima 4 - it-titolu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: "ADDITTIVI TA' IKEL PERMESSI F'IKEL DIJETETIKU GĦAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR GĦALL-FINIJIET SPEĊJALI MEDIĊINALI KIF DEFINITI FID-DIRETTIVA 1999/21/KE [5] - dan li ġej għandu jiżdied mat-tabella: "E 472c | Esteri ta' aċidu ċitriku u mono-u diglycerides ta' aċidi mxaħħma | 7,5 g/l mibjugħ bħala trab | Mit-twelid ‘l quddiem | 9 g/l mibjugħ bħala likwidu" | [5] Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel dijetetiku għall-finijiet speċjali mediċinali, (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 29)." --------------------------------------------------